Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Intervista 12 Qaluha fuq l-illum Irridu nkunu għalaqna kollox fl-ewwel sitt xhur tas- sena. Bħalissa, qed naħdmu kull minuta, biex sas-sajf, ikollna Air Malta ġdida. Edward Zammit Lewis – 10/01 Busuttil fil- Gvern kien isib l-iskużi għal kull skandlu, u fl-Oppożizzjoni jsib skandlu f 'kull kantuniera. Salvu Mallia – 13/03 Jekk Konrad Mizzi jħobb lill- pajjiżu u lill- Partit Laburista, jirreżenja Marlene Farrugia – 6/03 Persważ u naħlef li Michael Falzon mhux bniedem korrott. Altru minn hekk, u ngħidha b'idi fuq qalbi. Issa jekk noqogħdu ngħidu li dak jaf lil dak, lill-ieħor...jista' jirreżenja kulħadd. Robert Musumeci – 17/01 Il-PN m'għandu l-ebda bibien miftuħa għal nies bħal Gaffarena u lanqas Gaffarena mhu interessat fil-PN Frank Psaila – 10/04 Tajt tmien snin minn ħajti u qlajt biss daqqiet fl-istonku, tgħajjir, insulti, nies jittraduni, imma bqajt għaddej. Toni Abela - 8/05 Jekk irridu nitkellmu fuq il-Mafja vera, nitkellmu. Nitlob lil Simon Busuttil idur fuq wieħed mill-konsulenti tiegħu, Richard Cachia Caruana. Jista' jistaqsih dwar il-qtil makabru tal-Baruni Sant Cassia. Jeffrey Pullicino Orlando 7/02 Għaliex qed ifittxu lil Trump ħafna Amerikani? Għax il-bidla li ġew imwiegħda ma ġratx, u f 'Malta hekk se jiġri jekk ma noqogħdux attenti. Ivan Grech Mintoff – 12/06 Żvinajt u kellhom jagħtuni 19-il borża demm... bdejt nisma' lil ta' madwari jgħidu 'telaq, dan l-aħħar nifs'. Mitt erba' darbiet u rxuxtajt erba' darbiet. Emmy Bezzina – 31/01 Il-membri tal- Alternattiva huma qodma għall-politika, imma mhumiex ħnieżer, bħal dawn in-nies [Konrad Mizzi u Keith Schembri] u oħrajn li tħanżru qabel. Arnold Cassola 1/05 Il-PBS illum irid jibdel ismu għal SBS, State Broadcasting Services. Kien hekk qabel, u għadu. Ma nbidel xejn mal-bidla tal- amministrazzjoni. John Bundy – 21/02 Il-ħajja innoċenti ma tistax taraha bħala oġġett jew żgombru li int ma pjanajtx u li trid teħles minnha. Il-mument li naslu f 'dak il-punt, inkunu wasalna f 'punt tal-biżgħa. Miriam Sciberras - 26/06 illum