Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
illum Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Sports 28 Spettaklu, emozzjonijiet u gowls minn Cristian Antony Muscat GĦALKEMM matul dan l-istaġun, il-Gatorade Futsal League beda iktar tard mis-soltu, sa issa dan il-Kampjonat qed jilħaq kull aspettattiva hekk kif qed joffri diversi emozzjonijiet kif ukoll spettaklu, gowls u akkanitiżmu lil dawk kollha li qed isegwu dan il-Kampjonat mill-viċin. F'dan l-artiklu, se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljata ta' x'ġara s'issa f 'dan il-Kampjonat li fih kompla jispikka l-livell għoli tat-timijiet parteċipanti, ġurnata b'ġurnata. L-Ewwel Ġurnata Il-Gatorade Futsal League, beda biċ- champions Valletta jieħdu l-ewwel tliet punti tal-istaġun meta għelbu lil Marsascala bl-iskor ta' 7-1. Kienet logħba pjaċevoli u li fiha Marsascala ppruvaw joħolqu reżistenza lit-tim Belti. Fil-fatt kienu huma li fetħu l-iskor permezz ta' Franklin Abela. Għaldaqstant Valletta rrispondew u dawru sew ir-riżultat, b'Raphael Felipe Ortiz de Oliveira jkun il- protagonist ewlieni. Il-plejer Brażiljan skurja waħdu ħames gowls u paxxa l-għajnejn ta' dawk preżenti fil- Padiljun Sportiv ta' Kordin, bil-mossi spettakolari tiegħu. Għall-Beltin skurjaw ukoll il-captain Xavier Saliba u Dylan Musu. Hamrun Tre Angeli kellhom rebħa kbira li fiha reġgħu għelbu lil Qormi Futsal bl- iskor ta' 14-4. Dan wara li l-Ħamruniżi fil-ġimgħa ta' qabel għaddew għall-fażi li jmiss tan-Knock Out b'rebħa kbira ta' 9-1 fuq l-istess Qormi Futsal. Il-Ħamruniżi kellhom vantaġġ ta' 5-0 qabel ma marru għall-mistrieħ bl-iskor ta' 6-2. Fit-tieni taqsima, il- Ħamruniżi komplew jikkonsolidaw il-vantaġġ tagħhom fuq l-avversarji u kkontrollaw sew il-logħba. L-14-il gowl waslu erbgħa minnhom minn Everton Vevé, tripletta ta' Florin Anton, doppjetti għal Luke Stivala u Daniele Degennaro, b'aktar gowls mingħand Clint Cope, Daniel Mifsud u Jason Mifsud. Il-Qriema skurjaw permezz ta' Adrian Fenech, Antoine Galea, Luka Mallia u Miguel Alcaraz. Il-logħba bejn it-tim tal-Università u Swieqi kienet wirja mill-aqwa taż-żewġ timijiet li għamlu progress kbir tul is-snin. Swieqi ssaħħew sew b'għadd ta' plejers tal-esperjenza bħall-Bulgaru Boicho Marev, Kurt Bartolo u Christian Wismayer, fost l-oħrajn. Marev kien l-awtur ta' erba' gowls fir-rebħa li Swieqi għamlu bl- iskor ta' 6-2 fuq it-tim tal-Università. L-Universitarji min-naħa l-oħra wkoll għamlu bidla pożitiva kbira u qegħdin jitgħallmu sew kif ikunu oppożizzjoni denja. Ta' min isemmi li l-Universitarji qed jistennew id-debutt ta' Djordje Maksimovic. Dan il-plejer diġà lagħab fil-passat fil- kampjonat tal-futsal lokali u għandu esperjenza internazzjonali f 'Ċipru, il-Montengro u s-Serbja. Għal Swieqi kellna wkoll doppjetta tal-Bulgaru l-ieħor Dimiter Petev. Rodney Debono u Jean Carl Cushieri skurjaw għat-tim tal-Università. Sliema għelbu lil Safi San Lorenzo bl-iskor ta' 7-4. Għal Sliema kellna d-doppjetti ta' Aleksander Ribic u Darren Agius, flimkien mal-gowls ta' Paul Bugeja, Alan Galea u Nikolay Filipov. Għal Safi San Lorenzo, skurjaw Reuben Vella, Desmond Kind, Wayne Hamer u Sean Vella. Msida għelbu lit-tim ta' taħt il-21 sena ta' Swieqi bl-iskor ta' 8-0. Kellna tripletta ta' George Frendo u gowl kull wieħed għal Florin Manea, Armando Djepali, Ricardo Ortega Toro, Claudio Venuto u Ryan Xuereb. Luxol ġabu fix-xejn lil Tarxien JMI bl-iskor kbir ta' 15-0. Għal Luxol spikkaw it-tripletta ta' Celino Alves u d-doppjetti ta' Zvezdan Vukovic, Carl Azzopardi, Emil Andre Raducu u Mark Zammit. Gian Carlo Sammut, Andy Mangion u Matthew Attard u Nicola Del Re komplew ikabbru l-lista twila ta' markaturi. Fl-aħħarnett kellna derby akkanit bejn Qrendi u Zurrieq Wolves, bi Qrendi li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 10-9. Għal Qrendi skurja tliet darbiet Craig Pickard, darbtejn Alan Spiteri u gowl kull wieħed għal Antonello Brincat, Robert Baldacchino, David Mamo, Bertram Azzopardi u Clayton Borg. Filwaqt li għal Zurrieq Wolves kellna erba' gowls ta' Alistair Camilleri, tripletta ta' Mario Camilleri u gowl kull wieħed għal Johnny Sammut u Marco Zammit. It-Tieni Ġurnata Fit-tieni ġurnata, kellna tliet partiti oħra mill-Gatorade Futsal League, fejn Valletta u Ħamrun Tre Angeli komplew iżidu fil-qawwa tagħhom. Il-Beltin kellhom rebħa qawwija ta' 20-1, li fiha Raphael Felipe Ortiz de Oliveira skorja xejn aktar minn seba' gowls. Denis Di Maio u Jovica Milijic kellhom tripletta kull wieħed, doppjetta għal Daniel Brincat u gowl kull wieħed għal Xavier Saliba, Dylan Musu, Melvin Borg u Mohammed Elamari. Tarxien JMI kienu wkoll sfortunati li skurjaw awtogowl. Il-gowl ta' konsolazzjoni għal Tarxien JMI wasal mingħand Vince Camilleri. Ħamrun Tre Angeli fetħu vantaġġ ta' sitt gowls qabel tmiem l-ewwel taqsima, fir-rebħa ta' 9-1 fuq Sliema. Fil-bidu tat-tieni taqsima Aleksander Ribic skurja l-uniku gowl Slimiż, qabel mal-Ħamruniżi għalqu l-logħba bi tliet gowls oħra. Għall-Ħamrun Tre Angeli, Everton Veve, skorja sitt gowls, doppjetta għal Daniele Degennaro u gowl għal Daniel Mifsud. Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg Azzjoni mill-konfrot bejn Luxol u Qrendi