Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Opinjoni 16 Skont Cacopardo... Malta u l-evażjoni tat-taxxa minn Carmel Cacopardo L -Unjoni Ewropea, permezz tal- Kummissarju għall- Kompetizzjoni Margrethe Vestager, nhar it-30 t'Awwissu ordnat lill-Korporazzjoni Apple biex tħallas lill-Irlanda €13-il biljun f 'taxxi mhux imħallsa. Id-deċiżjoni tal-UE kkunsidrat li t-trattament speċjali tal-Korporazzjoni Apple meta tnaqqsilha b'mod qawwi l-kont tat- taxxa kien jammonta għal għajnuna illegali mill-istat. Allura t-taxxi dovuti kellhom jitħallsu. Iktar qabel, f 'Novembru 2014 permezz ta' Luxleaks konna sirna nafu li fil- Lussemburgu u f 'pajjiżi oħra kienu inħadmu diversi skemi li jiffaċilitaw l-evażjoni tat- taxxa u li permezz tagħhom, kumpaniji multinazzjonali evitaw li jħallsu biljuni ta' ewro f 'taxxa. Sadanittant, l-UE fetħet diversi investigazzjonijiet dwar skemi li jiffaċilitaw l-evażjoni tat-taxxa mill- kumpaniji multinazzjonali f 'diversi pajjiżi. Fil-kuntest tad-dibattitu mqanqal li ilu għaddej dwar din l-evazjoni tat-taxxa li hi ffaċilitata minn diversi pajjiżi, il-grupp tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew għadu kif ippubblika studju dwar l-istrateġiji addottati mill-korporazzjoni ġganteska fil-qasam tal-industrija tal-kimika, il-BASF, biex tevita t-taxxa dovuta. B'headquarters Ludwigshafen il-Ġermanja, dan il-ġgant industrijali jiġġenera dħul ta' €70.4 biljun fis-sena minn siti industrijali mifruxa fi tmenin pajjiż. Malta tissemma' f 'dan ir- rapport flimkien mal-Belġju, l-Olanda u l-Iżvizzera,. Il-BASF, tul is-snin sfruttat id-differenzi fis-sistemi nazzjonali tat-taxxa fl-UE biex evitat ħlas mhux żgħir ta' taxxi. Huwa stmat li bejn l-2010 u l-2014 evitat madwar biljun ewro f 'taxxa! Ir-rapport tal-Ħodor Ewropej jirreferi għal kumpanija sussidjarja tal-BASF f 'Malta liema kumpanija kellha mal-€5.07 biljun f 'assi. Dawn l-assi kienu transferiti lill-kumpanija BASF Finance Malta GMBH li kellha uffiċċju f 'San Ġiljan biex b'hekk, din il-kumpanija setgħet tibbenefika minn trattament preferenzjali li wassal biex tieħu lura sitta minn kull seba' ewro mħallsa f 'taxxa f 'Malta. Dan l-abbuż tad-differenzi bejn is-sistemi differenti nazzjonali tat-taxxa, għandu jkun indirizzat bla iktar dewmien. Kien korrett il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li f 'laqgħa tal-ECOFIN fil- Lussemburgu f 'Settembru li għadda emfasizza li t-triq 'il quddiem qiegħda fil-kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxi fl-UE u mhux fl-armonizzazzjoni tat- tassazzjoni fl-Unjoni kif iridu xi pajjiżi membri. Il-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa għandha rwol sinifikanti bħala għodda li kemm il-pajjiżi żgħar, kif ukoll il-pajjiżi fil-periferija tal-Ewropa għandhom għad- dispożizzjoni tagħhom. Ħadd m'għandu jistenna li dawn il-pajjiżi jarmu l-vantaġġ żgħir li għandhom imma fl-istess waqt, għandu jkun ċar li dan għandu jkun utilizzat b'mod responsabbli. B'mod partikolari, m'għandux jitħalla li jkun hemm abbuż mill- kumpaniji multinazzjonali li ħsiebhom biss kif ser jevitaw it-taxxi li għandhom l-obbligu li jħallsu. Il-profitti għandhom ikun intaxxati fejn ikunu ġġenerati u imkien ieħor. L-Unjoni Ewropea għandha tkun il- katalist biex il-pajjiżi membri jagħlqu t-toqob fis-sistemi tat-taxxi tagħhom. Fuq kollox, il-pajjiżi membri kollha, Malta inkluża, m'għandhomx jibqgħu jinkoraġixxu l-evażjoni tat-taxxi bl-iskop li parti mit-taxxi dovuti f 'pajjiż ieħor jinġabar minnhom! Li jitħallsu t-taxxi dovuti fil-pajjiż fejn dawn ikunu ġġenerati, ikun ifisser iktar fondi biex ikunu mantnuti s-servizzi u l-infrastruttura tant meħtieġa fid-dinja tal- lum għax numru ikbar ta' kumpaniji jkunu kostretti jħallsu dak kollu li hu dovut minnhom. Il-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa m'għandhiex tfisser l-inkoraġġiment tal-evażjoni tat-taxxa. Għax preżentement, sfortunatament dak li tfisser. Carmel Cacopardo hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo. wordpress.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016