Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Minn Brussell 16 Jiem biss qabel Malta tkun t-tmun tal-Presidenza tal-UE Madwar 400 ħaddiem Malti fi Brussell jaħdmu bla heda għas-suċċess tal-presidenza Maltija Ixammru l-kmiem u jmexxu l-mutur tal-Presidenza Minn John Busuttil NHAR it-Tnejn 2 ta' Jannar hi l-ewwel ġurnata ta' xogħol għal ħaddiema kollha wara l-festi tal-Milied u tal-bidu tas-sena l-ġdida. Iżda għal madwar 400 ħaddiem li jaħdmu fi Brussell, din hi ġurnata speċjali. Hi l-ewwel ġurnata li se jkunu qed jaħdmu waqt il- Presidenza Maltija fl-Unjoni Ewropea minn Dar Malta. Nofshom ilhom madwar sentejn jippreparaw għal din il-ġurnata u s-sitt xhur li ġejjin, oħrajn bdew deħlin ftit ftit matul dawn is-sentejn fejn hemm minnhom li anke daħlu fl-aħħar xahar. Kollha preparati sa snienhom, biex jixprunaw lil Malta fil-presidenza u s-suċċess li wieħed qed jistenna minn din il-gżira tant żgħira. Li iżda hi preparata daqs l-akbar pajjiż Ewropew biex nagħmlu ħoss mhux biss fl-Ewropa iżda jekk jista jkun ma' kull rokna tad-dinja. Hu l-mument li Malta tista' tagħmel id-differenza fid-dinja fejn jidħlu s-settur marittimu, is-sigurtà, is-suq uniku (single market), l-inklużjoni soċjali, il-politika tal-viċinat tal-Ewropa (Mediterran) u l-migrazzjoni, li huma l-prijoritajiet prinċipali tal-presidenza Maltija. Għal dan il-għan, Malta se tilqa' laqgħat li se jiġbdu lejha kapijiet ta' kull stat Ewropew, ministri minn kull parti Ewropea u eluf u eluf ta' ġurnalisti li jsegwu l-politika Ewropea. Iżda min jaħseb li dan kollu se jibda minn nhar it-Tnejn li ġe hu żbaljat. Min jaħseb li dawn il-laqgħat isiru bla ħsieb u bla studju ta' xejn hu ferm aktar żbaljat. Min jaħseb li dan ix-xogħol isir biss mill-Ministri, segretarji parlamentari u deputati parlamentari hu ħafna u ħafna aktar żbaljat. Il-ministru Louis Grech flimkien mas-segretarju Parlamentari Ian Borg immexxjin mill-Prim Ministru, il- Kabinett u diversi konsulenti tagħhom wasslu biex bnew tim qawwi, skwadra b'saħħitha u mimlija mhux biss ħeġġa iżda mimlija kwalifiki u esperjenza fis-setturi kollha li se jolqtu lil Malta fil- presidenza biex jaħdmu bla heda minn Brussell. Irnexxieli niltaqa ma' diversi minnhom u nista' nassigurakom li hawn fi Brussell hawn skwadra armata sa snienha b'kull tip ta' għarfien, li qed jaħdmu bla heda sa tard bil-lejl, mingħajr 'weekends' b'laqgħat ma' gruppi minn setturi diversi minn kull parti fl-Ewropa biex jaħmu l-politika tal-Presidenza Maltija. Ilestu x-xogħol kollu li ma jidhirx biex il- magna tal-presidenza timxi fuq ir-rubini. F'Dar Malta, normalment jaħdmu mdwar 50 persuna, iżda bħalissa hawn 'il fuq minn 400 li wara li tawhom ġimgħa vaganza biex igawdu lil familji tagħhom f 'Malta (min laħaq mar) huma preparati li minn nhar it-Tnejn, dawn se jxammru l-kmiem, jinsew id-dawl tax-xemx (meta jkun hawn fi Brussell), jinsew il-Ħdud u l-festi u jibdew ix-xogħol biex iħaddmu l-muturi kollha li huma stess ppreparaw sa min ħafna xhur qabel. Dawn il-ħaddiema Maltin, kollha bid- diplomi wara isimhom, kollha b'dottorati, masters u kwalifiki fl-istudji Ewropej, leadership u diversi kwalifiki għolja oħra, jafu għal xiex daħlu, meta kienu huma li applikaw għal dan ix-xogħol. Jafu li l-glorja mhux se joħduha bħall-politiċi. Jafu li huma mhux se jkunu fuq xi podju biex jingħataw ir-ringrazzjamenti. Iżda jafu wkoll li s-suċċess tal-Presidenza hu s-sodisfazzjon personali tagħhom. Għax huma jafu li se jkunu l-ixpruni tas-suċċess li qed jaħdmu għalih u jafu li huma għandhom l-istima tal-Ministru Louis Grech, tas-segretarju parlamentari Ian Borg li kienu huma li bnew dan it- tim formidabbli lest għax-xogħol. Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll lill-ambaxxatriċi Marlene Bonnici li taħtha jaqa' dan it-tim kbir. Marlene Bonnici hi l-kowċ ta' dan it-tim mgħejuna mil-assistent kowċ Neil Kerr li jaraw li jkunu jafu b'mod personali lil kull ħaddiem li hemm jaħdmu f 'Dar Malta. Anke l-ambaxxatur għall-Belġju, Ray Azzopardi ħass il-ħtieġa li qabel il-vaganzi jibgħat lil kull wieħed u waħda minnhom l-awgurju u r-rigrazzjament tiegħu għax x-xogħol li diġà wettqu u awgurju għax-xogħol li mistenni jiġi attwat fir-realtà minn nhar it-Tnejn. Inħoss li dawn il-ħaddiema 'bla isem' għandhom jingħataw il-pubbliċità għax dawn huma l-'unsung heroes' għal din il-Presidenza li għall-ewwel darba wara 13-il sena fl-Ewropa, Malta għandha l-unur li tħaddan. Filwaqt li nwegħedkom li minn dawn il-paġni se nibda nlaqqgħakom ma' diversi minnhom u anke Maltin oħra li jaħdmu f 'diversi oqsma oħra fi Brussell, bħal Kummissjoni Ewropea, Kunsill Ewropew u fil-Parlament Ewropew. Sadanittant il-barra u 'l bogħod mill- politika partiġġjana, minn din il-paġna u minn Brussell nawgura l-Presidenza t-tajba lil Malta u lill-Maltin kollha u nawgura sena mimlija aħbarijiet sbieħ lil qarrejja kollha tal-ILLUM. Joseph Calleja jtella' s-siparju fuq il-Presidenza ITTNEJN 16 ta' Jannar fit-teatru taċ-Ċentru tal-Arti fi Brussell, BOZAR se jinfetaħ uffiċjalment is-siparju fuq il-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Se jkun it-tenur famuż Joseph Calleja akkumpanjat mill-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Brian Schembri li jgħollu s-siparju fuq il-presidenza. Dan kollu taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, ir-rappreżentanta Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, l-ambaxxatriċi Marlene Bonnici u l-ambaxxatur Malti għal Belġju, Ray Azzopardi. Fost il-mistiedna se jkun hemm il-ħaddiema kollha ta' Dar Malta bil-kunċert se jkun ibbażat fuq kapolavuri klassiċi ta' kompożituri Maltin bħal Charles Camilleri, Carlo Diacono u Joseph Vella. Il-kunċert se jikkonsisti wkoll minn rappreżentazzjonijiet ta' La donna è mobile mir-Rigoletto, E lucevan le stelle mit- Toska arji oħra minn Opri famużi. Wieħed se jassisti wkoll għal 'Knights of Malta Ballet Suite' mill-kompożitur Charles Camilleri. Filwaqt li l-mistiedna se jkollhom ukoll 'reception' biex jiċċelebraw dawn is-sitt xhur ta' Presidenza. L-ILLUM se tkun hemm!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016