Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum Intervista 13 matul is-sena 2016 Fejn jidħol in-nar tal-art, iċ-ċigċifogu, magħna ma jħabbatha ħadd. Godfrey Farrugia - 10/07 Il-libertà mhux li mara tilbes dublett qasir imma li tagħmel dak li tħossha komda bih. Sarah Ezabe – 9/10 Iva, il- kandidatura ta' Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal- Awdituri sofriet il-konsegwenzi tal-iżbalji ta' ħaddieħor. Evarist Bartolo – 2/10 Jien naħseb li ċerti nies iħossu li l-Knisja m'għandhiex titkellem jekk mhux fuq il-festi. Jien ma naqbilx Fr Vince Magri - 11/12 Jekk qed jgħidu li ma jaqblux mal-morning after pill għax hija abortiva, mela iva l-opinjoni tagħhom hi miżinfurmata. Andea Dibben - 3/07 Jista' jkun iżda li l-Maltin komdi wkoll li jagħżlu li joqogħdu d-dar u ma jaħdmux fi tmiem il-ġimgħa. Fil-qasam tal-lukandi, m'hemmx tmiem il- ġimgħa jew le, ix-xogħol jeħtieġ jibqa' għaddej. Tony Zahra - 24/07 M'għandix dubju, anzi ċert li se nirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Meta Joseph Muscat kien qed jgħid li l-Heavy Fuel Oil huwa fabbrika tal-kanċer, kien qed jgħid gidba sfaċċata. Simon Busuttil – 16/10 La l-poplu u lanqas il- Gvern ma jrid l-ewtanasja, imma diskussjonijiet dwar 'living will', jafu jkunu l-ewwel pass għal soluzzjoni etika. Etienne Grech - 14/08 Niċħad li la jien u sa fejn naf jien, lanqas ħadd mill-Ministeru tiegħi m'għamilna telefonati...lanqas biss nafu jien lil dan Bogdanovic. Anton Refalo 13/11 Poġġejna s-suq bħala xi ħaġa li ma tistax titkellem dwaru. L-istat għandu d-dritt u d-dmir li joqgħod attent u jirregola xi prezzijiet. Leonid McKay - 7/08 F'kull pajjiż żviluppat hemm konġestjoni tat-traffiku... jiġifieri bilfors se teħel jekk fit-toroq ikun hemm iktar karozzi minn kemm dawn jifilħu. Joe Mizzi – 6/11 Missieri soċjalist kien u soċjalist baqa'...m'iniex ngħid li Muscat għandu jkun eżatt bħall-papà tiegħi, imma l-ideoloġija nbidlet wisq favur l-interessi speċjali. Yana Mintoff Bland 4/09 Qed nesperjenza l-istess fenomenu tal-1996 meta ħafna Laburisti kienu ddeċidew li jivvutaw kontra l-Labour. Ċensu Galea – 20/11

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016