Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum Ċinema 15 Woman, għas-swat bil-frosta is-sequel ta' 'Fifty Shades Of Grey'. Waqt li Christian jinsab fi stat ta' ansjetà, Anastasia trid tiffaċċja r-rabja u l-għira tal-mara li indaffret miegħu qabilha. Dakota Johnson u Jamie Dornan qed jerġgħu jirrepetu l-partijiet tagħhom flimkien ma' Kim Basinger u Tyler Hoechlin. Din id-darba d-direttur hu James Foley. Is-sensiela 'X-Men' mid-dinja tal-kotba komiks Marvel tkompli għaddejja bil-film spettakolari mimli effetti speċjali viżwali, 'Logan'. Fil- futur qrib, Logan aka Wolverene [Jackman], issa kiber sewwa, u Professor X jiltaqgħu biex jipproteġu tfajla 'clone' minn organizzazzjoni malinna mmexxija minn Nathaniel Essex. James Mangold jidderieġi u jieħdu sehem ukoll Hal Holbrook, Doris Morgade u Patrick Stewart. Żgur li l-film 'Kong - Skull Island' se jipprovdi avventuri fantastici mimlija azzjoni. Din id-darba se mmorru lura fiż-żmien għall-oriġini tal-gorilla enormi, King Kong. Brie Larsen, Toby Kebbell u Sameul L. Jackson huma l-atturi prinċipali, bid-direzzjoni tkun ta' Jordan Vogt- Roberts. Is-sensiela televiżiva 'Baywatch' [1989 - 2001] introducietna mas-'sexy' u t-tassew attraenti Pamela Anderson. Il-produzzjoni ċinematografika 'Baywatch', li fiha Anderson ukoll għandha parti, tirrakkonta l-istorja ta' tlett irġiel ippikati min minnhom se jakkwista l-impieg ta' gwardjan li spiss jagħmel ir-ronda f 'xatt ta' California ppakkjat bi tfajliet sbieħ u grazzjużi lebsin biss bikini. Seth Gordon jidderieġi lil Alexandra Daddario, Priyanka Chopra u lil Kelly Rohrbach. Iż-żgħażagħ l-aktar, qed jistennew bil-ħerqa 'Fast And Furious 8' magħruf ukoll bħala 'The Fate Of The Furious', thriller mimli azzjoni u eċitament. Meta mara misterjuża tħajjar lil Dom [Vin Diesel] fid-dinja tal-kriminalità u anki biex jittradixxi lil dawk l-aktar għal qalbu, sħabu se jiffaċċjaw inkwiet li bħalu qatt ma ltaqgħu miegħu. Jaħdmu wkoll Dwayne Johnson, Charlize Theron, Scott Eastwood u fil-parti tal-kattiv, Jason Statham. Id-direttur hu F. Gary Gray. Film ieħor avventuruż, bijografiku mill-istorja ta' seklu ilu hu 'The Lost City Of Z', ibbażat minn fuq il-ktieb bestseller ta' David Grann tal-istess isem. Din l-istorja vera u drammatika tittratta l-esploratur Brittaniku, il-Kurunell Percival Fawcett li sparixxa waqt li kien qed ifittex belt misterjuża fl-Amazon fis-snin għoxrin. Id-direttur James Gray imexxi lill-atturi Tom Holland, Charlie Hunnam, Sienna Miller u Robert Pattinson. Aktarx f 'Mejju, nistennew lill- Kaptan Jack Sparrow [Johnny Depp] jgħaddi minn avventuri misterjużi u fantastiċi fil-blockbuster 'Pirates Of The Caribbean: Dead Men Tell No Lies'. F'dan il-ħames episodju ta' saga ta' profitti, Sparrow qed ifittex ix-xettru bi tliet ponot ta' Poseidon, l-Alla Grieg tal-Baħar. Taħt id-drezzjoni ta' Joachim Ronning u Espen Sandberg, jerġa' jidher Geoffrey Rush, flimkien ma' Javier Bardem, bħala l-Kaptan kattiv Salazar u Orlando Bloom. Jidher li fl-aħħar, wara attentati numerużi, 'Wonder Woman' se jsib ruħu fuq il-liżar il-kbir. Gal Gadot li diġà interpretat din il-parti f ' 'Batman Vs Superman' issa terġa' tilbes il-kostum sexy li għamel lil Lynda Carter tassew popolari fis- serje televiżiva tas-snin sebgħin. Prinċipessa mill-Amażonja titlaq mill-gżira fejn twieldet biex tesplora d-dinja u b'hekk issir erojina mill- aqwa. F'dan il-blockbuster, li għandu joħroġ f 'Ġunju u li hu dirett minn Patty Johnson, jaħdmu wkoll Chris Pine, Robin Wright u Connie Neilsen.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016