Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
ISSEGRETARJU Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius vara d-dokument ta' konsultazzjoni tal-Politika Nazzjonali tal-Isport għas- snin 2017–2027 bl-għan li tipprovdi qafas li tqajjem diskussjoni u jinħolqu rakkomandazzjonijiet sabiex l-isport jitjieb. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega kif dan id-dokument huwa msejjes fuq tliet pilastri li huma l-isport u l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni fl-isport u l-industrija tal-isport. Id-dokument għandu l-mira li sal-2027 bir- rakkomandazzjonijiet li joffri jitjieb kemm l-isport fuq bażi elite kif ukoll li ntejbu l-ħajja taċ-ċittadini b'ħajja aktar attiva u sana. Barra minn hekk, minħabba d-dimensjoni Maltija, id-dual career fl-isport għandha tingħata aktar prijorità. Il-gvern għandu l-għan, kompla jgħid Agius, li jżid l-inċentivi finanzjarji fejn l-aktar li hemm bżonn sabiex jkunu indirizzati n-nuqqasijiet tal- atleti professjonali f 'pajjiżna. Hija realtà li l-atleti tagħna jkollhom diverġenza bejn is-sors ewlieni tad-dħul tagħhom u l-programmi ta' taħriġ tagħhom ta' kuljum. Din is-sitwazzjoni trid tittieħed azzjoni fuqha. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-involviment fl-attività fiżika hija prijorità oħra ta' din il-politika, bil-għan jkun li titnaqqas ir-rata għolja ta' persuni obeżi f 'pajjiżna. 'Fuq nett tal-aġenda tal-Gvern hija li jġib il-pubbliku ġenerali konxju li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura," saħaq is- Segretarju Parlamentari. Huwa kompla jispjega kif l-abbożż jenfasizza fuq modi diversi ta' sport bħal kif l-ispot jista' jiffaċilita l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni, l-eradikazzjoni tad- diskriminazzjoni u li nersqu viċin aktar ta' dawk il-persuni li jħossuhom emarġinati fl-isport. Agius spjega kif dan li tnieda llum huwa riżultati ta' xhur ta' ħidma li sar minn tliet bordijiet maħtura apposta u li ffukaw fuq aspetti varji tal-isport. Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu fuq dan l-abbozz, enfasizza li dan huwa dokument ta' konsultazzjoni u li qed jintlaqa' l-kontribut ta' kulħadd biex finalment ikollna politika nazzjonali għall-isport waħda li tappartjeni għan-nazzjon kollu. Dan id-dokument huwa miftuħa għall-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet sportivi lokali kif ukoll mal- pubbliku sal-aħħar ta' Jannar 2017. illum Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Sports 30 Imniedi d-dokument ta' konsultazzjoni tal-Politka Nazzjonali tal-Isport Ritratt: Kevin Abela - DOI Chris Agius jindirizza t-tnedija tal-Fażi ta' Kosultazzjoni dwar il-Politika Nazzjonali tal-Isport It-Tim tal-MFA jirbaħ it-tournament ta' Boxing Day ITTIM tal-istaff taċ- Ċentru Tekniku tal-MFA rebħu l-edizzjoni ta' din is-sena tat-tournament tradizzjonali ta' Boxing Day organizzat mill- Għaqda Ġurnalisti Sports li sar fic-Centenary Stadium, u li l-għan ewlieni tiegħu kif dejjem ikun, kien dak li dawk li jaħdmu fil-futbol jiltaqgħu b'mod informali f 'dawn iż-żminijiet kif ukoll li jinġabru fondi għall- Istrina. Wara li t-tim tal-GħĠS għeleb lil Malta Football Referees Association bl-iskor ta' 4-0 fl-ewwel logħba b'gowls ta' Alex Ellul, Stewart Said, Jean Carl Cuschieri u Claudio Gatt, fl-aktar partita ibbilanċjata, it-tim tal-istaff tac-Ċentru Tekniku tal-MFA għeleb lill- ġurnalisti bl-iskor ta' 5-3. Daniel Attard fetaħ l-iskor għall-ġurnalisti iżda żewġ gowls minn Peter Pullicino qabel il-mistrieħ taw vantaġġ lill-MFA b'Simon Agius jagħmel l-iskor 3-1 għall-istess MFA. Reazzjoni mill-Għaqda Ġurnalisti Sports li permezz ta' Antvin Monsigneur u Claudio Gatt għamlu l-iskor 3-3. Doppjetta ta' Karl Sciortinio għall-MFA għamlet l-iskor finali 5-3. Dan it-tournament ta' Boxing Day l-għada tal- Milied ilu jiġi organizzat mill-media tal-isport lokali mill-1975 u fl-aħħar snin permezz tiegħu jinġabru għotjiet fost dawk li jipparteċipaw għall-fond tal- Istrina. Għall-ewwel darba l-Organizzaturi ta' dan it-Tournament l-Għaqda Ġurnalisti Sports, affiljaw it- Tournament fil-programm ufficjali ta' Solidarjetà bl- Isports. Fil-bidu tat-Tournament attendiet il-President Marie Louise Coleiro Preca li kienet milqugħa fost l-oħrajn mill-President tal- MFA Norman Darmanin Demajo u minn uffiċjali oħra tat-timijiet li ħadu sehem. Norman Darmanin Demajo jippreżenta tifkira lil Peter Pullicino Ritratt: Joe Borg - MFA