Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Sports 31 Valletta FC jikkonfermaw sponsor b'saħħtu ieħor minn Cristian Antony Muscat VALLETTA FC huma skwadra li staġun wara l-ieħor jiġġieldu għar-rebħ tal-unuri, u biex ikomplu jsaħħu dan il-fatt, fil-jiem li għaddew, huma ppreżentaw sponsor ewlieni ieħor li huwa Iniala Group għat- tliet snin li ġejjin. Din il-kumpanija għandha l-qofol tan-negozju tagħha propju fil-Belt Valletta u tispeċjalizza fil-qasam tal- kostruzzjoni. Interessanti huwa l-fatt li l-fundatur ta' Iniala Group, l-Ingliż Mark Weingard, inħatar ukoll bħala viċi president ta' Valletta FC. Dan wara li ftit tal-jiem ilu huma ppreżentaw sponsor ieħor ta' ċertu kalibru, jiġifieri Von der Heyden Group. Dan fil-mira li l-klabb Belti fil-futur qrib jirnexxielu jagħmilha għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall- UEFA Champions League. Marc Weingard, li stqarr li huwa partitarju kbir tal- ġganti Ingliżi ta' Manchester City, qal li kienet xi ħaġa naturali għalih li jisponsorja lil Valletta FC mhux biss meta wieħed iqis l-istorja glorjuża ta' dan il-klabb, iżda wkoll meta huwa jikkunsidra l-fatt li kemm ilu għix f 'din il-belt, huwa beda relazzjoni ta' mħabba partikolari ma' din il-belt maestuża. Fl- aħħar iżda mhux l-inqas huwa afferma li waqt li jammetti li hemm bosta timijiet oħra li għandhom il-potenzjal li jisfidaw għar- rebħ tal-Kampjonat, huwa qed jittama li finalment ikunu Valletta FC li jirbħu l-24 Kampjonat fl-istorja glorjuża tagħhom. Intant, il-president ta' Valletta Victor Sciriha, semma kif matul is-sajf li għadda, wara kwalifikazzjoni kontra tim mill-Gżejjer Faroe, il-Beltin kienu ħarġu bl-unuri kollha u b'rashom mgħollija wara li affrontaw il-ġganti ta' Red Star Belgrade. Huwa kompla li sponsor bħal dan jista' biss ikompli jgħin liċ-champions Maltin biex iżid fil-baġit tagħhom, li attwalment ilaħħaq mal- miljun Ewro kull staġun biex ikompli jsaħħu l-iskwadra u jkomplu jkunu aktar kompetittivi fl-Ewropa. Intant, meta mistoqsi minn din il-gazzetta kif jiddeskrivi l-bidu ta' staġun minn Valletta sa issa, huwa qal li dan kien wieħed ikkaraterizzat minn diversi tlajja' u nżul iżda jinsab ċert li fi tmiem l-istaġun huma se jkunu qed jisfidaw għall- unuri kollha fosthom ir-rebħ tal-Kampjonat u anke tal-FA Trophy. Iżda fost l-aktar argumenti jaħarqu li għamlu din il- konferenza stampa waħda interessanti kien hemm dik ta' x'kien sar minnu l-grawnd li tant kien ilu mwiegħed lil Valletta, li iżda baqa' qatt ma sar realtà, hekk kif il-Beltin għadhom bla risposta mill-awtoritajiet konċernati. Victor Sciriha ddeskriva din is-sitwazzjoni bħala tabilħaqq redikola, hekk kif ma jistax jifhem kif klabb bi storja glorjuża bħal mhuwa Valletta, u li huwa l-aktar tim li rebaħ unuri minn wara l-gwerra 'l hawn, m'għandux grawnd fejn jittrenja u jkollu juża grawnds ta' timijiet li jilagħbu f 'diviżjonijiet inferjuri. Intant, din il-gazzetta talbet iktar dettalji kemm lil Victor Sciriha kif ukoll lill-viċi president ta' Valletta, Alexander Fenech, rigward jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari fuq l-argument li kien qam fil- konferenza stampa ta' ftit jiem ilu, fejn kien tħabbar li bħalissa l-Premier Standing Committee qed jiddiskuti l-possibiltà li mill-istaġun li ġej il-klabbs tal-Premier jista' jkollhom xejn inqas minn 11-il plejer fuq il-piċċ. Kemm Victor Sciriha kif ukoll Alexander Fenech, komplew jikkonfermaw li bħalissa għaddejja diskussjoni intensiva bejn ir-rappreżetanti tal-klabbs tal-Premier biex mill-istaġun li ġej, in-numru ta' plejers barranin li jistgħu jiġu utlizzati fil-grawnd jitla' minn sebgħa għal ħdax, xi ħaġa li Valletta FC jaqblu bis-sħiħ magħha u lesti li jibdew jimplimentawha sa mill-istaġun li ġej. Victor Sciriha, Alexander Fenech u Marc Weingard waqt it-tnedija tal-isponsor ġdid ta' Valletta FC, Iniala Group Lewis Hamilton jegħleb lil Nico Rosberg u jirbaħ il-pole ta' Abu Dhabi LEWIS Hamilton għeleb lil sieħbu iżda rivali kbir fuq Mercedes, Nico Rosberg, biex rebaħ il-pole position li saret fiċ-ċirkwit ultra- modern ta' Yas Marina Circuit f 'Abu Dhabi. B'hekk kollox jinsab lest għat-tellieqa tal-lum, li ħafna jqabbluha mal-klassi ta' ċirkwiti bħal Monte Carlo hekk kif is-superyachts u l-iktar nies sinjuri tal-Lvant Nofshani żgur li se jkunu qed isegwu l-ispettaklu li l-karozzi tal-Formula 1 jafu joffru. Dan iċ-ċirkwit ġie inawgurat fl-2009. Fl-aħħar tliet snin, bejn l-2013 u l-2015 it-tellieqa dejjem intrebħet minn Nico Rosberg. Għalkemm kien Lewis Hamilton li ttrijonfa fil-pole tal-bieraħ, Nico Rosberg jinsab favorit li llum jirbaħ it-titlu finali, hekk kif bħalissa jinsab fil-quċċata tal-kampjonat b'367 punt, b'warajh ikun hemm l-istess Hamilton dejjem fuq Mercedes bi 355 punt segwiti minn Ricciardo tar-Red Bull Racing fit-tielet post, Vettel tal-Ferrari fir- raba' post u Verstappen tar- Red Bull Racing fil-ħames post. Rimarkabbli huwa l-fatt li t-tellieqa tal-lum, se tkun l-aħħar waħda għas- sewwieq Jenson Button li ilu jsuq 16-il sena. Huwa ddebutta fit-tellieqa tal- Awstralja fis-sena 2000. Din is-sena t-tim McLaren għażel li ma jġeddidx il-kuntratt ta' Button u minfloku se jieħu post fil-karozza x-xufier Stoffel Vandoorne. Button kien ilu mal-McLaren mill-2010. Fis-sena 2009, meta kien itellaq mal-Brown GP, huwa kien irnexxielu jirbaħ il-kampjonat mondjali tal- Formula 1. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwieqa kollha tal-F1, illum f 'Abu Dhabi, flimkien mal-ħinijiet li huma rnexxielhom jirreġistraw ilbieraħ fil-pole position fuq l-istess ċirkwit: Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1 Lewis Hamilton MERCEDES 1:39.487 1:39.382 1:38.755 12 2 Nico Rosberg MERCEDES 1:40.511 1:39.490 1:39.058 12 3 Daniel Ricciardo RED BULL 1:41.002 1:40.429 1:39.589 17 4 Kimi Räikkönen FERRARI 1:40.338 1:39.629 1:39.604 14 5 Sebastian Vettel FERRARI 1:40.341 1:40.034 1:39.661 14 6 Max Verstappen RED BULL 1:40.424 1:39.903 1:39.818 13 7 Nico Hulkenberg FORCE INDIA 1:41.000 1:40.709 1:40.501 12 8 Sergio Perez FORCE INDIA 1:40.864 1:40.743 1:40.519 12 9 Fernando Alonso MCLAREN HONDA 1:41.616 1:41.044 1:41.106 17 10 Felipe Massa WILLIAMS MERCEDES 1:41.157 1:40.858 1:41.213 15 11 Valtteri Bottas WILLIAMS MERCEDES 1:41.192 1:41.084 9 12 Jenson Button MCLAREN HONDA 1:41.158 1:41.272 14 13 Esteban Gutierrez HAAS FERRARI 1:41.639 1:41.480 16 14 Romain Grosjean HAAS FERRARI 1:41.467 1:41.564 15 15 Jolyon Palmer RENAULT 1:41.775 1:41.820 14 16 Pascal Wehrlein MRT MERCEDES 1:41.886 1:41.995 14 17 Daniil Kvyat TORO ROSSO FERRARI 1:42.003 9 18 Kevin Magnussen RENAULT 1:42.142 6 19 Felipe Nasr SAUBER FERRARI 1:42.247 8 20 Esteban Ocon MRT MERCEDES 1:42.286 8 21 Carlos Sainz TORO ROSSO FERRARI 1:42.393 9 22 Marcus Ericsson SAUBER FERRARI 1:42.637 8 Lewis Hamilton fl-azzjoni fuq iċ-ċirkwit ta' Abu Dhabi waqt il-pole position tal-bieraħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017