Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Id-dokument tal-PN għall-ħwienet iż-żgħar ħalliet il-frott ekonomiku mixtieq. Huwa pożittiv li l-PN qed jipproponi li jibni aktar fuq dak li beda dan il-Gvern billi wkoll jiftaħ iċ-child care f 'żoni kummerċjali għall-impjegati rġiel li jaħdmu f 'dan is-settur, anke jekk fir-realtà hemm predominanza ċara ta' impjegati femminili li jaħdmu f 'dan is-settur. Ħaddem sew u nħallsek Miżura importanti fid- dokument tal-PN u li żvelat din il-gazzetta nhar il=Ħadd li għadda hija dik illi l-PN qed jipproponi li jħallas għotja u jagħti inċentiv lil kull negozju li jħaddem persuna ġdida fil-ħanut tiegħu jew tagħha. Din il-miżura timmarka bidla radikali u forsi anke strateġika mill-attitudni li ħa l-PN l-aħħar li kien fil- Gvern lejn il-prekarjat, anke f 'dan il-qasam. Is-salesgirls u l-persuni li xogħolhom huwa wara l-bank ilhom jitħallsu pagi li huma jew taħt il-minimu permessibbli bil-liġi, jew inkella eżatt mal-istess minimu. Pagi fil-ħwienet għal sales assistants, rari jekk qatt jaqbżu l-€5.50 fis- siegħa u ġieli kienu jduru mat-€3.75, li mhux rata li tirrispetta l-liġi. Minkejja li fil-Gvern il-PN ftit li xejn għamel biex jirrispondi għal din ir-realtà huwa pożittiv li permezz ta' din il- miżura qed jipproponi li l-abbuż u l-prekarjat ikun żvantaġġjat, hekk kif il-benefiċċjarji kollha jeħtieġ ikunu konformi mal-liġi. L-'imma' ta' din il- miżura... Għalkemm il-miżura hija pożittiva, innovattiva u tista' tkun xprun biex jinħoloq aktar xogħol, hemm 'imma' kbira. Kollox se jorbot mal-andament tan- negozji ż-żgħar. Biex sid jibbenifika minn din il-miżura jeħtieġ ikun f 'qagħda tajba biżżejjed biex iħallas il-paga u l-ispejjeż marbutin mal-impjegat, lil hinn mill-għotjiet u l-krediti fit-taxxa. Fin-nuqqas ta' informazzjoni u statistika mmirata biss lejn negozji żgħar li jħaddmu inqas minn 10 minn nies, huwa possibbli li minkejja l-pożittività ta' miżuri bħal dawn il-marġini żgħar ħafna tal-profitt bi prospett limitat ta' tkabbir, jillimitaw bil-qawwi l-aċċess għalihom. Apparti minn hekk, in-nuqqas ta' data speċifika għal negozji żgħar ikun ifisser li l-Gvern ikollu stampa qarrieqa u mhux wiesà jew estensiva biżżejjed biex jieħu dawk id-deċiżjonijiet li jistgħu jolqtu mijiet ta' negozji żgħar pożittivament. 'Imma' kbira oħra huwa l-kapital uman. Jiġifieri l-limiti fir-riżorsa umana jew kemm ħanut se jsib biżżejjed nies li lesti jaħdmu f 'dan l-impjieg b'mod full time u li jkunu lesti li jieħdu taħriġ, kif qed jipproponi d-dokument. Trid issir salesgirl? Teħtieġ ċertifikat... Minkejja li l-attenzjoni kienet kważi esklussivament fuq il-miżuri li qed jipproponi l-PN u li jirrigwardaw il-but, waħda mill-aħjar proposti fid- dokument hija dik li tinħoloq Akkademja Internazzjonali tar- Retail. Il-proposta tgħid li għandu jinbena tim ma' professjonisti u esperti f 'dan il-qasam biex din l-akkademja tkun parti mill-programmi li toffri l-MCAST. Fost il-korsijiet li qed ikunu proposti mill-PN hemm, Il-Qasam tar-Retail Intraprenditorjali, 'marketing' integrat għall- ħwienet, korsijiet għal assistenti f 'operazzjonijiet u taħriġ għal mod ta' kif sid jista' jagħmel bidla fl-operat tan-negozju. Nistudja biex insib xogħol bil-paga minima? No way! Il-PN qiegħed hawnhekk jipproponi dak li l-Gvern Laburista preżenti ilu jisħaq li għandu jiġri fis-settur turistiku, jiġifieri li impjieg f 'dan il-qasam jibda jkun meqjus karriera, mhux aktar xogħol temporanju. Il- forzi tas-suq jibqgħu dejjem rilevanti mmens iżda, hekk kif ħafna nies, minkejja kull proposta, ikunu lesti biss li jispeċjalizzaw f 'qasam jew jistudjawh jekk jafu li wara se jkun hemm ritorn ġust u xieraq. Ftit se jkunu dawk li se jqattgħu sena jew aktar jistudjaw biex isibu xogħol li jħallashom ftit iktar mill- paga minima. Iktar minn hekk, ikun aħjar li fil-fatt il-PN, kieku fil-gvern, minflok joħloq entità separata, jibni fuq dak li diġà jeżisti fil-preżent. Is-settur tal- bejgħ għandu ħafna xebh u huwa mibni fuq il-kolonna tar-relazzjonijiet mal- konsumatur bħat-turiżmu. Allura minflok akkademja ġdida, għaliex ma ngħaqdux ir-riżorsi diġà eżistenti fl- ITS u nżidu korsijiet ġodda li jikkumplimentawhom? Għaliex ma nbiddlux l-ITS f 'ċentru li minnu joħroġ kull min jaspira li jaħdem fil-qasam tas-servizz, minflok nifframmentaw suq li diġà huwa żgħir? Pulmuni 'ħodor' f 'ċentri kummerċjali Bla dubju proposta tajba hija dik li jinħolqu 'pulmuni ħodor f 'żoni kummerċjali'. Imma kemm hi prattika fir-realtà? Jekk inħarsu lejn Tas-Sliema, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, Birkirkara, il-Belt u anke l-Fgura ssib li postijiet fejn toħloq dawn il-'pulmuni ħodor' jew huma limitati ħafna jew inkella diġà ġew mibdulin f 'ġonna li jaqgħu taħt ir- responsabilità tal-kunsill/ Gvern (Fra Diegu, Ħamrun, Raħal Ġdid wara l-Knisja u l-Barrakka l-Belt Valletta) jew inkella lanqas jeżistu. Jiġifieri, sakemm din il-proposta ma saritx biex ngħidu għamilna proposta ambjentali, kien ikun aħjar kieku l-PN speċifika f 'liema lokalitajiet u żoni kummerċjali diġà eżistenti qed jara li jista' jwettaq din il-proposta. Il-monti: Kliem sabiħ ... Il-PN fid-dokument li ppreżenta għamel diversi proposti dwar dawk li joperaw fil-monti. Jekk taqta r-retorika ssib li l-aħjar proposti huma dawk biex kull monti jkollu karatteristika unika u li jsir kodiċi ta' kondotta għall- bejjiegħa. X'inhu u fuq liema bażi se jinbena dan il-kodiċi u għaliex il-PN iħoss li għandu jagħmlu, mhux ċar. Lanqas huwa elenkat fid-dokument x'qed jifhem eżatt b''karatteristika unika għal kull monti l-PN. Restawr u bejgħ Proposta interesanti fid-dokument titratta skema ta' rati ta' kirjiet preferenzjali għal dawk li lesti jirrestawraw jew jirriġeneraw binjiet storiċi u skedati, biex jiftħu negozju partikolari b'kunċetti partikolari jew inkella biex jinbiegħu prodotti artiġjanali. Hija pproposta pożittiva għax tista' taċċellera l-mixja li qabad il-pajjiż f 'dak kollu li jirrigwarda riġenerazzjoni, apparti li tkompli ssaħħaħ ċentri kummerċjali, speċjalment fil-Belt Valletta. Pożittiv ukoll huwa li l-PN qed jipproponi tnaqqis tat-taxxa meta tinxtara proprjetà f 'żoni li l-istess dokument qed jgħid li għandhom ikunu riġenerati. Tajba ... imma kif? Punt ieħor pożittiv fid-dokument huwa dak li qed jipproponi aċċessibilità aħjar għaż- żona kummerċjali mill- cruise liner terminal fil-Belt. Pożittiv fil-kunċett, imma għal darb'oħra dawn it-turisti diġà huma fornuti b'xarabank li tgħaddi minn hemm u ddur mal-Belt Valletta, karozzini, linja twila ta' taxis li jieħdu lill- passiġġieri madwar il-Belt jew il-pajjiż u saħansitra 'lift' li jieħdok sal-Barakka ta' Fuq. Jiġifieri, għal darb'oħra din il-proposta jeħtieġ tkun 'imlaħħma' aktar. Kif se tkun imtejba l-aċċessibilità? B'titjib ta' mezzi eżistenti? Jew il-ħolqien ta' mezzi ġodda? Inraħħsu d-dawl u l-ilma..... Id-dokument jgħid hekk: 'Inraħħsu l-kontijiet tad- dawl u l-ilma minn dak li l-pajjiż jiffranka mill- interconnector, minflok mill-Power Station tal- Electrogas.." Il-ħwienet iż-żgħar ftit jimpurtahom minn fejn se jkun ġej it-traħħis, speċjalment dawk li ħassew sew l-għoli fil-kontijiet fl- aħħar leġiżlatura tal-Gvern Nazzjonalista. Jimpurtahom l-aktar li l-kont jorħos u taħt dan il-Gvern il-kont tad- dawl tagħhom raħas b'25%. Il-proposta tal-PN hija pożittiva, imma dwar il- kontijiet tad-dawl u l-ilma dan il-partit, li kien qal li impossibbli traħħas il- kontijiet ftit tax-xhur ilu biss, mhux kredibbli. Tnaqqis fit-taxxa tad-dħul fuq l-ewwel €50,000... Naturalment l-aktar miżura mill-51 li l-PN tkellem dwarha kienet dik li Gvern prospettiv Nazzjonalista jnaqqas it- taxxa tad-dħul għal 10% fuq l-ewwel €50,000 tal- profitt operattiv lil kull negozju. Id-dokument jgħid li l-iffrankar se jvarja minn €3,595 sa' €12,500, skont jekk toperax waħdek jew inkella jekk toperax bħala kumpanija reġistrata. Il-miżura hija pożittiva u definittivament magħmula biex tressaq lejn il-PN aktar voti. L-iżball tattiku tal-PN kien li miżura bħal din, meqjusa bħala vote catcher, kellha tkun żvelata ftit qabel l-elezzjoni ġenerali u mhux sena jew aktar qabel. Naturalment b'dan id- dokument f 'idejh il-Gvern Laburista jkun qed jiblieh jekk ma jarax kif se jwettaq jew joħroġ bi proposti aħjar mill-PN f 'dan il-qasam. €

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017