Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 Intervista 12 Barra mis-'sagristija' fi ġlieda M oħbija fit- toroq dojoq u l-isqaqien taż-Żejtun, imdawra bi djar antiki tipiċi ħafna tal-irħula Maltin, jew dawk li kienu l-irħula Maltin qabel, hemm dar partikolari u Ġiżwita partikolari. Fr Vince Magri huwa eżempju ħaj ta' persuna li tirriuta li tingħalaq ġos-sagristija, li tirriuta li tpoġġi f 'bozza u titkellem biss dwar dak li hwa komdu għalih, jew dwar dak li huwa strettament ċerimonjali u ekkleżjastiku. Magri, Ġiżwita għal dawn l-aħħar 38 sena, apparti li jmexxi l-Istitut Paolo Freire li tgħin lil dawk li huma soċjalment żvantaġġjati, Magri huwa voċiferu favur il-fqir, il-vulnerabbli u dawk li jinsabu fl-iktar strati baxxi tas-soċjetà. Fil-fatt, Magri huwa wkoll wieħed mill-imħuh tal- Kampanja Paga Minima Diċenti li qed titlob li l-paga minima tiżdied fuq medda ta' tliet snin. Niltaqgħu ma' Magri f 'dar kbira u antika, preċedentement kunvent tas- sorijiet u l-post minn fejn jingħataw bosta servizzi relatati mal-Istitut Paolo Freire. L-ewwel mistoqsija tal-ILLUM tkun dwar it-twemmin u l-fidi. Niftaħru ħafna bħala poplu li aħna Kattoliċi, imma llum is-soċjetà Maltija kif inbidlet? Sejra 'l quddiem jew lura? U l-isfidi llum għall-knisja kattolika, kif inhuma differenti minn 38 sena ilu? "L-isfidi llum huma differenti ħafna, meta kont iżgħar jien, kollox kien idur mal-Knisja. Ma kienx hemm Paceville u l-iżvog li jeżisti illum. Il-Knisja kienet fiċ-ċentru tal-ħajja Maltija. Naturalment mas-snin Malta, 'splodiet'," ikompli jgħid Magri mal-ILLUM, "kellna progress ekonomiku qawwi u soċjali, imma rridu noqogħdu attenti li ma mmorrux minn estrem għall-ieħor. Minn Knisja li hija kollox u fiċ- ċentru ta' kollox, għal Knisja li mhi xejn. Illum l-aktar ħaġa li tispikka huwa dak li hu sekondarju, il-festi u dak li jidher. Imma għandna sfidi kbar ta' sekulariżmu." 'Naqblu li min jikkoabita għandu jkun protett' Nistqasih biex jagħtini eżempju ta' għalxiex qed jirreferi meta jagħmel referenza għat-'theddida' mis- sekulariżmu u mill-ewwel isemmi d-drittijiet ċivili, fost affarijiet oħrajn. Nistaqsih imma, għalfejn iħoss li t-tnejn m'għandhomx jimxu id f 'id. Għalfejn drittijiet ta' individwi jew familji għandhom ikunu theddida għall-fidi u għall-Knisja? Insemmi l-Liġi tal-koabitazzjoni li mistennija tagħti protezzjoni lil nies li qed jikkoabitaw. Ma tħossx li din hija xi ħaġa pożittiva? "Iva," jibda jwieġeb Magri, "u jien naqbel, kif taqbel il-Knisja. Dan ma jfissrix li l-ideal ma jibqax ż-żwieġ. Imma aħna nibqgħu dejjem nemmnu fil-valur tal-persuna umana u għalhekk huwa tajjeb li jsiru liġijiet biex l-indivdwu jkun dejjem protett." 'It-tagħlim tal-Knisja ma jinbidel qatt' Imma Magri ma jħossx li kien hemm mumenti fejn il-knisja kienet wisq negattiva, kienet wisq profeta tal-biża', fi kwistjonijiet diversi fosthom tad-divorzju u tal-Unjoni Ċivili, fost l-oħrajn? Magri jibda mill-ewwel billi jisħaq li t-tagħlim tal-knisja jibqa' dejjem l-istess. "It-tagħlim tal-Knisja ma jinbidilx. Għall-Knisja, iż-żwieġ jibqa' dejjem bejn mara u raġel, però l-Knisja ma tistax tagħmel tabiruħha li ċerti realtajiet ma jeżistux. Għalhekk it-tagħlim jibqa' l-istess imma l-approċċ pastorali nbidel. Inħarsu lejn ir-realtà, lil hinn mill- iswed u l-abjad." 'Kulħadd għandu dritt jitkellem, anke l-Arċisqof ' Għal ftit ħin, l-intervista ddur fuq l-Arċisqof. Persuna maħbuba minn ħafna, però kkritikat minn bosta oħrajn. Ma ddejqux lil Magri li l-Arċisqof qed jidher, xi minn daqqiet, li qed ikun wisq politiku u wisq selettiv fil-kritika tiegħu? Ma ddejqux li qed ikun assoċjat wisq ma' karru politiku partikolari? Magri ma jaqbel xejn ma' dan u filwaqt li jgħid li mhux se jkun hu li jgħaddi ġudizzju jgħid illi fil-fatt, il-problema mhux l-Arċisqof imma min jaħsen li l-Knisja m'għandhiex titkellem. "Jien naħseb li ċerti nies iħossu li l-Knisja m'għandhiex titkellem, jekk mhux fuq il-festi. Jien ma naqbilx. Naturlament f 'politika partiġġjana m'għandhiex tidħol żgur, imma l-Knisja Kattolika għandha d-duttrina soċjali tagħha. Għandha duttrina dwar l-valuri, dwar l-importanza li pajjiżna jkollu l-ordni soċjali u dwar il-ġid komuni u dwar dan il-Knisja teħtieġ u għandha dover titkellem." "Għalhekk, iva," ikompli Magri, "L-Arċisqof għandu kull dritt jitkellem u min ma jaqbilx miegħu għandu dritt jikkritika. Imma ejja nitkellmu fuq dak li ma naqblux u nirrispettaw l-opinjoni ta' kulħadd mhux nippretendu li xi ħadd m'għandux dritt jitkellem." Jien x'jimpurtani minn ta' ħdejja... Magri semma l-ġid komuni. Illum ir-raġunament prevalenti huwa li naħseb fija nnifsi u fija nnifsi biss. Kemm tinkwetah din lil Magri? "L-individwaliżmu kiber ħafna u llum il-mudell ta' kif ngħixu huwa wieħed strettament fiskali. Ifhem, m'hemm assolutament xejn ħażin li tagħmel il-flus, imma ma tistax tinsa d-dover tiegħek lejn is-soċjetà." Imma, fil-prattika, xi jrid ifisser biha Magri din? X'inhu l-irwol tal- persuna, lil hinn minnha nnifisha? "Aħna ngħixu flimkien u rridu nagħmlu dan b'rispett lejn xulxin. Għalhekk għandna l-problemi ambjentali u problemi ta' ppjanar, għax kollox huwa ddettat mill- flus. Jeħtieġ nistaqsu lilna nfusna: "Għandna nibnu b'dan il-mod? Għandna bżonn dan l-iżvilupp? Jekk għandna bżonn housing mela le, imma tower sħiħ għalfejn? Għandna bżonnu? Hawn tant postijiet vojta!" Magri jistaqsi: "Min se jgawdi minn dawn it-torrijiet? Min għandu l-flus. Tgħid mhux se jgawdu n-nies li nagħmilha magħhom jien u li jiġu għall-għajnuna f 'din id-dar." 'Mhux dak li hu possibbli...imma dak li hu ġust' Magri jgħid li waħda mill-problemi li qed jaffaċċja pajjiżna hija li d-domanda li qed nistaqsu biex niġġustifikaw l-iżvilupp hija 'Huwa posibbli? Jekk possibbli nagħmluh." Imma l-Ġiżwita jisħaq li mhux hekk biss għandu jkun ir-raġunament. "Dażgur li torri tista' tibnih. It- teknoloġija tagħtik il-possibbiltà. Imma ma nistgħux nieqfu hemm. Jeħtieġ nistaqsu wkoll jekk għandniex bżonn dan l-iżvilupp. Meta tagħmel dan it-tip ta' żvilupp," ikompli jgħid Magri, "int se tbiddel il-mod kif jidher il-pajjiż. L-iskyline ta' Malta. Issa jekk int se tkisser biċċa art, għal skop soċjali, biex tibni djar fejn jgħixu n-nies li ma jifilħux jixtru post, hekk nifhem. Imma dan l-iżvilupp għandna bżonnu? Hekk irridu nbiddluh lil pajjiżna. Pajjiż tal- kaxxi, torrijiet u konkrit? Imma rridu naraw ukoll l-istil ta' ħajja tan-nies, ir-relazzjonijiet soċjali li se noħolqu b'dan l-iżvilupp. Xi progress qed nħarsu lejh? Il-progress biss relatat mal-flus?" 'Il-'Patrijotti' jinkwetawh sew' Żewġ Ħdud ilu, din il-gazzetta żvelat kif l-Għaqda Patrijotti Maltin issa hija uffiċjalment partit politiku u se jkollha kandidati kważi f 'kull distrett. Bħala Ġiżwita, u għalhekk parti minn ordni li taħdem ħafna mal-immigranti u li saħansitra batiet konsegwenzi fuq il-proprjetà tagħha minħabba dan, Magri jinkwetah dan il-fatt? "Dażgur li ninkwieta, għax il- politika tal-'Patrijotti' hija waħda ta' animożità u l-animożità ma tista qatt tkun xi ħaġa pożittiva. Meta qed nitkellmu dwar immigranti qed nitkellmu dwar persuni li qed ifittxu ħajja aħjar, ħajja ta' dinjità. U t-tagħlim tal-Knisja jagħmilha ċara li kull persuna għandha dritt li tfittex ħajja aħjar." Magri jkompli jgħid, "jien ma nħarisx lejn il-kulur tal-persuna, jiena nħares lejn il-persuna. U anke l-Knisja. Sfortunatament iżda, f 'dan il-pajjiż resqin biex inkunu soċjetà tal-ghettos, bħalma hemm f 'pajjiżi oħrajn. Il-ghettos fil-vera sens tal- Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Il-ghettos fil-vera sens tal-kelma jkissru t-tessut soċjali tagħna u jkissru s-sbuħija tal-integrazzjoni. Jeħtieġ nitgħallmu ngħixu ma' kulħadd " " Jekk ma nżiduhiex illum il-paga minima meta għandna ekonomija b'saħħitha, meta tridna nżiduha? " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016