Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 8 Imut Fidel Castro, l-eks mexxej ta' Kuba Fidel Castro, l-eks President ta' Kuba u mexxej tar-revoluzzjoni Komunista, imut fl-età ta' 90 sena KMIENI s-Sibt filgħodu, il-familja ta' Fidel Castro ħabbret li l-eks President ta' Kuba u mexxej tar- revoluzzjoni Komunista, miet il-Ġimgħa filgħaxija fl-età ta' 90 sena. Dan ħabbru l-President ta' Kuba, Raul Castro, ħu Fidel, li stqarr dalgħodu li "miet il-mexxej tar-revoluzzjoni Kubana". Fidel Castro mexxa l-pajjiż għal kważi 50 sena f 'sistema statali b'partit wieħed, sakemm fl-2008, ħa postu ħuħ Raul bħala president tal-pajjiż. Castro se jibqa' personaġġ storiku fl-istorja ta' dan is-seklu bħala dak li beda u mexxa u r-revoluzzjoni ta' Kuba aktar minn 50 sena ilu, u li minn dak iż-żmien mexxa l-pajjiż. Infatti, Castro huwa l-aktar mexxej li mhux ġej minn familja rjali, li dam fit-tmexxija ta' pajjiż tul dan is-seklu. Il-partitarji u simpatizzanti ta' Castro jsostnu li huwa ta lura l-pajjiż lill-poplu Kuban, minkejja li tul is-snin Castro kien akkużat b'imġiba dittatorjali li tatx lok għal oppożizzjoni fil-pajjiż. Fidel Castro ġie kkremat ilbieraħ filgħaxija. Il- President Raul Castro, ħabbar numru ta' ġranet ta' luttu fil- pajjiż kollu. Raul Castro temm l-indirizz tiegħu b'għajta tal-islogan revoluzzjonarju li kien juża ħuh Fidel..."Lejn ir-rebħa, dejjem!" Tul is-snin tal-gwerra bierda, Fidel Castro dejjem kien personaġġ xejn maħbub f 'Washington Fl-1959, flimkien ma' grupp żgħir ta' ġellieda ribelli, irnexxielu jegħleb il-mexxej militari Fulgencio Batista. Fi żmien sentejn li ħa f 'idejh it-tmexxija tal-pajjiż, Castro ddikkjara l-alleanza tiegħu mal- Unjoni Sovjetika. Dan poġġieh f 'dawl ikrah ħafna mal-Istati Uniti, li minkejja theddid ta' invażjoni Amerikana, kif ukoll l-embargo li dam għaddej sa din is-sena stess, Castro rnexxielu jżomm ir-revoluzzjoni komunista fil-pajjiż minkejja li pajjiżu kien biss 145km 'l bogħod mill-kosta ta' Florida. Karattru mibgħud mill- kritiċi kollha tiegħu, iżda maħbub minn dawk kollha li mxew warajh tul is-snin, Castro għex taħt it-theddida ta' 10 presidenti tal-Istati Uniti u numru kbir ta' attentati fuq ħajtu min-naħa tas-CIA. Nhar il-Ġimgħa miet b'kawżi naturali fl-età ta' 90 sena u bla dubju se jħalli ismu fl-istorja tad-dinja. Il-Qorti tfaqqa' garanzija bankarja ta' €10,000 lil Ġanni t'Għawdex IN-NAGĦAĠ tiegħu jridu jiġu ċċippjati, l-imtaten imsewwija u l-ħalib prodott mill-merħla mormi. Il-Qorti ta' Malta għadha kif ċaħdet l-appell tar-ragħaj Għawdxi; Ġanni Attard. Il-Qorti poġġiet il-ħtija tal-problemi fuq Attard innifsu. Il-ġudizzju mill- Qorti Kostutuzzjonali għadda fl-appell ta' Attard kontra l kundizzjonijiet li ġie mogħti f 'April mill-Qorti stess. Il-merħla ta' Attard kellha tiġi mmarkata fiżikament u ċċippjata elettronikament, filwaqt li l-imtaten iridu jiġu msewwija u l-prodott mill- merħla mormi. Il-merħla kellha wkoll tinżamm f 'żona liċenzjata. Attard appella kontra l-impożizzjoni li l-ħalib tal-merħla jiġi mormi u d-disponiment tal-karkassi tal-annimali għaliex skont hu hija "ħruxija u bla bżonn" Il-liċenzja baqgħet ma nħarġitx lil Attard, u huwa protesta kontra dan u tefa' l-ħtija fuq id-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Veterinarji li skontu "rrifjuta li joħroġ il-liċenzja" L-Avukat Ġenerali, il- Kummissarju tal-Pulizija, u d-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Veterinarji, irribattew l-allegazzjonijiet u argumentaw li l-appell iddaħħal tard wisq wara s-6 ijiem ċans li kellu jsir fih għalaq. Qalu wkoll li Attard ma kienx irreġistrat bħala ragħaj u kien qed iżomm il-merħla tiegħu f 'post mhux liċenzjat. Intqal ukoll li l-MEPA ma kinitx teħtieġ l-involviment tad-Direttur Ġenerali biex tapprova jew le din l-applikazzjoni minħabba l-fatt li Attard ma mexiex mal- proċeduri tal-MEPA. Fid-deċiżjoni tal-Prim Imħallef Silvio Camilleri flimkien mal-imħallfa Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri, ħareġ li digriet li Attard appella għalih kien wieħed li affettwa dritt fundamentali li jaqa' taħt liġi speċjali; dan fisser li ma kienx preskritt. Madanakollu, l-appellant daħal f 'din is-sitwazzjoni hu stess minħabba li la rreġistra l-merħla tiegħu u l-anqas lilu nnifsu bħala ragħaj. Naqas ukoll milli jiġi approvat mill- awtoritajiet kompetenti f 'dan ir-rigward. Għall-Qorti meta naqas li jirreġistra l-merħla tiegħu "ħoloq suspett li l-annimali kienu morda jew qed iġorru xi mard." Il-Qorti bi qbil mal-Istat qalet li l-ispejjeż li Attard jista' jkollu meta wieħed mill-annimali tiegħu jmutu, huma kawża tal-fatt li Attard iddeċieda li jagħmilha ta' ragħaj mingħajr ma mexa mar-regolamenti u għaldaqstant poġġa lilu nnifsu f 'illegalitajiet b'konsegwenza tal-azzjonijiet tiegħu. Il-ġudizzju mgħoddi ma jistax jiġi mqabbel ma' dak li jiġri normalment f 'każi ta' ragħja oħrajn iżda għandu jiġi rikonoxxut il-fatt li Attard għażel hu li jpoġġi lilu nnifsu f 'sitwazzjoni llegali. Għall-istess raġuni, il-qorti kkonkludiet li l-garanzija bankarja imposta hija raġonevoli u proporzjonata mad-daqs tal-merħla. Ġanni Attard jitlef l-appell fil-Qorti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017