Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514
Tkompli minn paġna 1 "MINKEJJA dak li jipprovaw ibeżżgħu dwarna, aħna favur id-drittijiet tal- minoranzi kollha u favur il-libertà tal-koppji tal- istess sess, infatti niġġieldu li d-drittijiet tagħhom ma jkunux imkissra minn kulti u religjonijiet li ma jaċċettawhomx f 'soċjetà bħalma hi dik Maltija," sostna Battistino. Mistoqsi jekk iħossx li għandhom xi possibiltà ta' suċċess għall-elezzjoni ġenerali li jmiss huwa qal li huwa fiduċjuż li "se nagħmlu ħoss" u nwasslu messaġġ lil min jitla' fil-Gvern li l-poplu jrid bidla. Il-Kummisjoni Elettorali rrikonoxxiet l-Għaqda Patrijotti Maltin, bħala l-partit politiku ġdid imsejjaħ 'Moviment Patrijotti Maltin' ġimagħtejn ilu. L-ILLUM ma setgħetx ma saqsietx lil Battistino dwar l-immaġini ta' razzisti li ħafna nies f 'Malta għandhom tal- Patrijotti, hekk kif l-aktar li għamlu ħoss fil-media kien bi protesti relatati mal-imigranzzjoni u l-Musulmani f 'Malta. Battistino ammetta li l-Moviment vera beda b'timbru ta' razzisti, iżda mhux għax fil-verità jħaddmu sentiment razzist jew ta' mibgħeda. "Qed ngħixu f 'sistema fejn jekk ma taqbilx mal-istabbiliment u ma tkunx politikament korrett iżżejjed, tiġi ttimbrat razzist," qal Battistino, li saħaq li hu u l-membri l-oħra tal-moviment ma jibżgħux jgħidu l-affarijiet kif inhuma u lanqas jattakkaw l-istabbiliment. "F'soċjetà mmexxija minn liberaliżmu xellugi estrem, bilfors li aħna se nidhru bħala razzisti, avolja m'aħniex," sostna Battistino. Dwar dan, Battistino ppreżenta lil din il-gazzetta bl-istatut tal-MPM, fejn fih hemm miktub li l-għaqda mhix kontra li jingħata refuġju lil min jaħrab minn gwerra u persekuzzjoni, iżda ma taqbilx li immigranti ekonomiċi jiġu Malta irregolarment biex jaħdmu u jgawdu minn drittijiet soċjali f 'pajjiżna. Battistino ddeskriva r-riżultat tan-numru dejjem jikber ta' immigranti bħala invażjoni li qed tirriżulta f 'over- population tal-pajjiż żgħir tagħna, b'riperkussjonijiet fuq il-ħajja tal-ħaddiem Malti. L-istess statut isostni li l-MPM huma kontra t-tibdil fil-kostituzzjoni ta' Malta, l-identità, il-lingwa, it-tradizzjonijiet, il-kultura Maltija u l-valuri tal-Maltin. L-istatut jgħid li l-MPM ma taċċettax tibdil f 'dak li jiddistingwina bħala Maltin, minkejja li ma jispeċifikax x'inhu eżatt dak li skont huma jagħmilna Maltin. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Programm Operazzjonali I - Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – IR-IV SEJĦA Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l- Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal- Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti taħt l-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt mill- Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi. Is-sejħa se tagħlaq il-Ġimgħa 7 ta' April 2017 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 4 – 'Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju' Prijorità ta' Investiment (PI) 4a – Jiġu promossi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' enerġija li tiġi minn sorsi rinnovabbli. Ass Prijoritarju 5 – 'Il-protezzjoni tal-ambjent – l-investiment f'assi naturali u kulturali' Prijorità ta' Investiment (PI) 6c – Il-wirt naturali u kulturali jiġi konservat, protett, promoss u żviluppat. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' dan l-avviż huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm Operattiv I disponibbli fuq l-istess sit u n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sejħa għal proposti ta' finanzjament. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għal applikanti prospettivi. L-applikanti huma mistiedna jirreġistraw billi jimlew formola ta' reġistrazzjoni (disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls - taqsima PPCD) sa nhar it-Tnejn 9 ta' Jannar 2017 f'nofsinhar. Id-dati u s-suġġetti huma dawn li ġejjin: Il-Ġimgħa 13 ta' Jannar 2017 (Ħarsa Ġenerali); Il-Ġimgħa 20 ta' Jannar 2017 (FA/FFS/CBAs għall-Applikanti);It-Tnejn 23 ta' Jannar/It-Tlieta 24 ta' Jannar/ Il-Ħamis 26 ta' Jannar 2017 (Kif Tapplika Onlajn - Workshop); Il-Ġimgħa 3 ta' Frar 2017 (Kif Tippjana Proposta ta' Proġett) Jistgħu jiġu organizzati sessjonijiet addizzjonali skont it-talbiet riċevuti. Aktar informazzjoni u mistoqsijiet ġeneriċi fuq din is-sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 jistgħu jinkisbu minn fuq http://eufunds.gov.mt jew minn fuq l-email tal-PPCD għal sejħiet għal proposti 2014-2020: info.eufunds@gov.mt 'Il-perċezzjoni tan-nies hija li l-Patrijotti huma razzisti' Henry Battistino – Segretarju Ġenerali, Moviment Patrijotti Maltin AD...neċessarju naqilbu għall-gass imma rridu noqogħdu attenti ALTERNATTIVA Demokratika qed tillimita s-sottomissjonijiet tagħha għar-rapport tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u dan minħabba li minkejja li kien hemm estensjoni ta' żmien f 'din il-konsultazzjoni pubblika, l-ammont ta' dokumentazzjoni rilaxxjata kien wieħed voluminuż u ma kienx hemm ħin biżżejjed biex din tkun eżaminata bir- reqqa meħtieġa. Ir-rapport intitolat External Emergency Plan imħejji mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili għandu parti minnu nieqsa. Fil- paġna 21 ta' dan ir-rapport hemm it-titlu tas-sezzjoni : Section B Operational. Imbagħad fil-paġna immedjatament warajha hemm nota li tinfurmana illi l-kumplament tas-sezzjoni hi nieqsa minħabba illi kieku din l-informazzjoni kellha tkun ippubblikata, din il-pubblikazzjoni tkun ta' theddida għas-siġurtà nazzjonali. Hu sottomess li d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala Seveso III u intitolata "Directive 2012/18/EU of the European Parliament and of the Council of 4 July 2012 on the control of major-accident hazards involving dangerous substances, amending and subsequently repealing Council Directive 96/82/EC" kif anke implimentata fil- leġislazzjoni Maltija permezz tar-Regolamenti tal-2015 dwar il-Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Kbar [avviz legali 179/15] jobbligaw li jkun hemm konsultazzjoni fuq il- pjan estern ta' emerġenza dwar l-impjant taħt konsiderazzjoni. Dan il-pjan esterna ta' emerġenza, skont l-iskeda IV u l-iskeda V tar-Regolamenti tal-2015 dwar il-Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Kbar [avviż legali 179/15] jeħtieġ li jkun fih bosta dettalji inkluż dwar x'inhu mistenni kemm mill-pubbliku kif ukoll mill- komunità kummerċjali. Il-konsultazzjoni meħtieġa ma saritx u ma tistax issir u dan minħabba illi l-informazzjoni essenzjali għal din il-konsultazzjoni ġiet miżmuma milli tkun ippubblikata u dan kontra dak li jipprovdu r-regolamenti hawn fuq ċitati. Imkien, fl-imsemmija Direttiva jew regolamenti, ma hemm awtorizzazzjoni jew referenza għal xi ċirkustanzi li a bażi tagħhom l-informazzjoni meħtieġa tista' tkun miżmuma mill-pubblikazzjoni. Huwa essenzjali li l-pubbliku jkun infurmat bil-miżuri ppjanati għall-ħarsien tiegħu f 'każ li jseħħ inċident bħala riżultat tal-operazzjoni tal-impjant. Huwa biss billi jkun infurmat b'dawn il- miżuri li l-pubbliku jista' jipparteċipa fl-eżerċiżżji dwar l-implimentazzjoni eventwali tagħhom u b'hekk tkun assigurata l-possibilità li l-pjan ta' emerġenza jkun wieħed fattibbli. Għaldaqstant hu sottomess illi għandha tkun ippubblikata mingħajr dewmien l-informazzjoni nieqsa biex tkun tista' ssir il-konsultazzjoni pubblika meħtieġa.