Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet Reat: Li l-Pulizija jindika liema avukat ikollok waqt l-interrogazzjoni L-avukat jista' biss isegwi l-interrogazzjoni... minn Albert Gauci Cunningham MINN din il-ġimgħa, daħlu fis-seħħ emendi u bidliet fil-Kodiċi Kriminali li se jfissru d-dritt li kull min se jiġi interrogat, ikollu avukat waqt l-istess interrogazzjoni. Minkejja dan, il-liġi tagħmilha ċara wkoll li l-Pulizija jwettaq reat kemm-il darba jipprova jindika avukat partikolari lill-persuna li jkun se jinterroga. Fil-fatt, il-liġi kif emendata issa u li bdiet tapplika minn din il-ġimgħa, tagħmilha ċara li "kwalunkwe uffiċjal tal-Pulizija li jindika jew jagħmel tentattiv biex jindika lill-persuna miżmuma, l-avukat jew il-prokuratur legali li għandu jkun ingaġġat waqt id-detenzjoni tagħha, ikun ħati ta' reat." Iktar minn hekk, il-liġi tgħid li d-dritt tal-avukat "m'għandux jinfthiem bħala dritt tal-avukat li jostakola l-interrogazzjoni." Ma' din il-gazzetta, il-President tal- Police Officers Union (POU) l-Ispettur Sandro Camilleri staqsa xi jfisser eżatt meta l-liġi tgħid li l-avukat m'għandux jostakola. "Din il-parti mhix ċara u allura l-pulizija mhumiex infurmati dwar meta u f 'liema punt l-avukat tal-parti li qed tiġi interrogata jista' jintervjeni." L-ILLUM għamlet kuntatt mal-konsulent tal-Prim Ministru dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja Franco Debono, li ċċara li bil-liġi kif inhi issa, l-avukat għandu jkun preżenti, għandu d-dritt li jieħu rekords ta' dak li jkun qed iseħħ waqt l-interrogazzjoni imma m'għandux dritt li jindaħal fil-ħidma tal-pulizija waqt li din tkun qed tinterroga. Fil-fatt, dawn il-kummenti huma mera eżatta tal- mozzjoni li ressaq l-istess Debono fit-12 ta' Ġunju 2012 u li dwar dan il-punt partikolari kienet tgħid hekk: "Jien nemmen li l-preżenza tal-avukat waqt l-interrogazzjoni għandha tkun preżenza passiva. Jien ma naqbilx li l-avukat għandu joqgħod jintervjeni, jagħmel id-domandi hu... għandu jkun preżenti biss biex jassigura li l-proċeduri jimxu skont il-liġi." Il-liġi li daħħal il-Gvern preżenti se tallinea lil pajjiżna ma' dak li titlob il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li f 'każi separati iddikjarat li persuni kellhom id-drittijiet tagħhom miksura meta ma kellhomx avukat waqt l-interrogazzjoni. Sa din il- ġimgħa stess, fil-Qorti Maltija, il-Maġistrat Neville Camilleri issospenda każ kontra raġel Taljan akkużat bit- traffikar tad-droga wara li rriżulta li dan ma kellux avukat jew assistenza legali waqt l-interrogazzjoni. Il-Pulizija trid tagħti lista ta' avukati Il-Liġi tispeċifika kif malli l-persuna arrestata titlob għall-assistenza legali, il-Pulizija jkollhom l-obbligu li jfornu lill-istess persuna b'lista ta' avukati mfassla mill-Kamra tal-Avukati u mill-Kamra tal-Prokuraturi. Naturalment, u minħabba kwistjonijiet ta' prattiċità, kif iffakkar Debono mal- ILLUM, ħafna mis-suspettati jkollhom l-avukat tagħhom, u allura dan il-proċess ma jkunx meħtieġ. Sa' siegħa qabel: Tkun infurmat bl-allegat reat Il-liġi li għadha kif ġiet introdotta, tagħmilha ċara wkoll li sa mhux inqas minn siegħa qabel, is-suspettat jeħtieġ ikun infurmat bl- allegat reat u dan ikollu wkoll id-dritt li jiltaqa' u jikkomunika "fil-privat mal- avukat li jirrapreżentah." Il-Pulizija tiddeċiedi jekk l-interogazzjoni tkunx rekordjata Il-liġi taċċerta li d-dritt tal-persuna li se tkun interrogata jkunu salvagwardjati, fil-fatt titlob li t-tweġibiet kollha li jingħataw waqt l-interrogazzjoni u l-proċeduri relatati mal-interogazzjoni għandhom, "fejn fl-opinjoni tal- intervistatur hu possibbli, ikunu rekordjati b'mezzi awdjoviżwali." Dan il-punt ukoll kien sar fil- mozzjoni mressqa minn Debono lura f 'Ġunju 2012 Mhux fl-interogazzjoni biss... Intant l-avukat qed jingħata d-dritt li jkun preżenti mhux biss għall- interrogazzjoni, imma wkoll meta jittellgħu numru ta' persuni suspettati, f 'każ ta' konfrontazzjonijiet u f 'każ ukoll ta' rikostruzzjoni tax- xena tad-delitt. 'Il-Pulizija fil-għama dwar il-bidliet' Ma' din il-gazzetta, Sandro Camilleri għamilha ċara li l-POU hija favur il-bidliet li daħlu fis-seħħ iżda qal ukoll li l-pulizija tħallew fid-dlam dwarhom. "Din hija bidla radikali u filwaqt li aħna naqblu magħha, inħossu wkoll li kollox ġie introdott f 'daqqa mingħajr l-informazzjoni neċessarja f 'idejn il-membri tal- korp biex ikunu jafu kif se titħaddem. Kulħadd tħalla fid-dlam dwar dawn il-bidliet," sostna Camilleri ma' din il- gazzetta. X'qalet il-Qorti Ewropea għad- drittijiet tal-bniedem? Il-każ f 'Malta: Borg vs Malta Il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem tat diversi sentenzi relatati mad-dritt tal-avukat waqt l-interrogazzjoni. Fost dawn kien hemm dik ta' Pishchanilkov kontra l-Gvern Russu fl-2009. Pishchanilkov kien arrestat fuq suspett ta' serq aggravat. Hu kien interrogat, fl-assenza ta' avukat. Waqt l-interrogazzjoni kien ammetta li kien parti minn qtil u anke ħtif. Il-Qorti qalet iżda li kien hemm vjolazzjoni tal-Konvenzjoni tad- Drittijiet tal-Bniedem filwaqt li sabet ukoll li l-fatt li ma kienx hemm assistenza ta' avukat waqt l-interogazzjoni "imminat il-possibbiltà li jkollu smigħ xieraq." Il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem tat sentenza fil-każ ta' Malta wkoll, iktar kmieni din is-sena. Il-Qorti ddeċidiet li Mario Borg kellu d-dritt tal-assistenza legali miċħud. Din iċ- ċaħda ma kinitx tissodisfa r-raġunijiet eċċezzjonali, issa parti mill-Kodiċi Kriminali lokali, li jirrestrinġu dan l-istess dritt. Il-Gvern Malti għalhekk kellu jħallas lil Borg €2,500 f 'danni u €2,185 fi spejjeż. Borg kien arrestat għal 21 sena u ngħata multa ta' €70,000 fl-2008 meta kien nstab ħati ta' traffikar tad- droga. Franco Debono Sandro Camilleri