Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Pana-ssata fi Triq Zekka ...u froġa tajba għand l-FTS L2016 illum tagħlaq is-separju u hekk kif jingħalaq is-separju s-sena titniżżel bħala parti mill-istorja. Dak li ġara, ġara, dak li seħħ, seħħ u kif ngħidu bil-Malti għal magħmul m'hemmx kunsill u l-arloġġ mhux se jitreġġa' lura biex il-fatti jinbidlu. Imma għal min kienet sena tajba din is-sena? Min mar minn fuq u min mar minn taħt? Min tela' l-iskaluni tal-popolarità u min qabad ma' serp li niżżlu u tah tisbita tajba? Min kellu sena li dewqitu l-lumi, imma tagħtu dik in-naqra mgħarfa zokkor ukoll? U min huma dawk in-nies li hekk kif ħarġu fuq il-palk din is-sena, qalgħu skoss tadam u ward fl-istess ħin? L-ILLUM tat ħarsa, b'ton leġġer u niggież, lejn min tela' u min niżel, permezz tal-logħba tas-sriep u slielem, kif tagħmel kull sena. Aħna se nkunu ġusti mal-istorja u leali lejn il-fatti issa min irid jieħu għalih, jista' jħallas hu u jekk m'għandux biex iħallas, ma jimpurtax, niktbuhomlu fuq il-pitazz li żżomm tal-grocer! Għalhekk nibdew: Michael Falzon - Tisbita Hekk hu, ma kinitx sena faċli għal Michael Falzon hekk kif kellu jirreżenja ftit wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditur li kien bħal dik iċ-ċirasa maqtugħa u ħażina pesti fuq torta mnawra, servuta minn waiter verament qalbu perżuta għall-fqir bil-kunjom ta' Gaffarena (Miskin! Voluntier kien ġej). Insomma malajr, malajr. Il-każ Gaffarena fi ftit kliem u mingħajr id-dettalji kollha, bħall-laqgħa li Gaffarena kellu fl-OPM ma' Falzon, biex jiddiskutu l-bajtar tax-xewk u l-fatt li ġuvni li jħobb jieħu s-selfies għax ħelu wisq f 'daqqa waħda sar 'il-King tal-Lands' u akkumpanja lil Gaffarena sal-Baviera (Il-Lands). Ninsew ukoll li bħala Segretarju Parlamentari, Falzon kien hu stess li awtorizza l-espropriju għax qal kien jafda lil dawk ta' madwaru u li kienu jafu x'inhuma jagħmlu (jekk vera kienu jafu x'inhuma jagħmlu l-Lands, fil-vera sens tal-kelma fottewh waħda sew lil Falzon). L-importanti hija li minn din it- torta kollha, Gaffarena ħa €616,875 iktar milli suppost ħa fl-ewwel espropriju, u fit-tieni espropriju tal-istess binja (ma tafx hux! La qlejt bajda, taqli tnejn) reġa' ħa €411,250 iktar milli suppost. Dan ifisser iktar minn €1 miljun minn dak li verament kellu jieħu. U iva, miljun 'l hawn u miljun 'l hemm! Dan apparti li bħala kumpens, ingħata wkoll artijiet li jinsabu f 'Baħar iċ-Ċagħaq, Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Tas Sliema għall- ewwel proprjetà b'valur ta' €683,610 u €138,890 oħra fi flus kontanti biex jagħmlu tajjeb għad-differenza. Għat-tieni espropriju, ngħata proprjetà f 'Baħar iċ-Ċagħaq u Ħaż Żebbuġ b'valur ta' €445,000 u €377,500 fi flus kontanti. U biex tgħaxxaq, jirriżulta li Gaffarena kien jaf minn qabel dwar din l-esproprijazzjoni. Kemm kien jaf ma nafux, imma kien jaf. Micheal Falzon irreżenja jew kien imġiegħel jirreżenja, ġie pjuttost umiljat f 'konferenza tal-aħbarijiet f 'Kastilja li matulha ma tbissimx darba u kellu rabja iktar mill-iljun tal-bidla, u minfloku inħatret Deborah Schembri. Kienet sena ħażina għal Michael, u anke għall-King, miskin! Imma tal-inqas bdewlna s-sena b'torta! Konrad Mizzi - Tisbita kbira Lanqas kienu laħqu ħadu sandwich biex jistrieħu minn Gaffa-Gate, il- ġurnalisti li ma waqgħetx mis-sema kwistjoni li ħalliet Gvern imbenġel waħda sew. Għax jekk ma kinitx sena tajba għal Michael Falzon, kienet sena katastrofika għal Konrad Mizzi. Minn Minisru ta' kollox, għal Ministru tal-'għat- taparsi' xejn. Dan jekk ma ninsewx li kiser ir- rekord tal-aktar Deputat Mexxej tal-PL li dam l-inqas fil-kariga. Ħa nibdew bil-pożittiv, biex inkunu ġusti wkoll! Konrad, jekk salva l-Enemalta mill-bir tad-drenaġġ li ħalliha fih Wistin Gatt u sħabu tal-PN, biżżejjed hu. Jekk għalaq il-Power Station tal-Marsa, li kienu se jagħlqu n-Nazzjonalisti (għax in- Nazzjonalisti kollox kienu se jagħmlu u anke li qed isir illum għamluh huma, kollox huma!) biżżejjed hu. Din is-sena daħal it-tanker li se jissuplixxi l-gass lill-Power Station il-ġdida mwiegħda mill-Labour. Dan grazzi għax-xogħol ta' Konrad ukoll, għax grazzi għalih se jkollna Power Station li taħdem bil-gass. Allura fejn mar ħażin is- 'Superman'? 1) Għax kellu jiftaħ kont, minn tant postijiet, fil-Panama. Pajjiż fejn jiftħu kontijiet is-super-korrotti, is-super-despotiċi, is-super- dittatorjali, is-super-monarkiji, is- super-ħa*****a eh, iva, u s-super- men 2) Għax il-Panama kienet u għadha (għalkemm inqas) magħrufa bħala ġurisdizzjoni li n-nies jitfgħu flus fiha biex ma jħallsux taxxa 3) Għax meta intervistat mill- MaltatToday, Konrad kien selettiv u nesa jsemmi li l-kumpanija 'shell' tat-trust f 'New Zealend fil- fatt tinsab fil-Panama. 4) Għax Konrad Mizzi, kien l-unika Ministru mill-Ewropa kollha li ħass li kellu jagħmel din il- biċċa xogħol mill-aktar 'normali' (għalih). 5) Għax Konrad, ma ddikjarax li kellu dan il-kont fid-dikjarazzjoni tal-assi li d-deputati jagħtu għall- iskrutinju tal-pubbliku, u lid- Dipartiment tat-Taxxi Interni u Starter Torta GaffaZekka bl-Iljuni tal-bidla Main Course Panassata, b'Egrant topping Deżerta Person of Trust bil-ġelu Varist

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016