Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514
illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 6 Bejn proposti tajbin u oħrajn fl-arja: Id-dokument Il-PN ippublika dokument b'51 proposta. Xi nhuma dawn il-proposti? Jagħmlu sens? Huma fattibbli jew inkella kliem fl-arja? L-ILLUM tanalizza ftit minnhom minn Albert Gauci Cunningham IL-ĦADD li għadda l-Partit Nazzjonalista ressaq dokument illi fih qed jipproponi elenku ta' miżuri mmirati lejn in- negozji żgħar u ħwienet. Id-dokument li fih b'kollox hemm 51 proposta huwa, politikament, immirat biex il-Partit Nazzjonalista jerġa' jressaq lejh faxxa ta' votanti li huma fil-maġġoranza 1) tradizzjonalment Nazzjonalisti 2) ftit, jekk xejn, ta' piż fuq il- politiku għax jiffurmaw l-aktar klassi ta' nies li l-inqas li għandhom bżonn lill-politiku u 3) waħda mill-aktar klassi ekonomikament importanti għall-pajjiż, għax b'mod ġenerali hija fost l-aktar li tħallas taxxa, (u bl-ogħla rata jekk ma tridx). Naturalment il-PN jaf li bl- idjoma politika spiss użata ta' dan il-Gvern, jiġifieri li huwa pro-business, qed jitlef l-appoġġ jew mhux qed jikseb biżżejjed appoġġ fost firxa kbira ħafna ta' votanti li dejjem, jew kważi dejjem, fil-maġġoranza tagħhom appoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Laburista biddel l-immaġini tiegħu biex illum huwa meqjus ħafna iktar aċċettabbli, milli qatt seta' kien, għal dawk in- nies, l-individwi u familji li ħadu riskju finanzjarju kbir u fetħu negozju, b'ħafna tbatijiet. Imbuttat b'ekonomija b'saħħitha u ottimiżmu ekonomiku li mhux neċessarjament kien previst li se jseħħ taħt Gvern Laburista, il-PN qed isibha doppjament diffiċli li jippenetra f 'dan is-settur ta' votanti kruċjali għalih. Il-barri u l-qrun: Il-vera weġgħa tal-ħwienet Filwaqt li d-dokument tal- PN huwa wieħed estensiv ħafna u fih diversi punti u proposti, kif mistenni, iżomm 'il bogħod milli jitratta l-ikbar uġigħ ta' ras ta' ħafna negozji żgħar. Dan minħabba illi li tindirizza b'mod dirett il- ferita, tfisser li l-Gvern ikollu jintervjeni fis-suq u llum, kemm il-PL u anke l-PN fil-Gvern, kif rajna fil- kwistjoni tal-kera, joqogħdu ħafna lura milli jintervjenu b'mod dirett fis-suq. Il-ftuħ ta' katina partikolari tal-ħwejjeġ kienet bla dubju ta' xejn bonanza għal konsumatur. Prezzijiet oħros, varjetà akbar u aktar flus fil-but għal nies li forsi sa ftit ilu kienu jaslu biss s'għand dak il-ħanut tar- raħal biex jixtri l-ħwejjeġ. L-istess bonanza ġrat fil-qasam tal-merċa hekk kif katina ta' supermarket partikolari jingħad li fost l-aktar li tagħmel flus huwa f 'pajjiżna. Prezzijiet orħos, varjetà kbira u kollox taħt saqaf wieħed. Is-suq infetaħ beraħ u sħubija ta' Malta fl-UE kompla fetħu. Illum kull min irid jitla' u jġib ix- xogħol minn barra jista' jagħmel dan b'faċilità ikbar milli kien jagħmel qabel is-sħubija ta' Malta fl-UE, li fissret daqqa ta' ħarta kbira lil dawk li jbigħu bl-imnut (wholesalers). Kumment li kien għadda persuna f 'dan il-mestier mal-ILLUM, iktar kmieni din is-sena kien spjega kif minn madwar 100 persuna f 'dan ix-xogħol, illum hawn biss madwar 10 persuni li jaħdmu bħala wholesalers. Minkejja kollox huwa xorta pożittiv li dak li kellu jsir qabel ir-referendum ta' sħubija ta' Malta fl-UE, qed isir issa. Forsi b'xi mod is- suq tal-ħwienet iż-żgħar li xorta għadu kbir ħafna u li minnu jiddependu mijiet ta' familji, isalva. Min jegħreq id-demm u min jikser il-liġi Proposta ferm pożittiva fid-dokument tal-PN hija dik li jekk elett fil-Gvern, se jsaħħaħ ir-regolamenti u jinvesti fi strutturi ta' infurzar biex 'operaturi mingħajr liċenzja jew li ma jkunux qed joperaw skont il-liġi jkunu mwaqqfin milli joperaw.' Matul l-aħħar ġimgħat u xhur din il-gazzetta nnotat diversi kiosks u gabbani, speċjalment f 'Buġibba u Tas-Sliema, li f 'daqqa waħda ħadu spazju ta' parkeġġ u bdew ibigħu l-ġelati u x-xorb. Din il-gazzetta l-ewwel ċemplet lill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, li informawna li rridu nċemplu lid-Dipartiment tal-Kummerċ. Id- Dipartiment tal-Kummerċ informa lill-ġurnalista ta' din il-gazzetta biex tiftaħ rapport fil-konfront tal-kiosk jew il-gabbana, in kwistjoni jew inkella li biex jirrispondu lil din il-gazzetta riedu l-isem tal-kiosk (kif jaf kulħadd l-ebda waħda mill-gabbani, la f 'Tas-Sliema u lanqas Buġibba, ma kellhom isem). Din il-gazzetta tinsab infurmata li din is- sitwazzjoni irrabjat mhux ftit lil numru ta' negozji, speċjalment fil- Pjazza ta' Buġibba, li dan is- Sajf kellhom jikkompetu ma' operaturi illi għadu sal-lum mhux ċar jekk għandhomx liċenzja jew inkella jekk hux qed joperaw fil-konfini tal-liġi. Huwa pożittiv li l-PN qed jipproponi li jindirizza din il-lakuna. L-aqwa ċertifikat għall- miżura 'Laburista' ta' child care b'xejn Fid-dokument tiegħu l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li jizviluppa jew iħajjar lill-privat biex jiżviluppa ċentri ta' 'child care' f 'żoni kummerċjali. Bħala kunċett il-PN qiegħed, permezz ta' din il-miżura, jagħti l-aħjar ċertifikat lil miżura 'Laburista' ta' child care b'xejn, li mhux biss kienet milqugħa tajjeb minn setturi differenti iżda li