Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Sports 30 WARA li kienu gowl minn taħt kmieni fil- partita, Manchester City, barra minn darhom, dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra Burnley, bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Sergio Aguero fis-37 u fis-60 minuta, waqt li Dean Marney kien tefa' lil Burnley fil-vantaġġ fl-14- il minuta, bl-istess plejer jiġi ammonit 20 minuta wara. Intant, Liverpool, ġewwa darhom f 'Anfield għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Divock Origi fil-75 minuta u minn James Milner fid-90 minuta. Hull City u WBA temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għat-Tigers ta' Hull City jasal minn Michael Dawson fit-72 minuta, waqt li kien Gareth McAuley li fetaħ l-iskor għal WBA fl-34 minuta. Fi draw ukoll iżda din id-darba ta' 2-2, intemm il-konfront bejn Leicester City u Middlesbrough, bil-gowls għall-Foxes ta' Leicester City jaslu minn Riyad Mahrez u Islam Slimani fl-34 u fid-90 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal Middlesbrough waslu minn doppjetta ta' Alvaro Negredo fit-13 u fit-72 minuta. F'logħba mimlija spettaklu u emozzjonijiet u li kellha tmiem tassew drammatiku, Swansea City, ġewwa darhom f 'Wales għelbu lil Crystal Palace bl-iskor kbir ta' 5-4. Il-gowl għal Swansea City waslu minn żewġ doppjetti ta' Leroy Fer u Fernando Llorente, bil- gowl l-ieħor għalihom jasal mill-plejer internazzjonali Iżlandiż, Gylfi Sigurdsson fis-36 minuta. Min-naħa l-oħra, l-erba' gowls għal Crystal Palace waslu minn Wilfried Zaha, James Tomkins, Christian Benteke u awto-gowl tal- plejer ta' Swansea City, Jack Cork. Rebħiet tajba għal Manchester City u Liverpool RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 26 ta' Novembru Burnley vs Manchester City 1-2 Hull City vs WBA 1-1 Leicester City vs Middlesbrough 2-2 Liverpool vs Sunderland 2-0 Swansea City vs Crystal Palace 5-4 Il-Ħadd 27 ta' Novembru 13:00 Watford vs Stoke City 15:15 Arsenal vs AFC Bournemouth 17:30 Manchester U. vs West Ham U. 17:30 Southampton vs Everton Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 27 ta' Novembru 12:30 Palermo vs Lazio 15:00 Bologna vs Atalanta 15:00 Cagliari vs Udinese 15:00 Crotone vs Sampdoria 15:00 Genoa vs Juventus 20:45 Roma vs Pescara It-Tnejn 28 ta' Novembru 19:00 Napoli vs Sassuolo 21:00 Inter vs Fiorentina Azzjoni mil-logħba bejn Liverpool u Sunderland Aguero jiċċelebra wara li skurja doppjetta kontra Burnley

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017