Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
I l-ħassieb Komunista Taljan Antonio Gramsci kien kiteb b'xettiċiżmu dwar is-sehem li jista' jkollhom xrieki tal- ħaddiema (trade unions) fil-ġliedet ta' din il-klassi. Gramsci jsostni li dawn ix- xrieki għandhomi it-tendenza li: "jinqatgħu mill-masses [u] jgħinu biex jirreġimentaw…" lil dawn u jimmansawlhon l-enerġiji tagћhom flok inqanqluhom għal aktar ġlidiet. B'hekk iservu aktar lis-sidien milli lill-ħaddiem. Ovvjament, wieħed ma jistax jiġġeneralizza fuq din bħal fuq kwistjonijiet oħrajn. Waqt li fit-tul ta' żmien, it-trade unions gћenu biex isalva il- kapitaliżmu (gћax wasslu gћal ћaddiema 'komdi' u b'anqas ћeġġa gћal tibdil mill-qiegћ), f 'bosta partijiet tad-dinja, speċjalment tal-Punent, il-kisbiet tal-gћaqdiet tal- ћaddiema wasslu gћal bosta kisbiet u gћal titjib fil-qagћda ta' din il-klassi, kemm fuq il-lant tax-xogћol u kemm lil hinn minn dan. Malta ma kinitx eċċezzjoni, bil-GWU tkun fuq quddiem f 'bosta każi. Madankollu, fuq din bħal fuq bosta temi oħra, dan il-ħassieb minn Sardenja ma tefax il- boċċa wisq 'il bogħod mil- likk. Biż-żmien, kif forsi hu naturali, gћaqda tal-ћaddiema, bћal kull istituzzjoni oћra, tibda titbiegћed mill-gћanijiet li gћalilhom twaqqfet. L-innoċenza tal-bidu tibda tintilef. Dan kif tgћid, hi ћaġa li ġrat lil bosta gћaqdiet tul is-snin, forsi bl-iprem waћda tkun il-Knisja. U f 'Malta? Aspetti ta' dak li qal Gramsci dwar it-trade unions (ovvjament mhux kollox) jgħoddu wkoll għal pajjiżna. Malta wkoll l-gћaqdiet li jirrapreżentaw lill-ћaddiema illum saru wisq komdi madwar il-mejda mas-sidien. Waqt li dan minnu nnifsu mhux ħaġa ħażina; ftehim ġust milħuq madwar mejda hu dejjem aħjar minn azzjoni industrijali; l-arma tal-istrike u aġir ieħor m'għandhomx jiġu abbandunati jew meqjusa bħala xi ħaġa tal-passat, kif tipprova tinsinwa spiss il-media konservattiva. Il-militanza llum, hemm bżonnha aktar minn qatt qabel. Dan imma, spiss (mhux dejjem) it-trade unions jinsewh. Donnu wkoll il-unions ewlenin sar jimpurtahom biss mill-membri tagħhom, u ftit fir-realtà jinteressahom mill-ħaddiema bħala klassi. U dan ma jgћoddx biss gћall- house unions jew unions ta' ћaddiema ta' kategorija partikolari. Kemm dawn l-gћaqdiet tal-ћaddiema donnu jimpurtahom biss mill-membri tagћhom u mhux mill-klassi tal-ћaddiema, deher dan l-aħħar fin-nuqqas ta' sehem minn unions ewlenin fil-Kampanja Paga Minima Diċenti. Union minnhom ma kkommettietx ruħha, waqt li oħra qalet li trid tagħmel l-istudji u l-kalkoli tagħha (ħaġa minnha nfisha tajba, liema studji u kalkoli imma, immissa ilha li għamlithom.) U dan anke meta għaqdiet li ma jirrapreżentaw direttament lil ħaddiema qed isostnu l-proposta. Tal-biża' kien imbagħad il-fatt li żewġ eks segretarji tax-xrieki ewlenin – Tony Zarb u Gejtu Vella – ħarġu kważi kważi jargumentaw kontra din (Vella aktar minn Zarb biex il-kliem ikun sew. Ara l-Illum tal-11 ta' Novembru). Fiduċja nieqsa Barra minn kwistjonijiet marbuta ma' viżjoni u strateġija, li dwarhom tkellimt fis-sezzjoni ta' qabel din, hemm ukoll problema marbuta mal-fiduċja li l-ħaddiema għandhom jew m'għandhomx fl-għaqdiet industrijali li suppost jirrappreżentawhom. U dan m'għandhux x'jaqsam biss ma każi li ħarġu fil-beraħ dan l-aħħar. Studju maħruġ fl-2015 juri li 33% biss tal-ħaddiema Maltin huma membri ta' union. (A National Survey on Trade Unions in Malta, 2015). Il-biċċa ta' tenders mogħtija lill-GWU (u unions oħra qabel bħal UĦM. Ara l-MaltaToday tat-12 ta' Diċembru 2016) fissret li intmess qiegħ fl- istorja ta' dawn ix-xrieki. Għax anke jekk dak li seħħ ma kien jinvolvi xejn illegali, moralment is-sitwazzjoni mhiex sabiħa. Mhux biss għaqda tal-ħaddiema tispiċċa tagħmel il-flus minn fuq il-qagħda mwiegħra ta' wħud minn dawn (u anke jekk nofs iċ-ċifra mħallsa titħallas kontribuzzjonijiet soċjali u spejjeż bħal dawn, iċ-ċifra li ser taqla'xorta tibqa' notevoli) imma li union imbidlet f 'employment agency li tiddependi fuq kemm tagħmel 'suċċess' fit-tenders li titfa', hi ħaġa li tikkontradixxi lin- natura nnfisha ta' għaqda tal-ħaddiema. Minn għaqda tal-ħaddiema, tibda ssir intrapriża kummerċjali. Agħar u agħar, meta wieħed iqis li, minkejja li skont ma smajna, il-ħaddiema li l-iskema tolqot, għandhom kundizzjonijiet aħjar minn dawk ta' skema preċedenti, xorta se jkunu mħallsin bil-paga minima, kuntrarju għall-ħaddiema oħra li tal-union huma membri propja u li għalihom, il-union daħlet fi ftehim kollettiv. (Kien hemm allegazzjonijiet li se jitћallsu anqas minn ћaddiema li jagћmlu l-istess xogћol, prinċipju li gћal gћaqda tal-ћaddiema gћandu jkun dawgћa.) Nispera li din mhux raġuni għalfejn il- union ma kinitx tant konvinta biex il-paga minima togħla? Hemm ukoll il-fatt li meta qed tagћmel dan, union tkun qed tapoġġja politika mbażwra mћaddma minn dan il-gvern u dak ta' qablu, u mbierka mill- Unjoni Ewropea, fejn il-gvern flok jimpjega direttament lil min gћandu bżonn, jispiċċa 'jikri' l-ћaddiema minn gћand kumpanija, iћallas tajjeb lil din u l-ћaddiema jieћdu r-raċanċ. Min jagћmel l-anqas, dak li bl-Ingliż jissejjaћ il-Middle Person – jispiċċa jaqla' l-aktar! Fenomenu imnellaћ tal- kapitaliżmu t'issa. Biex ma nistaqsux imbagħad il-mistoqsija jekk, ġaladarba għaqdiet industrijali tal- ħaddiema qed jaqilgħu l-belli liri biex nies f 'qagħda dagħjfa jinqatgħu mir-reġistru tax-xogħol, din l-għaqda jinbtilhiex inċentiv biex ikun hawn numru dejjiemi ta' nies li m'għandhomx impjieg permanenti, biex skemi bħal dawn, jibqgħu jibqgħu jeżistu? Nispera li dan mhux il-każ. It-triq 'il quddiem Kif għidt aktar 'il fuq fis-sezzjoni, il-fiduċja tal-ħaddiema fl-għaqdiet industrijali marret il-baħar. L-isfortuna imma, hi li dawn bosta minnhom huma passivi quddiem dak kollu li qed jiġri. Jistgħu jgħidu li ma jaqblux, imma donnhom jiefqu f 'dan. Forsi hemm il-bżonn ta' moviment intern biex il-ħaddiema jerġgћu jiksbu lura l-gћaqdiet u l-partiti tagћhom? Michael Grech huwa opinjonista tal-ILLUM b'ideat xellugin illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Opinjoni 18 Fl-għaqda s-saħta? (nispera li le) MICHAEL GRECH "Donnu wkoll il-unions ewlenin sar jimpurtahom biss mill-membri tagħhom, u ftit fir-realtà jinteressahom mill-ħaddiema bħala klassi"