Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet NEW 208 ACTIVE PLUS FROM €15,800 WARRANTY YEARS Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2123 8854 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com Azzopardi Enterprising Ltd. – Dovik Buildings, Fortunato Mizzi Street, Victoria, Gozo – T: 2156 6671/2 - M: 99 493 300 – E: info@aelgozo.com 5-door, Tinted Glass, MP3 - USB Player Touch Screen, Front & Rear Electric Windows, Front, Side & Curtain Airbags, LED Daytime Running Lights, Variable Power Steering, Heated Electric Folding Mirrors, Leather steering wheel, Auto Lighting/ Wipers, Panoramic Glass Roof, Climate Control AC, Reversing Sensors, Central Locking, Fog Lamps, Cruise Control, 16" Alloys, Bluetooth, SAT NAV, ABS, ESP & much more. Combined consumption (l/100 km): from 3 to 5.6. CO 2 emissions (g/km): from 79 to 129. www.peugeot.com.mt Peugeot Malta 1152. Peugeot - 208 Active Plus - 18x5.indd 1 11/05/2016 14:02 Transport Malta m'għadhiex toħroġ liċenzji ġodda għal parkers TM tgħid li l-parkers mhumiex obbligati li jiddikjaraw id-dħul tagħhom minn Ruben Anthony Xuereb TRANSPORT Malta, li hija l-entità li tirregola l-operat tal-car park attendants jew kif inhuma magħrufa aħjar, parkers, qalet kif liċenzji ġodda għal dan ix-xogħol m'għadhomx jiġu maħruġa. Minkejja dan, f 'kummenti ma' din il-gazzetta, TM qalet li għadha biss iġġedded il-liċenzji tal-parkers eżistenti kull sena. Dan ifisser li filwaqt li d-dritt tal-impjieġ tal-car park attendants qiegħed jiġi miżmum, biż-żmien, hekk kif il-parkers eżistenti jirtiraw, din il-professjoni se ssir ħaġa tal-passat. Fil-ħarġa tal-ILLUM tat-13 ta' Novembru, din il-gazzetta kienet irrapportat dwar id- dilemma li jkollhom uħud meta parker jitlobhom il- flus wara li jkunu pparkjaw f 'parkeġġ publiku u dwar x'benefiċċji se jieħdu, jew il- vetturi tagħhom billi jagħtu xi ħaġa tal-flus lil dan il-bniedem. Dan kien tqajjem ukoll waqt seduta Parlamentari, fejn id-Deputat Luciano Busuttil kien saqsa lill-Ministru għat- Trasport u l-Infrastruttura dwar xi pjan għandu l-Gvern dwar fuq il-parkeġġi bil- parkers. Ir-risposta tal- Ministru Joe Mizzi kienet Ii l-Gvern m'għandu l-ebda pjan għal xi tibdil dwar dan. Allura tajjeb li wieħed ikun jaf kif inhuma l-affarijiet bħalissa. Kelliema għal Transport Malta spjegat li s'issa, l-iskop tal-operat tal-car park attendants huwa li jkun żgurat id-dħul, il-parkeġġ u l-ħruġ ordnat tal-vetturi fil-parkeġġi pubbliċi. L-ILLUM staqsiet ukoll lil TM jekk huwiex legali li dawn il-parkers jitolbu, u ġieli jippretendu 'donazzjoni' minn min jipparkja fil-parkeġġ. Il- kelliema għal Transport Malta iċċarat il-fatt li għalkemm m'hemm ebda obbligu fuq is- sewwieqa biex iħallsu jew biex jagħtu donazzjoni lill-car park attendants talli jużaw parkeġġi pubbliċi, ir-regolamenti jipprovdu li l-car park attendants għandhom permess li jżommu kull donazzjoni li jistgħu jirċievu mingħand is- sewwieqa. Il-kelliema ta' Transport Malta fakkret li jekk ikun hemm ksur tal-liġi meta car park attendant b'xi mod jobbliga lis- sewwieqa biex ituh donazzjoni, jitlob ammont partikolari jew iġib ruħu b'mod ħażin jew mhux xieraq, dan għandu jiġi rrappurtat lil Transport Malta, sabiex jittieħdu l-passi dixxiplinarji neċessarji. Kummenti oħrajn li rċeviet din il-gazzetta, tefgħu dawl fuq il-fatt li meta l-car park attendants jirċievu d-donazzjonijiet, li f 'każi ta' parkeġġi kbar, speċjalment f 'postijiet bħall-Belt Valletta jew ħdejn il-baħar fix-xhur tas-sajf, id-donazzjonijiet faċli jammontaw għal mijiet u eluf ta' ewro f 'ġurnata, u ma jiġux iddikjarati u li fuqhom la titħallas taxxa u lanqas VAT. Meta l-ILLUM ressqet din il- mistoqsija lil Transport Malta, ir-risposta kienet li m'hemm ebda obbligu fuq il-car park attendants sabiex jiddikjaraw id-dħul tagħhom minn donazzjonijiet lill-Awtorità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017