Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum ħrejjef u realtajiet fl-aħħar snin. Veru li ħloqna ghettos f 'pajjiżna? Partijiet ta' dan il-pajjiż ċkejken, veru li saru no-go areas? Iktar milli no-go areas, f 'pajjiżna hawn żoni li qed isiru will not live areas, jiġifieri żoni li fihom il-Maltin ma jridux jew ma jixtiequx imorru jgħixu u jekk jgħixu hemm, jixtiequ jitilqu. Fost dawn l-irħula sħaħ jew żoni, hemm il-Marsa, lokalità industrijalizzata li qatt ma kienet kalamita, iżda li rat 'deterjorazzjoni' bil- ftuħ taċ-ċentru miftuħ għall- immigranti. Midfun fost telqa kbira, infrastruttura mkissra u stabbilimenti li dejjem kienu mill-aktar dubjużi u b'bini mimli b'nies li tħallew maqfulin bla għan u xi minn daqqiet bla dinjità, iċ-ċentru miftuħ huwa minnu nnifsu kalamita għall-kriminalità. Dan kollu affetwa l-Marsa. Imma mhux biss. Fil-pajjiż qed jinbtu żoni oħrajn f 'lokalitajiet madwar il-pajjiż li qed isiru will not live areas. Huwa fatt magħruf fost l-aġenti tal- proprjetà li f 'żoni jew toroq f 'Buġibba u l-Qawra, ħafna Maltin ma jridux jixtru jew qed isibuha diffiċli jbiegħu. Dawk li qed jirnexxilhom ibiegħu, qed jagħmlu dan lil nies li mbagħad jikru l-proprjetà u mhux jgħixu fiha. Dan ifisser li hemm ċaqliqa demografika ta' nies jew familji Maltin li qed joħorġu mill-istess żoni u jmorru postijiet oħrajn u warajhom qed iħallu vakum ta' proprjetà li qed tinkera, ġeneralment lill-barranin. Dan huwa l-bidu ta' proċess ta' ghettos. Se jeqirdulna l-kultura Maltija - Ħrafa Waħda mill-akbar ħrejjef hija li l-immigranti qed 'jeqirdu' l-kultura Maltija. Tajjeb wieħed jistaqsi liema parti eżatta tal-kultura Maltija qed tinqered minħabba l-immigrazzjoni, legali jew illegali. Il-kultura tanġibbli, dak li naraw u dak li ngawdu, jikber mhux jiċkien qiegħed. Jekk huma festi, jekk huma ċelebrazzjonijiet relatati mal-villaġġi u rħula, jekk hija l-piroteknika, jekk huma ċ-ċelebrazzjonijiet tal- Milied u tal-Għid, jekk hija l-kultura gastronomika... m'hemm l-ebda indikazzjoni li b'xi mod qed niċċelebraw inqas Milied, nieklu inqas pastizzi u timpani, naħarqu inqas murtali u niċċelebraw inqas il-festi tar-raħal għax fostna hawn persentaġġ tal- popolazzjoni li ma twieldux Malta. Jekk se tħares lejn il- kultura li mhux tanġibbli imma li hija relatata mal- ħajja, hawn ukoll teżisti l-ħrafa. Fl-aħħar tliet snin, il-Gvern preżenti introduċa d-dritt ta' Unjoni Ċivili bejn żewġ persuni tal- istess sess, mingħajr anqas nifs protesta u liġi dwar il-ġeneru, li tat id-dritt lil persuna li tbiddel il-ġeneru fuq id-dokumenti uffiċjali tagħha. Minn jikkoabita huwa, issa, protett. Min irid jiddivorzja, issa jista'. Min irid l-iskappaturi f 'xi ħanut tal-massaġġi taċ-Ċiniżi jista jeħodhom, min irid ipejjep joint issa m'għadx għandu l-mannara fuq rasu. Mela, għal darb'oħra. Liema parti tal-kultura tagħna qed tiġi mhedda bl-immigranti? 'Mur agħmel hekk f 'pajjiżhom' – Realtà Wieħed mill-argumenti li ta' sikwit jitqajjem huwa li ċerti libertajiet prattikati f 'pajjiżna ma jistgħux ikunu prattikati f 'ħafna mill- pajjiżi li minnhom ġejjin l-immigranti. Dwar l-Eritrea, minn fejn jiġu ħafna immigranti, rapport tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2016 kien jgħid hekk: 'Il-Gvern Eritrean juża mezzi li jikkostitwixxu fi vjolazzjonijiet kbar, mifruxin u sistematiċi'. Jgħid ukoll li l-abbużi jseħħu "fil-kuntest ta' nuqqas totali tar-'rule of law' bir-riżultat li mhix il-liġi li tikkmanda lill- Eritreani, imma l-biża'." Jiġifieri, biex nużaw l-Eritrea biss bħala eżempju, hija realtà li 'f 'pajjiżhom ma jistax ikollok il-libertajiet li għandek f 'Malta' u għalhekk il-battuta ta' 'mur għamel hekk f 'pajjiżhom.' Malta tal-Maltin, mhux tal- barranin – Ħrafa Din hija l-għajta, issa popolari sew fost dawk li jagħtu appoġġ lill-Partit/ Għaqda Patrijotti Maltin. Imma ta' min wieħed jixtarra. Jekk qiegħed l-ajruport, se ssiefer, qiegħed fuq proprjetà li hija mmexxija mill-Awstrijaċi, jekk mort issarraf iċ-ċekk f 'bank lokali qiegħed fi proprjetà ta' Hong Kong u Shangai, jekk irċevejt il-posta, irċevejtha mingħand il- Griegi. Jekk qbadt tal-linja, tlajt fuq xarabank immexxija mill-Ispanjoli. Jekk xgħelt l-iswiċċ, ħafna minnu ġej miċ-Ċina, jekk bnejna vapur, bnewh it-Taljani, jekk xgħelt it-TV jew użajt l-internet ta' kumpanija partikolari, għal snin kienu l-Għarab li qed jgħaddulek is-servizz u issa t-Tuneżini. Il-Port Ħieles immexxi mill-Franċiżi u issa, dalwaqt, is-sodda fl- Isptar t'Għawdex se jtuhielek tas-Singapore/Malażja. Jekk qbadt il-linja nazzjonali Maltija, fi ftit xhur oħra, fir-realtà se tkun qed taqbad linja tal-ajru Taljana jew Għarbija jew Torka. Fi ftit xhur oħra, anke l-loki tar- raħal, jaf ikun mmexxi minn kumpanija barranija. U l-lista tkompli u tkompli... Jiġifieri x'sinifikat fadlilha Malta tal-Maltin mhux tal-barranin? Ħafna mis- servizzi madwarna huma mmexxijin mill-barranin u ħafna mill-qligħ imur għand kumpaniji barranin. Ħafna mill-aktar entitajiet, li mingħajrhom Malta tikkrolla u jkollha bżonn bagatella bail outs, mhumiex f 'idejn il-Maltin. Min b'ħeġġa u bi dritt jemmen li Malta tal- Maltin mhux tal-barranin, qiegħed tard, ħafna wkoll. Għalhekk hija ħrafa li l-immigranti qed 'jeħdulna' pajjiżna. L-art hija 'tal- Maltin' u xi darba anke dik tiġi privatizzata, mill- bqija l-fortifikazzjonijiet metaforiċi li jridu jibnu l-patrijotti, ilhom għand il- barrani minn mindu l-kaxxa ta' Malta żvujtat u kellna bżonn il-flus biex nidħlu fl- ewro u issa wkoll, li għandna Gvern li ħalef li jkun kapitalista aktar mill-akbar kapitalista li qatt rat Malta. Malta tal-Maltin, mhux tal-barranin...jista' xi ħadd jispjegali xi tfisser dil- prattika? 'Qed niksru l-liġi meta niddeportawhom' – Ħrafa Dan l-aħħar reġgħet qamet il-kwistjoni tad- deportazzjoni. Il-Gvern qed jargumenta li għandna niddeportaw grupp ta' immigranti li skadielhom il-permess temporanju ta' residenza. Diversi Għaqdiet Mhux Governattivi (NGOs) li jiġġieldu favur drittijiet umanitarji ma qablux. Imma l-Gvern kellu jew ma kellux id-dritt li jiddeporta dawn l-immigranti? Iva, hija ħrafa li l-Gvern preżenti jew kwalunkwe Gvern qed jikser il-liġi jekk jiddeporta lil dawn in-nies partikolari. Fil-fatt, skont id-Direttiva tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment tgħid hekk: "Huwa rikonoxxut li huwa leġittimu għall-Istati Membri li jirritornaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment sakemm dawn ikollhom fis- seħħ sistemi ta' ażil ġusti u effiċjenti..." Il-liġi tiċċara wkoll iżda li kull deċiżjoni ta' deportazzjoni għandha tkun ikkunsidrata kull każ għalih. Tispeċifika li għandhom jittieħdu bosta kunsiderazzjonijiet mhux biss dak residenzjali. Jiġifieri, iva l-Gvern għandu kull dritt li jiddeporta immigranti, għalkemm hemm diversi fatturi legali li jrid jikkunsidra. Naturalment, hemm l-aspett uman, apparti dak legali. Il-Maltin ma jridux aktar Moskej – Realtà Mhux xi sigriet li filwaqt li ftit huma li jiddejqu jixtru proprjetà fil-qalba tar-raħal, ħdejn il-knisja, ftit huma dawk li jaċċettaw Moskea wara biebhom. Naturalment wieħed jista' jirraġuna l-kuntrarju u jista' ma jaqbilx, imma huwa stat ta' fatt li ħafna Maltin, bħal ħafna Ewropej ma tantx jarawh bħala żvilupp pożittiv li tinbena jew tinfetaħ moskea fit-triq tagħhom. Proposta biex garaxx f 'Buġibba li fih, illegalment, kien qed isir talb, isir moskea intlaqgħet b'oppożizzjoni mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u ħafna residenti. L-istess kien ġara fil-każ ta' moskea li kienet qed topera fi Triq it-Torri, Tas-Sliema (viċin il-Plaza). Proposta żvelata fuq l-ILLUM biex jinbena post li jservi bħala sinagoga, moskea u knisja fl-istess ħin, f 'Għawdex, kellha tingħata l-ġenb hekk kif intlaqgħet minn oppożizzjoni kbira. Bini jew aktar moskej huwa meqjus bħala affront għall-kultura u anke d-dehra tipika ta' pajjiż Mediterranju, Ewropej u Kattoliku. Din ir-reazzjoni mhux aljena fil-fatt l-istess reazzjonijiet għal Moskej u l-burki seħħew madwar l-Ewropa kollha u anke lil hinn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016