Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Jidhirli li s-sena li ġejja, 2017 se tibda l-presidenza ta' Malta. Naħseb li hawn Malta se jkunu qed jiġu diskussi xi affarijiet, bħall-immigrazzjoni żgur li smajthom isemmu. Jiena personali ma nafx x 'nista' ngawdi minnha l-Presidenza, imma nimmagina li kollox għall-aħjar li se jsir. Naf li se ddum sitt xhur, l-ew wel sitt xhur tas-sena d-dieħla jekk mhux sejjer żball, minn Jannar li ġej. Jien naħseb li f 'dawn is-sitt xhur, li ħa jiġri hawn Malta se jkunu traffic jams kbar…u naħseb dak biss li se niggwadanjaw minnha din il-Presidenza, aktar traffiku. M'għandix idea meta se tibda din il-presidenza…fl-ew wel tas-sena forsi smajt b'xi ħaġa. Naħseb li l-iskop tagħha din il- presidenza hija biex jiddiskutu l-problemi li jkollhom fl-Unjoni Ewropea. Jien personalment ma naħsibx li se niggwadanja xi ħaġa, imma forsi dak li jitħattu, jkun għall-ġid tagħna, nisperaw. Jidhirli, imma m'iniex ċert, imma fl-2017 naħseb se tibda l-presidenza. Naħseb li waqt il-Presidenza, nippruvaw nieħdu r wol aktar importanti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, perà mhux ċert dwar dan ir-r wol eżatt. Personalment niddubita li se ngawdi b'xi mod minn din il-presidenza. Xi kultant naħseb, bħal naħseb ħafna ċittadini Ewropej oħra, li nħossu distanza bejna u bejn dak li qed jiġri fi Brussell, u fl-Unjoni Ewropea in ġenerali. Bħala pajjiż, forsi mill-lat turistiku jkun hawn xi gwadann bil- 'branding u marketing', imma daqshekk naħseb. Ma nafx meta se tibda l-presidenza u m'għandix idea x 'se jiġri. Ngħidlek il-verità qatt ma smajt biha. Lilian Zammit – 51 sena minn San Ġwann Toni Formosa – 60 sena minn San Ġwann Joseph Bartolo – 59 sena min-Naxxar Chris Cremona – 25 sena mill-Iklin Kyle Cassar – 18-il sena minn Buġibba Il-Presidenza skont in-nies Mark Scerri – 31 sena minn Ħal Tarxien Vincent Scerri – 70 sena min-Naxxar Anton Spiteri – 63 sena mill-Mosta M'għandix idea meta se tibda ta'…u ngħidlek il-verità ma smajt xejn fuqha u m'għandix idea dwarha. Ma tantx naf fuq din il-Presidenza. Jien li nisma' jidħol minn widna u joħroġ mill-oħra. Forsi smajthom isemmu xi ħaġa li se tibda xi ħaġa dalwaqt, dax-xahar jew is-sena d-dieħla għandikun. Jiġri x 'jiġri, issa naħseb li għall-aħjar li se jagħmlu avolja ma nafx eżatt x 'se jiġri. Il-presidenza ta' Malta se tibda s-sena d-dieħla u diġà qed isiru ħafna tħejjijiet għaliha. L-importanti naħseb huwa li waqtha nagħtu immaġini tajba tal-pajjiż, bħala l-isem ta' Malta waqt li nkunu qed nikkompetu ma' pajjiżi ferm ikbar minnha. Waqt il-presidenza se jsiru ħafna laqgħat hawn Malta dwar aspetti diff erenti, speċjalment dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, li huwa suġġett kritiku ħafna, għaliex għandek pajjiżi bħall-Italja li qegħdin jilqgħu r-refuġjati u ħafna pajjiżi oħra le. Dan qed jeff etwa l-futur tal-Ewropa. Jiena ma nqisx x'nista' niggwadanja jien personalment, iżda hija kwistjoni tal-pajjiż kollu. L-aspetti kollha tal-pajjiż u l-immaġini ta' Malta quddiem dawn il-pajjiżi l-oħra kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016