Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Aħbarijiet 17 Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum L-ILLUM qalb in-nies Minn Veronica Lynn Mizzi MATUL l-2016, minkejja li kien hemm bosta stejjer u temi politiċi li ddominaw l-aħbarijiet fix-xena lokali, u allura anke fil-faċċata tal-gazzetta ILLUM, kienu diversi l-istejjer ta' natura soċjali li din il- gazzetta tat importanza. Fil-fatt matul is-sena li qed tintemm, il-gazzetta ILLUM, għamlitha l-missjoni tagħha li fejn huwa possibbli, tagħti leħen lil min m'għandux u tqajjem kwistjonijiet li huma ta' importanza għal bosta nies, u li forsi mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-pubbliku. Għall-ILLUM, il-protagonist fl-istejjer tagħha, mhux neċessarjament huwa l-politikant, iżda l-persuna li m'għandhiex vuċi jew teħtieġ l-għajnuna. Li tingħata prominenza lil dawn it-tip ta' stejjer f 'din il-gazzetta, mhux biss għax huma popolari u jinqraw min-nies, imma biex verament jagħmlu d-differenza, u l-istorja toħroġ fid-deher. Fid-diversi ħarġiet tagħha, l-ILLUM tkellmet dwar bosta temi, fosthom diffikultajiet familjari minħabba mard, problemi soċjali bħal droga, xorb u ħabs, kif ukoll problemi ta' akkomodazzjoni, li ħallew familji jgħixu f 'kundizzjonijiet mhux denji. Dawn it-temi, fost l-oħrajn, l-ILLUM se tara li tibqa' titkellem dwarhom u tkompli ssegwihom matul is-sena li se tibda dalwaqt. Kien hemm każi, li kif finalment huwa l-għan, tkun ittieħdet azzjoni dwarhom jew mill-awtoritajiet rispettivi, jew saħansitra mill-pubbliku ġenerali. 'Ngħix f 'żewġt ikmamar mal-erbat itfal tiegħi' Tema partikolari li l-gazzzetta ILLUM segwiet mill-qrib, kienet it-tema tal-housing u s-sitwazzjoni ta' akkomodazzjoni li persuni qed jispiċċaw ikollhom jgħixu f 'ambjent inuman u mhux denju. Fost kwistjonijiet oħra, l-ILLUM irrappurtat l-istorja ta' Doreen u Joanne (ismijiet fittizji) li saħansitra, fil-każijiet tagħhom, b'mod separat bdiet tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet jew minn diversi persuni stess. L-istorja dwar Joanne kienet titkellem dwar is-sitwazzjoni prekarja li kienet spiċċat tgħix fiha hi flimkien mal- erbat itfal tagħha, fi tlett ikmamar f 'maħżen. Joanne tirrakonta mal- ILLUM li għal snin sħaħ, ilha tgħix f 'dar ikkundannata bis-saqaf se jaqa' u ma jaqax. Is-sitwazzjoni ta' Joanne kienet prekarja tant li kienet nieqsa minn bosta neċessitajiet, fosthom kamra tal-banju, jew sistema diċenti tal-elettriku, fejn saħansitra darba minnhom inħaraq l-extension li kienet tieħu d-dawl minnu, u "baqa' għaddej sal-vit tal-banju fejn kien hemm it-tifla, li għal naqra ma baqgħatlix tal-post," tispjega Joanne. Fil-ġimgħat ta' wara, il-gazzetta ILLUM kompliet issegwi l-każ, u rrapurtat kif l-Awtorità tad-djar kienet qed tinvestiga dan il- każ. Fl-istess waqt, din l-istorja kienet tat bidu għal mewġa ta' solidarjetà ma' Joanne, hekk kif kienu bosta dawk il-persuni li kkuntattjaw lil din il- gazzetta u riedu jgħinu lil din il-mara fis-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha. Każ simili għal dak ta' Joanne, kien ta' Doreen li wkoll kienet qed tgħix f 'kundizzjonijiet mhux mixtieqa. Din il-gazzetta rrapurtat kif din il-mara kienet ilha titkarrab għand tal-Housing sabiex tingħata akkomodazzjoni għal 23 sena sħaħ. Wara snin tgħix fi żwieġ abbużiv, il-mara ddeċidiet li titlaq, u fittxet li tgħix f 'positijiet alternattivi, li iżda tinsisti li, "ilni snin nittallab, u kulħadd jinjorani." Matul is-sena, din il-gazzetta kompliet titratta bosta temi soċjali li għalkemm mhux dejjem jingħataw l-importanza neċessarja, jolqtu ħafna nies. Fost dawn in-nies hemm il- persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs jew kienu fil-passat, flimkien mal-effetti li xi ħaġa bħal din tħalli fuq il-familja u l-qraba tal-persuna. F'intervista li kienet saret minn din il-gazzetta maċ-chairman tal- Fondazzjoni, 'Mid-Dlam għad-Dawl' George Busuttil, elenka numru ta' problemi li ħafna mill-priġunieri jaffaċċjaw fis-soċjetà, hekk kif ikunu se joħorġu mill-ħabs, bl-aktar waħda prevalenti tkun dik tal- akkomodazzjoni, b'numru minnhom jispiċċaw ifittxu l-kenn f 'xi xelter jew saħansitra joqogħdu barra minħabba li anke tal-familja ma jkunux iridu jafu bihom. 'Inbatu aħna tal-iżbalji li għamel hu' Dwar il-persuni li jinsabu fil-ħabs, din il-gazzetta ħarġet diversi stejjer, fejn fost l-oħrajn analizzat rapport maħruġ mill-istess fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl fost l-oħrajn, fejn fiha ġew trattati wħud mill- bosta problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom, il-familjari tal-priġunieri. Fost l-oħrajn, jissemma' kif tfal ta' tliet snin sofrew bullying u tgħajjir sempliċement għaliex missierha kien jinsab il-ħabs. Fi stejjer oħra, din il- gazzetta rat kif bosta qraba fosthom is-sieħba u ġenituri anzjani ta' ħabsin qed jispiċċaw ibatu huma għall-iżbalji tal-qraba għaliex ikollhom iħallsu multi eżorbitanti f 'isem il-persuna li spiċċat il-ħabs. Il-problemi ta' saħħa, partikolarment dawk fuq tfal, jaffettwaw lill-familja kollha, u din kienet waħda mit-temi li din il-gazzetta tkellmet dwarhom meta tkellmet mal-familja Cachia u l-familja Spiteri. Fil-familja Cachia, Jacob, li hu magħruf ukoll bħala 'Titanium Man' u ommu, rnexxielhom iwasslu kelma ta' kuraġġ, minkejja li kienu għaddejjin minn burraxka u wrew kif bil-pożittività, wieħed jista' jilħaq dak li jixtieq. Il-familja ta' Yann Spiteri wkoll għaddiet minn żminijiet diffiċli, partikolarment meta Yann kellu jittieħed għall-kura barra mill-pajjiż għal diversi ġimgħat. 'Is-sigaretti u l-alkoħol huma agħar mill-eroina fuq it-trabi' Intervista interessanti li kienet saret mat-tabiba responsabbli mis-sezzjoni tad-detox, responsabbli min-nisa tqal, Dr. Anna Maria Vella. Vella kienet qalet kif medja ta' 15-il tarbija titwieled lil omm li tabbuża mill-eroina, waqt li qalet kif matul is-sena ta' qabel, kien hemm tmint itrabi li kellhom bżonn jingħataw il-morfina wara li twieldu. Minkejja dan, Vella qalet kif is-sigaretti u l-alkoħol huma agħar mill-eroina fuq it-trabi li għadhom ma tweldux. Tema oħra li ġiet trattata f 'okkażjonijiet differenti fuq il-gazzetta ILLUM kienet it-tema tad-dipressjoni, fejn permezz ta' kummenti u intervisti ma' persuni li għaddew jew qegħdin jgħaddu minn din il-problema, il- gazzetta wasslet kelma ta' kuraġġ. Lura f 'Mejju, din il-gazzetta kienet tkellmet mad-deputat Nazzjonalista Mario Galea, li bħala persuna li għadda minn din l-esperjenza tkellem dwar kif jeħtieġ li ssir xi ħaġa sabiex tinqata' l-istigma li hawn fuq persuni li jkunu għaddejjin minn dipressjoni. Iktar riċenti, fil-ħarġa tal-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-attur maħbub Hector Bruno, li stqarr kif kien għaddej minn problemi tad-dipressjoni waqt li kien qed jipprova jkompli għaddej b'xogħlu ta' komiku, u jdaħħaq in-nies waqt il- pantomimi. Mit-Titanium Man, għal mara bla saqaf fuq rasha: is-sena soċjali tal-ILLUM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016