Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 22 Kummerċjali Masterclass mix-xampanja Bollinger Dorothée Bonnaire, mid-dar tax-xampanja magħrufa Bollinger, dan l-aħħar żaret Malta għal masterclass esklussiva. Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited ingħaqdet mal-boutique hotel lussuża tal-Belt, Casa Ellul, biex toffri sessjoni li kienet waħda mill-avvenimenti ewlenin fil-kalendarju tal- inbid ta' din is-sena. Bonnaire spjegat li d-dinja ta' taħt l-art fil-kantini ta' Bollinger tixhed l-importanza taż-żmien għal Bollinger. Wara l-fermentazzjoni primarja f 'tankijiet żgħar tal-istainless steel jew f 'bettiji tal-injam, fir- rebbiegħa l-inbid jitferra' fil- fliexken u jitħalla joqgħod fis- skiet perfett tal-kantini. Huwa hawn fejn ix-xampanja Special Cuvée jitħalla jiffermenta għal mill-inqas tliet snin, u l-cuvées klassiċi għal ħafna aktar. Hu dal-perjodu twil ta' mistrieħ li jiżviluppa l-aromi straordinarji u delikati tal-inbid. L-impenn ta' Bollinger għall- eċċellenza ma jieqafx biss mal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid għax it-tisfija u t-tferrigħ tal-inbejjed klassiċi fi fliexken bit-tappijiet tas-sufra naturali, għadu jsir sal-lum bl- idejn. Ma' Bollinger m'hemmx kompromessi – wara li jimtlew, il-fliexken tagħha dejjem jitħallew joqogħdu għal tliet xhur ħalli l-inbid jingħata l-ħin tiegħu biex jistabilizza. Bollinger ma tfittixx li tipproduċi l-cuvées klassiċi tagħha akkost ta' kollox. Il-produzzjoni tagħhom tagħmilha biss meta l-ħsad tal-għeneb ikun eċċezzjonali: l-għeneb irid ikun sar sew u jrid ikollu l-bilanċ ideali bejn iz-zokkor u l-aċtu. L-impenn sħiħ ta' Bollinger li tipproduċi l-cuvée klassiku tagħha biss f 'dawk is-snin li fihom jinqata' għeneb perfett wasslet biex mhux biss jinżamm il-livell klassiku tax-xampanja, imma wkoll biex tiżdied il-fama u jikber l-isem tal-cuvée. La Grande Année u La Grande Année Rosé, il-cuvées prestiġjużi ta' Bollinger, huma xhieda qawwija tal-kwalitajiet straordinarji ta' sena klassika. Jirriflettu l-kwalità għolja tal-għeneb iffermentat fit-tul fil-btieti. Il-cuvée klassiku ta' Bollinger R.D. hu f 'livell ogħla bis-saħħa tal-għeneb partikolari u tal- fermentazzjoni esklussiva tiegħu. Din hi xampanja li, tabilħaqq, tixhed il-benefiċċji taż-żmien. Matul il-masterclass, Bonnaire ppreżentat ix- xampanji ta' Bollinger Special Cuvée, Grand Année 2005, Rosé, Grand Année Rose 2005 u għalqet is-serata bix- xampanja eċċezzjonali R.D. 2002. Il-Fondazzjoni HSBC Malta b'rigali tal-Milied għal persuni żvantaġġjati Il-Fondazzjoni HSBC Malta kompliet bit-tradizzjoni tagħha li tiċċelebra l-festivitajiet tal-Milied għal dawk it-tfal li ġejjin minn ambjenti żvantaġġjati billi appoġġjat diversi karitajiet fix-xahar ta' Diċembru. L-għotja finanzjarja mill- Fondazzjoni nisslet spirtu tal-Milied fost dawk li forsi ma jkollhomx opportunità oħra biex jiċċelebraw din il-festa. Din id-darba, dawk li bbenefikaw kienu jinkludu in-National Foster Care Association, il-Kummissjoni Djakonija – Żurrieq, il- Paediatric Day Care Ward ta' Mater Dei, u s-Soċjetà tal- Ħbieb tal-Isptar Monte Carmeli. Il-kontribut tal-HSBC f 'dan il-perjodu tas-sena jgħin mhux ftit biex ikunu organizzati għadd ta' attivitajiet u festini speċifikament għal dawn il- persuni. Ġeneralment, dawn ikunu jinkludu Christmas elves, rigali, ħlewwiet tal-Milied u, ma tistax tonqos, iż-żjara minn Santa Klaws. Meta tkellem dwar is- sentiment li għandhom il-karitajiet li rċevew din l-għajnuna, John Lanzon, segretarju tas-Soċjetà tal- Ħbieb tal-Isptar Monte Carmeli, qal: "F'isem l-għaqda tagħna, nirringrazzja lill-Fondazzjoni HSBC Malta għall-għotja ġeneruża tagħha lejn l-attivitajiet li jsiru matul dawn il-festi. Minnha jgawdu wkoll it-tfal tal-Young People's Unit. Bl-għajnuna tal-HSBC, dawn it-tfal kellhom l-opportunità li jifirħu f 'ambjent bi spirtu tal- Milied." Tuaco Opticians jirrakkomandaw aktar minn par nuċċali wieħed F'bosta djar f 'Malta ssib li għandhom iktar minn televixin u screen wieħed, iżda mhux daqshekk komuni li individwi jkollhom iktar minn par nuċċali wieħed minkejja li s-saħħa tal- għajnejn għandha tkun riżoluzzjoni importanti f 'ħajjithom. Insibu numru ta' xenarji li jagħmlu tajjeb għalfejn wieħed għandu jkollu aktar minn 'libsa' essenzjali waħda għal għajnejn. Dawn ivarjaw minn protezzjoni tal-għajnejn mill-ħsara tar-raġġi UV billi jintuża' nuċċali tal-vista u tax-xemx, li tħares il-vista tal-għajn għall-viċin u għall- bogħod, għal bil-lejl u bi nhar, kif ukoll bħala parti mill-ilbies sportiv, jew skont il-moda. "Irrispettivament jekk wieħed jilbisx xi forma ta' lentijiet korrettivi jew le, il-maġġoranza tal-esperti fil-kura tal-għajnejn jirrakkomandaw eżami tal- għajnejn komprensiv kull sena jew l-aktar kull sentejn, jiddependi fuq l-età u l-vista tal-individwu. Dawn il-ġranet festivi, li jilħqu l-qofol tagħhom mas-Sena Ġdida, huma żmien importanti u ideali biex wieħed jibda jieħu ħsieb għajnejh bis- serjeta' mill-bidu nett tas-sena. Meta wieħed jiċċekkja l-vista u jfittex li jixtri t-tieni par nuċċali, kemm għalih kif ukoll għall- maħbub/a, dan ikun qed jagħti rigal xieraq u prattiku fl-2017. Hu importanti li persuna jkollha par nuċċali żejjed għal meta dan ikun l-aktar meħtieġ," qalet Adrienne Despott, maniġer ta' Tuaco Opticians. Tuaco Opticians hu negozju stabbilit fil-qasam tan- nuċċalijiet f 'Malta fejn wieħed isib għażla wiesgħa tal-aħħar frames u nuċċalijiet tax-xemx għal kull eta'. Id-ditti li huma disponibbli mingħand Tuaco jiffokaw fuq il-vista korretta iżda wkoll hemm oħrajn ta' stilisti tal-moda rinomati bhal: Ray- Ban, Oakley, Versace, Burberry, Michael Kors, Persol, Oliver Peoples, Dolce & Gabbana, Giorgio Armani, u Vogue fost oħrajn. TUACO Opticians jinsabu fi Triq Melita jew fi Triq San Ġwann, it-tnejn fil-belt Valletta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016