Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 14 Ċinema Minn Belle u Wonder Woman, 14 Ċinema Minn Belle u Wonder Woman, Xalata ta' fi lms ġodda għall-2017 Minn Carmel Bonnici ILKUMPANIJI kbar ta' Hollywood jieħdu idea mis-sena ta' qabel, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' dak li l-aktar li jinteressa u jattira lill-udjenzi, u b'hekk jippreparaw proġetti li l-għan tagħhom ikun, barra li jissodisfaw lill-pubbliku, li jdaħħlu profitti tajbin. Bħalissa, l-aktar films popolari huma l-blockbusters dwar is-supereroj, ibbażati minn fuq il-kotba komiks u l-produzzjonijiet animati. Il- proċess tad-3D diġitali qed jiġbed ħafna ammiraturi wkoll, u fl- 2017, diversi films se jintwerew ukoll b'dan il-metodu. Xogħlijiet ta' azzjoni qawwija, kummiedji sfrenati, fantasija, biża' u twerwir, xi ġrajja minsija mill-istorja u oħrajn żgur li mhux se jonqsu. F'din is-selezzjoni żgħira, ppruvajt immiss diversi ġeneri. L-indikazzjonijiet ta' diversi nominazzjonijiet u kliem ta' tifħir jindikaw li l-film mużikali dwar l-imħabba bejn waħda li sservi f 'bar ta' studio ta' Hollywood u pjanista tal-mużika jazz f 'Los Angeles, 'La La Land', jista' jkun is-sorpriża tas-sena. Kant u żfin 'tapping' taż- żmien tad-deheb tal-produzzjonijiet mużikali bl-attur Fred Astaire, iżda bi stil modern, jaħdmu f 'dan il-film Emma Stone u Ryan Gosling, taħt id-direzzjoni mħarrka ta' Damien Chazelle. Annette Benning tidher li qed tiddomina fil-kummiedja/drama '20th Century Women'. Din hi l-istorja ta' tliet nisa li qed jesploraw l-imħabba u l-libertà f 'California t'Isfel lejn l-aħħar tas-snin sebgħin. Id-direttur hu Mike Mills u jidhru wkoll Elle Fanning, Greta Gerwig u Billy Crudup. Wara s-suċċess li kellhom b''The Lego Movie', il-Warner Bros. issa pproduċew xogħol ieħor animat, avventuruz u mimli azzjoni, 'The Lego Batman Movie'. Bruce Wayne [Batman] irid mhux biss jieqaf lill-kriminali li dejjem jinbtu f 'Gotham City, imma issa jkun ukoll responsabbli ta' tifel li adotta. Jenny Slate, Ralph Fiennes, Rosario Dawson u Zach Galifianakis huma l-vuċijiet ewlenin taħt id-direzzjoni ta' Chris Mackay 'Beauty And The Beast'. Il- kumpanija Disney se taddatta din il-ħrafa klassika f 'xogħol romantiku mużikali, din id-darba b'atturi reali dwar mostru [li hu prinċep taħt seħer] u tfajla li ssir tħobbu. L-atturi huma Emma Watson, Dan Stevens, Gugu Mbatha-Raw u Luke Evans, bid-direzzjoni ta' Bill Condon. 'The Zookeeper's Wife' hu xogħol bijografiku li jirrakkonta l-istorja vera ta' Antonina u Jan Zabinski li kienu jieħdu ħsieb iz-Zoo ta' Varsavja fi żmien l-okkupazzjoni Nazzista, u kienu ta' għajnuna lill- mijiet ta' nies u annimali. Il-kast jinkludi lil Jessica Chastain, Daniel Bruhl, John Heldenbergh, taħt id- direzzjoni ta' Niki Caro. Mistenni b'ħerqa kbira, aktarx fi Frar, hu żgur 'Fifty Shades Darker', Beauty and the Beast Baywatch

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016