Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum SPORTSillum 27 Ritratt: Kevin Abela - DOI Imniedi Padiljun ġdid tal-Judo f 'Pembroke b'investiment ta' €100,000 Żewġ judoka jissieltu l-Padiljun tal-Judo l-ġdid ġewwa Pembroke SPORTMALTA wettqet wegħda oħra fejn ingħatat għotja għal proġett kapitali lill-Federazzjoni tal-Judo biex isir padiljun ġdid f 'Pembroke, liema padiljun issa tlesta. Dan kien investiment kapitali ta' €100,000. Il-padiljun ġie inawgurat fil-preżenza tas- Segretarju Parlamentari għar- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, l-ogħla uffiċjali ta' SportMalta, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Federazzjoni tal- Judo, u diversi atleti fi ħdan dan l-isport. "Qed inkomplu nsostnu dak li wegħdna lill-isportivi Malti li l-fondi jmorru wkoll għal dak l-isport hekk meqjus minuri," qal is-Segretarju Parlamentari Chris Agius. Huwa kompla jgħid li SportMalta qed tara li l-assistenza finanzjarja tilħaq firxa wiesgħa ta' sport. L-istrateġija li għandna nieħdu, kompla jgħid Chris Agius, huwa li jsir investiment fejn l-aktar li ser isir effett hu biex il-ħolma li nirbħu midalji f 'kompetizzjonijiet kbar issir realtà. Huwa semma' wkoll kif riċentement tnieda labbozz tal-Politika Nazzjonali tal-Isport għall-konsultazzjoni u ħeġġeġ lil kulħadd sabiex isemma' leħnu ħalli verament ikollna politika tal-isport waħda u għal kulħadd. Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid kif il-Gvern ser ikun qiegħed jagħti s-sostenn kollu tiegħu lill- Kumitat Olimpiku Malti li għandu ħsieb japplika sabiex jerġa' jospita l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar u l-faċilità tal-judo għandha sservi wkoll għal dan il-għan. Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar qal li din il-faċilità għandha sservi ta' lok li minnu joħorġu aktar tfal u żgħażagħ li jipprattikaw il-judo. Huwa stqarr li SportMalta l-ewwel rat li timla l-faċilitajiet tagħha mbagħad bdiet tgħin sabiex anke l-assoċjazzjonijiet/ federazzjonijiet sportivi jkabbru n-numru ta' parteċipanti. Id- dixxiplina tal-judo kienet waħda mill-ewwel federazzjonijiet Ii bdiet tgawdi minn din l-għajnuna, pass pass mal-ħidma li qed issir bħalissa fil-Pixxina Nazzjonali u l-Padiljun tal-Basketball. Madankollu, kompla jgħid Cutajar, l-akbar ħidma qed issir fl-eks skola Maria Assunta li se tkun qed tilqa' dixxiplini diversi. Indirizza lil dawk preżenti l-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo Envic Galea li qal li din hija ħolma ta' 40 sena li saret realtà. Huwa aċċenna li l-Federazzjoni issa setgħet tibda proġett maliskejjel tal-madwar sabiex dan is-sit jimtela bit-tfal bl-għan ikun li aktar żgħażagħ jipprattikaw dan l-isport. Huwa temm billi fakkar li, mill-għada stess, il-faċilità se tkun qed tospita l-44 kampjonat annwali tal-judo. Matul is-sena d-dieħla, SportMalta se tkun qiegħda tkompli tgħin u tassisti assoċjazzjonijiet oħrajn permezz tad-diversi skemi tagħha biex b'hekk skemi bħal dawn jikkontribwixxu biex ikompli jitkattar u jitkabbar l-isport professjonali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016