Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 10 Il-presepju Malti fi triqtu lejn il-Vatikan IL-PRESEPJU maħdum Malta, li se jkun esebit fi Pjazza San Pietru, jinsab fi triqtu lejn il-Vatikan Nhar il-Ġimgħa 25 ta' Novembru, telaq minn Malta lejn il-Vatikan il-presepju Malti li se jkun qed jiġi esebit ġewwa Pjazza San Pietru. Wara jumejn ta' tgħobbija tal-materjal ta' dan il- presepju ġo żewġ containers, dan issa telaq lejn il-Vatikan sabiex jiġi armat fi Pjazza San Pietru u mill-ewwel ġimgħa ta' Diċembru jkun jista' jibda jpaxxi l-għajn ta' min iżur il-Vatikan sat-8 ta' Jannar. Hekk kif tħabbar waqt konferenza stampa fit-22 t'Ottubru, kif jgħaddi dan iż-żmien imbagħad se jkun esebit f 'pajjiżna f 'postijiet pubbliċi fi żmien il-Milied. Dan il-presepju huwa wieħed partikulari għax fih karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġ Malti, inkluż l-arkitettura, il-flora u l-fawna, kif ukoll figuri tradizzjonali tal-presepju. Il-presepju ntgħażel wara li d-Direttorat tal- Kultura, f 'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, ippubblika sejħa għad- disinn u l-bini ta' presepju artistiku. Il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jirringrazzja l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-Kurja tas-sostenn f 'dan il-proġett, li jinkludi wkoll kunċert mill- Orkestra Filarmonika ta' Malta fis-17 ta' Diċembru fil-Bażilika Papali ta' San Paolo Fuori le Mura f 'Ruma. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b'xejn. Biex tikseb riżultat trid taħdem għalih u tagħmel is-sagrifiċċji. L-ILLUM tiltaqa' ma' minn Ruben Anthony Xuereb KMIENI fis-6 ta' filgħodu, waqt li wħud ikunu fis- sodda u oħrajn għadhom qed jistenbħu, ikun hemm nies li diġà jkunu qegħdin bi ħġarhom jagħmlu l-eżerċizzji tagħhom f 'xi gym. Uħud jagħmlu dan biex jonqsu mill-piż, oħrajn biex iżommu ruħhom sani u attivi u għal oħrajn dan ir- reġim ta' eżerċizzju regolari huwa l-isport, il-passjoni u l-istil tal-ħajja tagħhom. L-ILLUM marret f 'gym kmieni filgħodu biex tiltaqa' ma' Kirsten Dalmas, tfajla ta' 27 sena li tipprattika l-isport tal-'body building' u tikkompeti fil-kategorja tal-'bikini fitness'. Infatti, aktar kmieni din is-sena, Kirstin kienet ir-rebbieħa tal-ewwel premju fil- klassi tat-tul tagħha, kif ukoll tal-ewwel premju mill-klassijiet kollha fil- kategorija 'Bikini Fitness' waqt il-kompetizzjoni nazzjonali organizzata mill- federazzjoni MFBBF. Kirsten qalet li hi minn dejjem kienet persuna sportiva u attiva u bdiet tittrenja ġo gym daqs erba' snin ilu u mbagħad bdiet tieħu dan l-isport b'aktar dedikazzjoni kbira u serjetà daqs sentejn ilu. Sabiex tikseb ir-riżultati mixtieqa, Kirsten tmur il-gym tal-inqas ħames darbiet fil-ġimgħa u kull sessjoni ta' eżerċizzju tagħha ddum madwar siegħa u nofs. "Meta noqrob lejn kompetizzjoni tal-'body building', nipprova mmur kuljum, ġieli anke darbtejn f 'ġurnata," stqarret Kirstin. Id-dieta hija iktar importanti mill-eżerċizzju f 'dan l-isport Ħaġa li forsi min mhux mitħla tal-eżerċizzju ma jafx hija li d-dieta hija importanti daqs, jew aktar mill-eżerċizzju stess sabiex wieħed jikseb fiżiku skulturat bħal ta' Kirsten. Dwar dan, hija tgħid li l-kowċ tagħha, Anthony Meachen, dejjem għallima li nfatti, d-dieta hija iktar importanti mill-eżerċizzju fl-isport tal-'body building', iżda anke f 'kull tip ta' dixxiplina sportiva oħra. Kirstin spjegat kif id-dieta ta' kulħadd hija differenti, u tiddependi mill-progress li jkun qiegħed fih il- ġisem. Id-dieta ta' kuljum ta' Kirsten tvarja bejn protejini, li ġġib minn tiġieġ u ħut frisk, minn ammonti bil-qies ta' karboidrati kif ukoll ħaxix. Kirsten tisħaq li fil-ħajja kulħadd iħobb igawdi, u hi mhux inqas hekk kif l-isport tagħha ma jwaqqafhiex milli jkolla ħajja soċjali mal-ħbieb. Minkejja dan, hija qalet li "sfortunatament, meta tagħżel dan l-isport, huwa importanti immens li xorta tibqa' żżomm dejjem mad-dieta, għax huwa dan li jħoll u jorbot il-prodott u kundizzjoni finali," qalet Kirsten. Bħal kull tfajla oħra tal-età tagħha, Kirsten toħroġ mal-ħbieb u tissoċjalizza kemm tista', però tgħid li xorta tibqa' żżomm ma' ċertu limiti fuq l-ikel u x-xorb. "L-alkoħol huwa l-ewwel ħaġa li nżomm 'il bogħod minnha," ammettiet ma' "Meta nħares fil-mera u nħossni kuntenta bil-figura tiegħi, ngħid dik jien ħdimt għaliha, wasalt bil-ħila tiegħi u ta' ħadd iktar" 'Eżerċizzji bil-weights narahom ta' sodisfazzjon aktar minn tbatija' 'Il-kowċ dejjem imbuttani biex inkun persuna aħjar milli kont il-ġurnata ta' qabel' Dixxiplina, sagrifiċċju u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017