Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum għalihom hi li m'għandhomx biżżejjed ħin sabiex jgħinu lill-istudenti tagħhom fuq bażi iktar individwali. Minbarra dan, it-tieni l-akbar preokupazzjoni li l-għalliema tax-xjenza u tal-matematika għandhom hija li dawn għandhom wisq materjal u sillabu li jridu jkopru matul is- sena għall-eżamijiet. Il-ħin huwa evidentament l-għadu ewlieni ta' dawn l-għalliema hekk kif sfida ewlenija oħra ta' dawn l-għalliema hija li m'għandhomx ħin biżżejjed sabiex jippreparaw għal-lezzjonijiet, u sostnew li jeħtieġu iktar sigħat sabiex imorru preparati sabiex jgħallmu s-suġġett tagħhom. Meta mqabbel ma' diversi pajjiżi oħra, l-għalliema tal- matematika huma iffaċċjati b'ammont konsiderevoli ta' sfidi minn pajjiżi oħra. Dan ir-rapport jindika wkoll li l-għalliema ta' dawn iż- żewġ suġġetti li jgħallmu fi skejjel indipendenti jaffaċċjaw inqas sfidi fil-ħidma tagħhom fl-iskola minn dawk li jgħallmu fi skejjel tal-Knisja u tal-Gvern. Ġie nnutat ukolla kif, minkejja li minimament, għalliema nisa tal-matematika iffaċċjaw iktar sfidi mill- għalliema maskili. Minkejja dawn l-isfidi kollha li dawn l-għalliema jiffaċjaw, meta mistoqsija dwar is-sodisfazzjon li jħossu fil-karriera tagħhom, kienu 92% u 88% rispettivament tal-għalliema ta' dawn iż- żewġ suġġetti li huma kburin bix-xogħol li qed jagħmlu. 32% tal-kapijiet tal- iskola jħossu li fl-iskola għandhom problema ta' intimidazzjoni lejn l-għalliema Minkejja li meta kienu mistoqsija, 31.9% tal- kapijiet tal-iskola, indikaw li kien hemm problema ta' intimidazzjoni jew abbuż verbali fuq l-għalliema, ir- rata ta' Malta fejn għandha x'taqsam id-dixxiplina fl-iskola huma inqas severi minn dawk f 'pajjiżi oħrajn li qed jipparteċipaw. Kif mistenni, meta fl-iskola ġie rrappurtat li kien hemm ftit jew xejn problemi ta' dixxiplina, ir-riżultati u l-andament tal- istudenti kien aħjar, fis-suġġetti ta' matematika u xjenza. Dan ir-rapport jindika wkoll li l-kapijiet tal-iskola qalu li fl-iskejjel tal-istat, wieħed isib inċidenza iktar għolja ta' każi ta' nuqqas ta' dixxiplina, imbagħad l-iskejjel indipendenti, u l-inqas fl- iskejjel tal-Knisja. Fir-rapport, il- kapijiet tal-iskola ukoll indikaw diversi problemi oħra li jaraw preżenti fl- iskejjel, fejn fost l-oħrajn issemmew il-vandaliżmu, id-distrazzjonijiet fil-klassi, kliem ħażin u anke serq. Min-naħa l-oħra, l-istudenti wkoll tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom fl-iskola, partikolarment dwar il- bullying, u jekk qatt dawn spiċċawx vittma. Fil-fatt, fir-rapport joħroġ li 45% tal-istudenti li ħadu sehem qalu li xi darba jew oħra, studenti gidbu fuqhom, 30% qalu li xi darba ġew imsawta jew imweġġgħin u 23% qalu li ġew imġiegħla jagħmlu affarijiet li ma ridux. Jidher ukoll li l-istudenti maskili kienu iktar vittma ta' dan il-bullying milli l-istudenti bniet. 73% 11% 87% 37% 26% tal-istudenti jgħidu li jingħataw homework tal- Matematika kuljum tal-kapijiet tal-iskola jħossu li l-assenteiżmu fost l-għalliema huma problema tal-għalliema tax-xjenza huma kuntenti bil- professjoni tagħhom tal-għalliema tax-xjenza jħossu li l-istudenti ma jirrispettawx il-bini tal- iskola tal-kapijiet tal-iskola jaraw li l-involviment tal-ġenituri f 'attivitajiet tal-iskola hu baxx ħafna 'Il-fundatur ta' Dar Arka kellu missjoni li llum qed narawha sseħħ' Investiment ta' €350,000 f 'dar għal persuni b'diżabbiltà f 'Għajnsielem FL-OKKAŻJONI tal-jum internazzjonali ddedikat lill-persuni b'diżabilità, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana inawgurat ir-raba' dar minn għaxra bħala parti mill- proġett Soċjetà Ġusta. Dar il-Ġublew tal- Ħniena hija dar u proġett f 'Għajsielem, bi sħab ma' Fondazzjoni Arka, fejn il- Gvern għamel investiment ta' madwar €350,000. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li dan il-proġett ambizzjuż tal-Gvern b'risq il-persuni b'diżabilità jservi biex jgħaqqad is-settur f 'missjoni waħda: il-kwalità ta' ħajja ta' dawn il-persuni fil- komunità. Caruana qalet li l-Knisja hi sieħba ewlenija f 'dan il- proġett. Hekk kif diġà kien hemm sħubija mad-Dar tal-Providenza biex infetħet Dar Shalom fiż-Żurrieq, issa sar proġett ieħor simili b'kollaborazzjoni sħiħa ma' Fondazzjoni Arka. Justyne Caruana żiedet li Monsinjur Dun Manwel Curmi, il-fundatur ta' Dar Arka, snin ilu kellu missjoni b'viżjoni li llum qed narawha sseħħ proprju fil-jum internazzjonali għall-persuni b'diżabilità. "Qegħdin nuru kif nibnu flimkien mal-viżjoni ta' Dun Manwel u nagħtu appoġġ anke finanzjarju biex il- ħolma titwettaq, u dan għall- ġid li jistħoqqilhom dawn il- persuni mis-soċjetà kollha," qalet Justyne Caruana. Dar Ġublew tal-Ħniena se tilqa' ħames persuni u s-servizz li se jingħata se jkun konformi għal kollox mal-istandards stabbiliti dan l-aħħar għad-djar tal- persuni b'diżabilità, fejn l-Aġenzija Sapport se tagħti s-servizzi u l-għajnuna kollha meħtieġa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016