Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum 'karikaturi fuq l-ILLUM Ix-xena politika Ewropea u internazzjonali fl-2016 kienet immarkata minn żewġ avvenimenti partikolari, il-vot tal-maġġoranza tal-poplu tar-Renju Unit li se jwassal biex il-pajjiż jitlaq mill-Unjoni Ewropea u l-elezzjoni fl-Istati Uniti li tat riżultat mhux mistenni bi Trump jagħmel rebħa mhux mistennija. Is-suġġett rikorrenti fiż-żewġ kampanji kien l-immigrazzjoni, b'Nigel Farage jirkeb fuq sentiment kontra numru kbir ta' ħaddiema barranin, speċjalment Pollakki li qed jaħdmu fir-Renju Unit u bi Trump jirkeb fuq sentiment kontra immigranti, speċjalment mill- Messiku. Iż-żewġ riżultati ma kinux mistennija, u fiż-żewġ każi, l-midja mainstream kienet kontra l-ħsieb tal-maġġoranza ta' votanti u fiż-żewġ każi r-riżultat qajjem dibattiti u diskussjonijiet sħaħ. L-Arċisqof Charles J Scicluna jibqa' wieħed mill-aktar personaġġi kontroversjali f 'pajjiż polarizzat. Fit-tieni sena tiegħu, Scicluna baqa' kritiku ta' bosta aspetti ta' gvernar, tmexxija tal-pajjiż u anke voċiferu fuq kwistjonijiet soċjali. Dak li jemmen u jgħid l-Arċisqof kompla jattira ħafna ammirazzjoni, imma wkoll ħafna kritika. Fost l-aktar li qala' kritika dan l-aħħar huwa mill-GWU dwar l-iskema ta' ħaddiema fil-komunità li jitħallsu paga minima. Il- karikatura turi uffiċjali tal-GWU jarmu l-bajd lil Scicluna, li jissimbolizza l-kritika u Simon Busuttil iżomm l-umbrella metaforika u simbolika għall-umbrella tal-Arċisof Mikiel Gonzi, biex jipproteġi lil Scicluna minn ħasla bajd. Din tissimbolizza l-qrubija tradizzjonali li dejjem kien hemm bejn il-PN u t-tmexxija tal-Knisja. Salvu Mallia. Min ma semax bih? Intervista fuq l-ILLUM iktar kmieni din is-sena u minn hemm beda t-trikki trakki. Ried jagħmel partit għalih, ried jibdel is-sistema elettorali, imbagħad waqqfulu l-programm u sploda vulkan ikbar minn dak li għattan Pompeii. Minn hemm, bdew jew ħraxu sew il-kullana ta' aġġettivi li Mallia ta lill-PM Joseph Muscat, nies fil-PL u saħansitra anke attivisti tal-istess partit. Imma waħda mill-aktar stqarrijiet ta' Salvu li baqgħet tissemma' tibqa' dik li għadda f 'każin tal-PN f 'Għawdex meta qal li l-Gvern preżenti huwa agħar mill-pesta. Il-karikatura tirrifletti din l-istqarrija inkredibbli imma kkulurita, skont mil-liema angolu politiku qed tħares lejha. Lejn l-aħħar ta' din is-sena, ġiet fi tmiemha saga li twalet ftit mhux ħażin, ta' min għandu jkollu kemm siġġijiet fil-Parlament Malti. Il-PN ingħata żewġ siġġijiet, wieħed li mar għand Edwin Vassallo, rifless hawnhekk f 'dinosawru għax huwa wieħed mill-uċuħ l-aktar antiki u ultra konservattivi fil-PN, u fuq wara, Peter Micallef li diġà kien fil-Parlamaent darb'oħra u frankament m'għamilx wisq ħoss. Mix-xejn għall-ħafna. Minn nies li jridu jilagħqu, għal nies li għandhom biżżejjed poter biex iġibu lill-politikant għarkupptejh. Din hija l-istorja ta' ħafna mill-'persons of trust' riflessa f 'karikatura magħmula f 'nofs it-tempesta li qamet riċentement dwar Edward Caruana. Il- karikatura tfakkar kif b'nies li ma jafux kif jużaw il-poter jew, agħar minn hekk, b'nies li l-poter jużawh għall-vantaġġ tagħhom biss, il-politiku huwa tallab ta' min ilbieraħ organizzalu t-tombla party u l-iljieli tal-bigilla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016