Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Chris Bonett - Avukat li jispeċjalizza fil-liġi tal-isport u li wara sitt snin bħala viċi president tal-MFA fejn kien il-moħħ u ċ-ċentru wara l-bosta riformi li saru, issa se jkun Integrity Officer tal-UEFA, bl-iskop li tkompli għaddejja l-battalja kontra l-kankru tal-korruzzjoni u l-betting Sports 34 'Min qed jirrovina l-logħba tagħna għal gwadann Kif bdejt tinteressa ruħek fil-futbol? Il-futbol dejjem kien ġewwa fija. Jgħiduli li minn meta kont għadni kemm bdejt nitkellem kont diġà nieħu ras kulħadd bil-formazzjonijiet tat-timijiet li jkunu qed jilagħbu fil-Kampjonat Malti u Taljan. Int kont sindku tal-Gżira. Liema kariga tinvolvi l-iktar xogħol - dik ta' sindku jew viċi president tal-MFA? It-tnejn huma impenjattivi ħafna. Però ma tistax tagħmel paragun għax huma żewġ karigi totalment differenti minn xulxin. Madankollu, mhux kemm tinvolvi xogħol il-kariga, iżda kemm il-persuna lest juża dik il-kariga biex jagħmel ix-xogħol, li tagħmel id- differenza kollha. Kif kien jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol ta' avukat u ta' viċi president tal-MFA? Kont nipprova nlaħħaq, b'immanniġġjar tal-ħin akkurat u preċiż u b'lista' ta' prioritajiet. Tista' tghid li m'għadnix nagħmel ix-xogħol ta' avukat fis-sens tradizzjonali, iżda speċjalizzajt fil-liġi tal-isport u llum full-time Sports Lawyer. Kont taħdem mill-qrib mal-President Noman Darmanin Demajo u mal-eks Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo. X'kienet ir-relazzjoni tagħkom fit- tmexxija tal-MFA? Ir-relazzjoni tagħna kienet waħda li aktar ma jgħaddi żmien, aktar kienet qed issir b'saħħitha u organizzata. Naħseb il-fatt li bħala President għandna persuna ta' età matura, u jien u Bjorn Vassallo għadna kemxejn żgħażagħ ħolqot relazzjoni ta' missier u ulied. Fil-fatt, il-President kien iħallina naħdmu ħafna fil-libertà u kien jintervjeni biss meta jħoss li konna qed immorru barra mil- linja tal-ħsieb tiegħu. Il-futbol Malti marid? Ma nemminx li l-futbol Malti huwa moribond, iżda nemmen li ħafna għandhom l-impressjoni li huwa fil-fatt marid. Qed ngħid hekk għaliex l-interess xorta hemm qiegħed u għadu b'saħħtu. Tmur f 'ħanut tal-gazzetti filgħodu wara tmiem il-ġimgħa, tisma' lil kulħadd jitkellem fuq il-logħbiet tal-Premier ta' tmiem il-ġimgħa. Però, ninsab konxju li l-amministraturi tal-futbol f 'Malta jridu jaħdmu flimkien mal-klabbs u mal-plejers biex jekk hemm xi ħadd li qiegħed jirrovina l-logħba tagħna għall-gwadann personali tiegħu, għandna nagħmlu minn kollox biex neħilsu minnu. Ovvjament, dejjem b'rispett assolut lejn id-dmir tagħna li nippreżentaw provi konkreti u d-dritt ta' dik il-persuna li tiddefendi ruħha. Tħoss li l-livell tal-futbol Malti żdied jew naqas f 'dawn l-aħħar snin? Fl-opinjoni umli tiegħi, li m'iniex kowċ u allura m'għandix il-kompetenza teknika, nemmen li l-livell tal-logħba tagħna għola u nemmen li r-riżultati tat- tim nazzjonali tagħna fl-aħħar żminijiet, kif ukoll il-wirjiet eċċezzjonali tal-klabbs tagħna fl-Ewropa huma xhieda ta' dan kollu. Ġieli anki nara xi filmati tal-futbol Malti għaxar snin ilu u nemmen li mxejna 'l quddiem. Il-problema jidher li ġejja mill-fatt li pajjiżi oħra għollew il-livell tagħhom b'mod iktar rapidu u veloċi minna, u dik qed tiġi i6ndirizzata. Però, mhux faċli għax tinvolvi ħafna sagrifiċċji minn dawk kollha involuti, l-iktar importanti l-plejers. Taħseb li l-kampjonat Malti bil-format kif propost mill-istaġun 2016/17 se jħalli l-frott mixtieq? Nemmen li m'għandniex nibżgħu minn kampjonat b'14-il tim. L-ewwel nett, se jkun qed jolqot firxa aktar wiesgħa ta' rħula li se jkunu kburin li għandhom it-tim tar-raħal tagħhom fl-ogħla diviżjoni. Barra minn hekk, min-naħa ta' amministrazzjoni ta' klabbs, nemmen li aktar ma jkun hemm timijiet, aktar il-baġit biex 'issalva' jiċkien u b'hekk ikollna klabbs iktar sodi finanzjarjament. Ħames snin ilu kien hemm persuni, mhux il-klabbs, li qalu li konna żbaljati li konna żidna n-numru ta' timijiet minn 10 għal 12. Illum qed jgħidulna li 12 huwa n-numru perfett u 14 huwa ħażin. Jien ngħid ejjew nagħtu ftit żmien ħa naraw kif se mmorru. Bħalma emmint li ħames snin ilu ħadna d-deċiżjoni t-tajba, nemmen li din id-darba se tkun l-istess. X'qed tagħmel l-MFA biex tiġġieled il-korruzzjoni f 'pajjiżna? Konxju li qed issir ħidma sfiqa mill-Integrity Officer Franz Tabone. Iżda hemm lok li ssir ħidma ikbar biex tinqered din il-pjaga li qed teqred il-futbol mhux biss madwar id-dinja kollha? Xogħol qed isir ħafna u qed jidher. Għandna lil Franz Tabone u lil Adrian Camilleri li flimkien mat-tmexxija tal-MFA qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jiġġieldu din il-pjaga. Sfortunatament, minħabba s-sensittività tas-suġġett hemm ħafna xogħol li jsir li ma jidhirx u għalhekk tista' tingħata l-impressjoni li mhux isir biżżejjed. Barra minn dan, aħna konxji mill-fatt li l-MFA m'għandhiex poteri biżżejjed biex tiġbor l-informazzjoni u tieħu l-azzjoni neċessarja biex teqred din il-problema. Għalhekk jeħtieġ li jkollna koperazzjoni sħiħa mal-istakeholders konċernati. Dan għaliex din hija problema li taffettwa lil kulħadd. Irridu nieqfu naħsbu li din hija problema biss ta' futbol. Illum irridu nifhmu li qed nitkellmu fuq reat kriminali, magħmul minn gruppi ta' kriminalità organizzata, li fi ftit snin oħra kapaċi jsir reat iktar popolari mit- traffikar tad-droga. Int kont wieħed mill-imħuħ wara t-Task Force li twaqqfet apposta biex tiġġieled il-korruzzjoni fil-futbol lokali. Tina iktar dettalji. It-Task Force għamlet ħafna xogħol f 'din l-aħħar sena li ilha mwaqqfa. Ovvjament, għalissa dan ma tantx qed jidher għax irridu noqgħodu attenti li ma nagħtux l-opportunità lil min jixtieq jisfratta x-xoghol tat-Task Force li jirrovina kollox. Jidher li wara ħafna diskussjonijiet wasalna biex flimkien mal-Gvern, l-Oppożizzjoni, il-Pulizija, il-Malta Gaming Authority u SportMalta fiż-żmien li ġej jitressaq abbozz ta' liġi ġdid li se jimmodernizza radikalment il-liġi li diġà teżisti. Qed nipproponu li jiħraxu l-pieni u l-multi għal min jinqabad, u fuq kollox qed naraw kif bejnietna nistgħu noħolqu network lokali bejn l-entitajiet kollha biex ngħinu lil xulxin fl-investigazzjonijiet. Fuq kollox, qed nippreparaw programmi edukattivi għat-tfal għax nemmnu li l-problema għandha tiġi indirizzata qabel ma' din issir problema. Kemm taħseb li hi kbira l-korruzzjoni fil-futbol lokali, dejjem jekk din teżisti? Mhux kbira daqskemm ħafna nies jaħsbu, però jrid isir ħafna xogħol għax il-perċezzjoni li hemm korruzzjoni kbira mhijiex tgħin. Għalkemm ma tantx fadallek bħala viċi president tal-MFA, tista' telenka x'inhuma l-proġetti tal-MFA għall- futur? Kif qal il-President Norman Darmanin Demajo fil-Laqgħa Ġenerali Annwali f 'Lulju li għadda, l-MFA għandha tliet snin b'ħafna xogħol quddiemha. Għadu kemm ġie mniedi l-piċċ il- ġdid tal-Istadium Nazzjonali - proġett li ħa ħafna ħin iżda li żgur se jkun qed itejjeb il-livell tal-logħba tagħna. Iżda hemm żewġ proġetti prinċipali li kellhom ikunu mmexxijin minni iżda issa se jkolli niddelega dan kollu lil min ġej warajja.Tajjeb li l-ewwel ngħid li mhux ser nitlaq qabel nagħlaq il-ligi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, li tant hija importanti għall- futur tal-klabbs tagħna. Wasalna fl-aħħar battuti tagħha u nemmen li ma ddumx ma tidħol fis-seħħ. Wieħed miż-żewġ proġetti huwa r-riforma tal-istatut tal- MFA. Wara r-riforma fir-regolamenti tal-istatus u t-trasferimenti tal-plejers, konna ħassejna li wasal iż-żmien li nagħmlu diskussjoni serja fuq il-futur ta' kif titmexxa l-assoċjazzjoni tagħna. Għandna statut tajjeb, li però wasal iż-żmien li jimxi ftit maż-żminijiet. Kulħadd se jkollu sehem importanti f 'din id-diskussjoni u nemmen li bħalma għamilna fir-riformi l-oħra, anki din se tkun qed twassal għat-tisħiħ tal-MFA. Cristian Antony Muscat "Fl-ewwel ġurnata tiegħi tax-xogħol, kelli biss skrivanija u siġġu fl-uffiċċju tiegħi u b'hekk kelli nibni dan id-Dipartiment mill-bidu nett" "Li kieku kont inħoss li se nkun qed niġġieled ġlieda mitlufa ma kontx naċċetta din il-kariga"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017