Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Sports 30 X'qed jinħema fix-xena tal-futbol internazzjonali... STEVEN N'ZONZI - Juventus jinsabu lesti li joffru €30 miljun lil Sevilla biex jakkwistaw lil Steven N'Zonzi. Milli jidher, il-Bianconeri baqgħu sorpriżi u impressjonati bil-wirjiet li dan il-plejer kellu kontrihom fil-UEFA Champions League. Fil-passat, dan il-plejer lagħab ukoll fl-Ingilterra ma' Blackburn Rovers u Stoke City. WILFRIED ZAHA - Il-plejer ta' 24 sena ta' Crystal Palace, Wilfried Zaha għażel li jibda jirrapreżenta lill-Kosta tal-Ivorju fuq bażi ta' tim nazzjonali u mhux l-Ingilterra. Huwa diġà kien lagħab darbtejn mat-tim nazzjonali Ingliż, iżda għamel dan f'żewġ logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Iżvezja fl-2012 u kontra l-Iskozja fis-sena ta' wara, u għalhekk huwa eliġibbli li jirrapeżenta nazzjon ieħor, kif se jagħmel. Li kieku huwa rrapreżenta lill-Ingilterra f'logħbiet kompetittivi, ma kienx ikun eliġibbli li jilgħab ma' tim nazzjonali ieħor. THIAGO SILVA - Juventus qed jagħmlu minn kollox biex jiksbu s-servizzi ta' Thiago Silva sa mis-sajf li ġej. Il- Brażiljan jidher orjentat li jirritorna f'tim aktar kompetittiv fl-aħħar snin tal-karriera tiegħu. PSG, madankollu, għandhom id-dritt li awtomatikament iġeddulu l-kuntratt għal sena oħra jekk jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League din is-sena. F'dak il-każ, Juventus ikollhom jinnegozjaw l-akkwist tiegħu ma' PSG u dan mhux se jkun faċli. ALEXIS SANCHEZ - Fit-tentattiv iddisprat li joħorġu mill-kriżi li jinsabu fiha, Inter jinsabu lesti li jinvestu s-somma eżorbitanti ta' €150 miljun biex isaħħu l-iskwadra tagħom sa minn Jannar li ġej. Fost l-ewwel tragwardi tagħhom, hemm dak li jakkwistaw lill-plejer ta' Arsenal, Alexis Sanchez. Għadu mhux magħruf kemm Inter huma lesti li jħallsu biex jakkwistaw lil dan il-plejer, fejn jidher ukoll li Manchester City qed isegwu l-passi tiegħu, bil-possibbiltà li jakkwistawh f'Jannar li ġej. SERGE GNABRY - L-eks midfielder ta' Arsenal, Serge Gnabry, żvela li l-Gunners ma ridux ibigħuh akkost ta' kollox, iżda huwa kien detreminat li jħallihom, kif fil-fatt għamel għas-somma ta £5 miljun, minħabba li ma kienx qed jingħata spazju fl-ewwel 11 ta' dan it-tim immexxi minn Arsene Wenger. Huwa tenna li issa li qed jilgħab ma' Werder Bremen fil-Ġermanja, qed jingħata ċ-ċans li jilgħab futbol b'mod regolari mal-ewwel 11, kif minn dejjem kienet ix-xewqa tiegħu, u b'hekk jinsab kuntent ħafna. BEN ARFA - Fenerbahce jinsabu ferm interessati li jakkwistaw lil Ben Arfa mingħand il-ġganti Franċiżi ta' PSG. Bħalissa, dan il-plejer ftit li xejn qed jingħata ċans ta' logħob mill-kowċ Unai Emery, u b'hekk jidher determinat li jħalli lill- Pariġini sa minn Jannar li ġej, bid-destinazzjoni probabbli tiegħu tkun it-Turkija, fejn kollox qed jindika li huwa se jkun qed jingħaqad ma' Fenerbahce. Għall-fini ta' statistika, matul dan l-istaġun huwa lagħab biss 387 minuti ma' PSG, skorja gowl wieħed biss u kellu assist. JOAO MOUTINHO - Il-midfielder ta' Monaco, Joao Moutinho, qal li jinsab ħerqan li jibda avventura ġdida fil- karriera tiegħu, din id-darba fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Riċentament, huwa kien biss minuti 'l bogħod milli jingħaqad ma' Tottenham Hotspur, iżda mbagħad it-trasferiment tiegħu sfaxxa fix-xejn. Huwa afferma li għalkemm jinsab kuntent ħafna ma' Monaco, il-bidla fil-ħajja għalkemm dejjem iġġib magħha ċerti sfidi, hija dejjem sabiħa u għalhekk iħalli l-bibien miftuħa għall-possibbiltà li jmur jilgħab fl-Ingilterra, fejn iżda ma żvelax ma' liema tim jixtieq jilgħab. SAMI KHEDIRA - Dan jidher li se jkun l-aħħar staġun ta' Sami Khedira ma' Juventus fejn huwa mistenni jibda avventura ġdida fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti ma' LA Galaxy. Dan it-tim għandu fil-pjanijiet tiegħu li Khedira jieħu post Steven Gerrard, bil-midfielder ta' Juventus jidher li huwa interessat ferm f'din il-proposta minħabba s-salarju fenomenali li jista' kollu ma' dan it-tim, għalkemm għadu ma ngħata l-ebda tagħrif dwar dan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016