Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 24 TV/Ċinema IDDIRETTUR u anke kittieb John Hamburg kien il-moħħ wara kummiedji qawwija u goffi bħal 'Meet The Parents', is-sequel 'Meet The Fockers', 'Zoolander' u oħrajn. L-aħħar xogħol tiegħu, 'Why Him?' huwa farsa oħra sfrenata u bla brejkijiet li, fin-natural tagħha, tikkumplimenta l-films li diġà semmejt ta' dan id-direttur. F'din il-kummiedja ħelwa jiddomina l-klaxx ta' kulturi u ideali, minn dawk antikwati għal dawk tassew eċċentriċi, strambi u ultra liberali. Ned Fleming [Cranston], martu Barb [Mullally] u binhom Scotty [Griffin Gluck] minn Grand Rapids, Michigan, imorru California, fil-vaganzi tal- Milied biex iżuru lill-għażiża binthom, Stephanie [Deutch] u jiltaqgħu mal-maħbub biljunarju tagħha, Laird Mayhew [Franco] f 'Silicon Valley. Ned, bniedem ġenjali, edukat u rett jieħu l-qatgħa ta' ħajtu meta quddiemu jfeġġ Laird, ta' natura mill- aktar stramba, liebes ta' kafkaf u spissjat għall-aħħar, Huma jkollhom joqogħdu fid-dar mimlija apparat tekniku u sofiskat ta' Laird. Ned dejjem ipproteġa lil bintu minn kull xkiel u jibqa' jopponi lil dan il-biljunarju f 'kollox biex jipprova jerġa' jeħodha lura d-dar. Il-qofol ta' 'Why Him?' hija l-lotta bejn il-missier strett u l-maħbub ta' bintu li għalih kollox jgħaddi. Tassew iqaxxar il- parti James Franco bħal l-'playboy' sinjurun, laxk fi kliemu u għemilu, kollu tpinġija, però wkoll ta' qalb tajba u anki dejjem ċajtier. Kummiedja addattata għal dawk li jridu jgħaddu kważi sagħtejn allegri! FILM ieħor mimli azzjoni u avventuri li jaqsmu s-sekli huwa 'Assassin's Creed'. Dan hu bbażat minn fuq is-serje spettakolari u popolari tal- logħbiet video ta' Ubisoft. Fi Spanja tas-seklu ħmistax battalja ħarxa kienet tirrenja bejn soċjetà sigrieta magħrufa bħala Assassins, li kienu qed jiġġieldu lill- għaqda antika, għatxana li tibqa' fil-poter u tibqa' tgħakkes lill-poplu, l-Ordni tal-Kavallieri Templari. F'din it-taqtiegħa bla rażan, bniedem wieħed isib ruħu fiċ-ċentru tagħha. Fil-preżent, Cal Lynch [Fassbender] huwa ħabsi li qed jistenna li jieħu l-kastig il-kbir. Permezz ta' kumpanija ta' influwenza qawwija, Abstergo Industries, hu jkun maħfur. Bis-saħħa ta' teknoloġija revoluzzjonarja, li kapaċi tikxef memorji midfuna fid-DNA tiegħu, Cal ikun trasportat lura fis-sekli fi Spanja ta' żmien l-Inkwiżizzjoni, fis-snin 1400. Hemm jibda jieħu l-esperjenza ta' Aguilar de Nerha antenat antik tiegħu u membru tas-soċjetà sigrieta ta' Assassins. Permezz ta' din it-trasformazzjoni, Cal isir kapaċissimu fil- kumbattimenti u fl-għerf li jgħinuh biex iwarrab darba għal dejjem lill- organizzazzjoni tat-Templari, issa fi żmienna. 'Assassin's Creed' hu mimli azzjoni frenetika, tassew enerġetika b'ħafna ġiri fuq il-bjut u anki titjir fl-arja, b'mużika bombastika, kif ukoll maħdum bit-3D. Ħafna minn din l-azzjoni ġiet iffilmjata hawn Malta stess, l-aktar fil- Belt Valletta. Carmel Bonnici Assasin's Creed Atturi Ewlenin: Michael Fassbender; Marion Cotillard; Brendan Gleeson; Jeremy Irons; Charlotte Rampling Direttur: Justin Kurzel Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 116 min Ċert: 12A Why Him? Atturi Ewlenin: James Franco; Bryan Cranston; Zooey Deutch; Megan Mullally Direttur: John Hamburg Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 111 min Cert: 15 Illejla fuq it-TV TVM 08:30 DOT EU 08:45 Paq Paq on Test 09:00 Ghawdex Illum 09:30 Tertuqa 35 10:00 Mix- age 10:30 Fil-Gnien ma' Melo 11:30 Paq Paq Lifestyles 12:00 News 12:10 Venere 12:45 Sibtek 16:00 News 16:05 Gourmet 16:35 Kelma Kelma Nota Nota – Tlaqna Nghabbu 17:50 Ahbar Tajba 18:00 News 18:15 Skjetti – Special Edition 19:45 Messagg mill-Prim Ministru 20:00 News 20:50 Kelma Kelma Nota Nota – Ghal Kbar Biss 23:00 Celebrazzjonijiet tal-ewwel tas-Sena mill-Belt Val- letta – News TVM 2 09:30 GFA Roundup 10:00 Tigrijiet Biss 10:30 3 Pointer 11:00 #Beactive 11:30 Valletta 12:00 Motorsmt.eu 12:30 Knots 13:00 Dwarna 14:00 Connecting brains to machines 15:00 Hbieb U Ghedewwa 17:50 Ahbar Tajba 18:00 Vatican Magazine 18:30 Quddiesa mis-Santwarju ta' Pinu 19:15 Qalb in-Nies 19:45 Lotto Draw 20:00 Ter- tuqa 20:25 News for the Hearing Impaired 20:30 Il-Vjagattur 21:00 Malta u lil hinn minnha 22:30 Sports Headline News 22:35 Smack Down 23:35 News in English 23:40 Sports News NET TV 09:00 Telebejgh 12:00 Baker's Kitchen (repeat) 13:00 NET News 13:15 Baker's Kitchen (repeat) 14:15 Mhux ghax Jimpurtani (repeat) 15:15 In- tricci (repeat) 16:00 Meander Arti u Kultura (re- peat) 17:00 Jekk Joghgobkom 18:00 NET News 18:55 Sport Extra 19:30 NET News 20:30 Kuncert 22:00 Abba soul and rock n roll ONE 08:00 Better Living 09:00 Kwalita' Malta 12:30 One News 12:35 On D Road 13:10 Telebejgh 13:30 Ilsien In-Nisa 15:00 Tereza 15:30 One News 15:35 Tereza 17:35 Pink Panther 18:15 Kwalita' Malta 19:20 Promozzjonikiet u Reklami 19:30 One News 20:10 Amber… Out & About 20:20 Arani Issa 23:00 Fresh & Funky 23:30 One News 23:50 Pro- mozzjonijiet u Reklami CANALE 5 07:59 Tg5 mattina 08:45 Supercinema 09:15 Una Sorpresa da Chef 11:00 Forum 13:00 Tg5 – Meteo. it 13:41 Prime 14:35 TgCom – Meteo.it 16:31 Dreamer – La Strada per la Vittoria 17:11 TgCom – Meteo.it 18:45 Caduta Libera 19:57 Tg5 prima pagina 20:00 Tg5 – Meteo.it 20:30 Messaggio del presidente della repubblica 21:10 Capodanno con Gigi d'Alessio 00:24 TgCom – Meteo.it 01:35 Tg5 Notte – Meteo.it ITALIA 1 07:36 I Pinguini di Madagascar 08:06 Flintstones 09:03 TgCom – Meteo.it 10:05 Un mondo in miniature 11:02 TgCom – Meteo.it 12:05 Cotto e Mangiato 12:25 Studio Aperto – Meteo.it 13:05 Sport Mediaset 13:45 Dragon Ball Super 14:11 Gremlins 15:08 TgCom – Meteo.it 16:20 Grem- lins 2 17:17 TgCom – Meteo.it 18:25 Tom & Jerry 18:30 Studio Aperto – Meteo.it 19:00 Tom & Jerry 20:01 TgCom – Meteo.it 20:30 Independence Day 21:27 TgCom – Meteo.it 23:25 Mistero 01:05 Su- per Fun Night 01:55 Studio Aperto – La Giornata RETE 4 07:07 Due Mafiosi nel Far West 08:02 TgCom – Meteo.it 09:25 Ultima Notte a Cottonwood 10:20 TgCom – Meteo.it 12:00 Parola di pollice verde 13:00 La signora in giallo 14:00 Lo sportello di forum 15:30 Wild Patagonia 16:32 Poirot 17:10 TgCom – Meteo.it 18:50 Tg4 19:38 Tempesta d'amore 20:30 Discorso del Presidente della Re- pubblica 21:20 E io mi gioco la bambina 22:03 TgCom – Meteo.it 23:35 I bellissimi di R4 23:40 Stanno tutti bene 23:55 Capodanno con Gigi d'Alessio 00:05 TgCom – Meteo.it 02:15 Tg4 Night News RAI UNO 06:00 Il Caffè di Raiuno 07:00 Tg1 07:05 Uno- mattina in Famiglia 08:00 Tg1 10:45 Buongiorno benessere 11:25 Che tempo fa 11:30 Paesi che vai 12:20 Linea verde sabato 13:30 Tg1 14:00 Linea Bianca 15:05 I giubilei, la strada del perdono 16:00 A sua immagine 16:30 Tg1 – Che tempo fa 16:45 Magic Christmas 18:10 Techetechetè 18:45 L'eredità 20:00 Tg1 20:30 Messaggio di fine anno del presidente della repubblica 21:00 L'anno che verrà 00:30 Tg1 Notte – Che tempo fa 00:55 Ap- plausi 02:10 Settenote RAI DUE 06:30 Rai Cultura Memex 06:45 Il Tocco di un An- gelo 07:25 Sulla via di Damasco 07:55 Fluke 09:20 Ricordami ancora 10:55 Meteo 2 11:00 Mezzo- giorno in famiglia 13:00 Tg2 13:25 Snowmaged- don 15:00 Storm Rider 16:40 Striscia, una zebra alla riscossa 18:10 Shaun the Sheep 18:25 Tg2 18:30 The Incredibles 20:30 Messaggio di fine anno del presidente della repubblica 21:00 Tg2 – 20.30 21:20 The Aristocats 22:50 Aladdin 00:35 Protestantesimo RAI TRE 08:00 Il richiamo della foresta 08:45 Ernest & Célestine 10:00 Zorro 10:50 TGR Bellitalia 11:25 TGR Officina Italia 12:00 Tg3 14:55 Free Birds 16:15 Operazione San Gennaro 18:00 Islam, Ita- lia 18:55 Meteo 3 19:00 Tg3 20:00 Blob 20:30 Messaggio di fine anno del presidente della re- pubblica 21:00 40° festival internazionale del circo di montecarlo 23:10 Neverendingblob 00:00 Meteo 3 Embassy Cinemas Valletta Tel. 21 227436, 21 245818 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 10:30, 14:30, 18:00, 21:00 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 10:25, 14:15, 17:45, 20:45 Bad Santa 2 (15) 16:15, 18:25, 20:50 Moana (PG) 10:35, 13:45, 16:10, 18:35, 21:00 Allied (15) 20:30 Ballerina (U) 10:00, 12:10, 14:15, 16:20, 18:25 Passengers (12A) 10:15, 13:30, 16:00, 18:30, 21:00 Eden Cinemas St Julian's Tel. 23 710400 Moana (PG) 11:25, 13:50, 16:15, 18:40, 21:10 Arrival (12A) 11:30, 13:55, 16:20, 18:50, 21:15, 23:50 Office Christmas Party (15) 11:35, 14:00, 16:20, 18:40, 21:00, 23:20 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 11:40, 14:30, 15:30, 17:30, 18:20, 20:30, 21:15, 23:15 Bad Santa 2 (15) 11:45, 14:10, 16:25, 18:40, 20:55, 23:00 Ballerina (U) 12:00, 14:20, 16:25, 18:25, 20:30 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 13:10, 15:50, 18:30, 21:15, 22:35 Allied (15) 13:30, 16:00, 18:35, 21:10 Doctor Strange (12A) 13:35, 16:05, 18:35, 21:05, 23:35 Passengers (12A) 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:45 Sully: Miracle on the Hudson (12A) 14:05, 16:15, 18:25, 20:40, 22:55 Trolls (U) 14:10, 16:20, 18:25, 20:35 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Office Christmas Party (15) 11:15, 13:35, 16:05, 18:30, 20:45 Moana (PG) 10:50, 13:35, 16:00, 18:30, 20:55 Passengers (12A) 11:00, 13:30, 16:00, 18:30, 21:00 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 10:35, 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 Ballerina (U) 11:30, 14:00, 16:30, 18:30 Allied (15) 18:30, 21:05 Sully (12A) 11:15, 14:00, 16:05, 18:30, 20:45 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 10:45, 14:00, 21:00 Films ċ-ċinema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016