Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514
LI Sliema Wanderers huma tim bi storja glorjuża fil-futbol Malti huwa fatt magħruf. Dan komplew jikkonfermawh fil-jiem li għaddew, hekk kif żewġu t-tim tagħhom mal-isponsor ewlieni fil- kampanja tal-abbiljamenti f 'Malta, jiġifieri Dizz Group. Il-president ta' Sliema Wanderers Keith Perry, sostna li dan il- ftehim ma' Dizz Group kien ftehim naturali hekk kif jinkorpora ftehim bejn żewġ naħat tal-ogħla livell professjonali. Intant, Keith Perry kompla biex ħabbar investment ma' sponsors ewlenin għas-snin li ġejjin bħal mhuma Paul & Shark, Harmont & Blaine, Brooks Brothers, Liu-Jo, Trussardi u oħrajn. Keith Perry kompla li l-fatt li Dizz Group huma l-ikbar kumpanija f 'Malta fis- settur tal-moda jagħmilha iktar faċli li Sliema Wanderers - tim bi storja glorjuża fil-futbol Malti jkollu konnessjonijiet iktar mill-qrib magħhom. Saħansitra, huwa wasal biex iddeskriva lil dawn l-isponsors bħala parti mill-familja tagħhom. Keith Perry rringrazzja wkoll lil Zarb Coaches fejn huwa qal li ilhom jisponsorjaw lill- Wanderers sa mill-ewwel jum tiegħu fil-presidenza tiegħu, kif għamlu wkoll Fort Fitness. L-istess president tal-Wanderers kompla li xtaq jiffoka fuq is-suċċessi li kisbu l-Wanderers matul l-aħħar żewġ staġuni u speċjalment matul dan l-istaġun taħt il- gwida tal-kowċ bravu John Buttigieg hekk kif huma ilhom mhux megħluba għal dawn l-aħħar sitt logħbet. Keith Perry kompla li l-Wanderers ilhom jinvestu fi plejers żgħażagħ għal żmien konsiderevoli fosthom bl-akkwisti ta' Jean Paul Farrugia li ġie ffirmat mingħand Hibernians, Ryan Spiteri, li ngħaqad magħhom mingħand Ħamrun Spartans, Gabriel Aquilina, Peter Xuereb, Michele Sansone u l-goalkeeper Timothy Aquilina li lkoll iffirmaw kuntratti twal mal-klabb. Il-president Keith Perry kompla li qed jinvestu bis-sħiħ fi plejers żgħażagħ tal-klabb tagħhom. Intant, tkellmet ukoll Diane Izzo, id-Direttur Ġenerali ta' Dizz Group li qalet li huwa ta' unur kbir għall-kumpanija tagħha li tisponosorja klabb bi storja glorjuża bħal mhuwa Sliema Wanderers. Hija saħqet li r-raġel tagħa, Karl Izzo, li huwa l-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Waterpolo huwa prodott tal-villaġġ ta' Tas-Sliema, u dan kien xprun ewlieni biex jinstiga lilha biex tagħti s-sapport massimu tagħha mil- lat finanzjarju lil Sliema Wanderers. Hija kompliet li bil-kollborazzjoni ta' bejniethom, temmen bis- sħiħ li Sliema Wanderers jistgħu tabilħaqq jaslu għas-suċċess mixtieq fi tmiem l-istaġun fuq kull binarju li jipprovdi l-futbol Malti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Keith Perry meta mistoqsi x'inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħu għal dan l-istaġun, u jekk dan hux it-tragward tal- Ewropa, huwa saħaq li post mal-ewwel erbgħa ikun sodisfaċenti għalih, iżda m'eskludiex li huma jistgħu jimmiraw għall-postijiet ogħla fil-klassifika. Intant, fost l-aħħar kontroversja li qed tikkaratterizza lill-futbol Malti, li matul l-istaġun li ġej kull tim ikun jista' jutilizza sa sa massimu ta' 11-il plejer barrani, huwa esprima li huwa kontra din il-fehma, hekk kif iħoss li b'din l-inroduzzjoni, plejers żgħażagħ Maltin ikunu qed jitilfu l-opportunità li jagħmluha mal-elite tal- futbol Malti, waqt li saħaq li din l-istess idea għandha tkompli tkun diskussa fil- Premier League Standing Committee fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Sports 33 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 'Kuntent ferm biż-żwieġ bejn żewġ komponenti ewlenin f 'pajjiżna' - Keith Perry Keith Perry u Diane Izzo imkien mal-akkwisti l-ġodda ta' Sliema Wanderers