Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 31 L-Integrity Tour tal-MFA – 'Say No to Match-Fixing' imur Għawdex Organizzat b'suċċess għat-tieni darba il-Festival MFA-FIFA Live Your Goals LINTEGRITY Tour tal-MFA li jġib l-isem ta' 'Say No to Match- Fixing' sab il-ħin biex jivjaġġa s'Għawdex, fejn hemmhekk ġiet organizzata sessjoni edukattiva oħra għar- rappreżentanti ġejjin mill- klabbs kollha membri tal- Gozo Football Associaton - il-GFA. Uffiċjali tal-GFA ħassew li kien wasal iż-żmien li torganizza avveniment li jiggwida lill-membri tagħha u jagħti informazzjoni fuq il-perikli dejjem jikbru tal-match fixing fil-livelli kollha. L-Integrity Officer tal-MFA, Franz Tabone, mexxa sessjoni ferm informattiva fejn enfasizza r-responsabbiltajiet ta' dawk kollha nvoluti fil-futbol, fejn l-aktar li ffoka kien fuq il-fatt li rrispettivament jekk il-logħba tal-futbol tkunx fuq is-suq tal-betting jew le, huma dejjem ikunu t-tragward ta' match-fixing għal għanijiet diversi. Il-parteċipanti kienu ferm attenti għad-dettalji li ngħataw lilhom ta' kif jaħdmu l-istrutturi tal-match-fixing u r-riperkussjonijiet u s-sanzjonijiet li huma assoċjati ma' din l-attività kriminali. Intwerew ukoll filmati ta' plejers li nqabdu fil-fatt f 'attivitajiet tal- match-fixing u li esponew ir-realtà ta' plejers li jiġu ttentati li jirranġaw il-logħbiet u kif dawk responsabbli minn dan, jikkontrollaw lill-plejers korrotti kif ukoll lil dawk kollha nvoluti f 'logħbiet tal- futbol li jiġu mmanipulati. Klabb Għawdxin issa ġew inkoraġġiti biex jorganizzaw sessjoni tal- Integrity Tour tal-MFA fil-kwartieri tagħhom stess, fejn l-Integrity Officer tal- MFA, Franz Tabone, ikun jista' jindirizza lill-players u lill-uffiċjali kollha tal-klabb partikolari. Franz Tabone jagħti spjegazzjoni waqt l-Integrity Tour tal-MFA li sar f 'Għawdex. Ritratt - MFA WARA s-suċċess tal-attività li saret f 'Għawdex matul il- ġimgħa li għaddiet, bl-isem ta' FIFA Live Your Goals, id- Dipartiment tal-Grassroots u tal-Futbol tan-Nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal- MFA, b'kollaborazzjoni ma' SportMalta u mad-Direttorat tal-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DQSFE), organizzaw it-tieni FIFA Live Your Goals Festival f 'Malta fis-Centenary Stadium, bħala parti mill-missjoni tagħhom li jkomplu jiżviluppaw il- livell tal-grassroots fil-futbol tan-nisa. Għal dan l-avveniment, dawk li attendew kienu studenti bniet mill-iskola primarja ta' Ħaż-Żebbuġ li tifforma parti mill-Kulleġġ ta' Sant'Injazju, l-Iskola Primarja tal-Imsida li tifforma parti mill-Kulleġġ ta' Santa Tereża u l-Iskola San Anton, li b'kollox ammontaw għal 180 tifla, bi 13% tal-parteċipanti biss kienu membri fi klabbs lokali tal-futbol. Il-bniet kellhom iċ-ċans li jiġu ggwidati minn kowċis kwalifikati tal-MFA, kowċis ta' klabbs Maltin kif ukoll minn membri tat-Tim Nazzjonali tan-Nisa fosthm il- viċi-captain u l-Ambaxxatrici tal-FIFA Live Your Goals, Charlene Zammit. Għall- ewwel darba, il-bniet kellhom l-oportunità li jisimgħu u jipparteċipaw f 'taħdita leġġera iżda fundamentali min-Nutrizzjonista u Fiżjo- Terapista, Johann Zarb, li kien qed jirrapreżenta lil Dar Kenn Għal Saħħtek, li hija faċilità residenzjali u anke semi-residenzjali li għandha l-għan li tipprovdi trattament ħolistiku għall-pazjenti b''eating disorders' u problemi ta' piż żejjed. Din it-taħdita interattiva ġiet organizzata biex teduka lill-bniet rigward ikel sustanzjuż u eżerċizzju. Dar Kenn Għal Saħħtek ippreżentat ukoll lill-iskejjel b'kotba ta' tagħrif dwar in- nutrizzjoni. Din l-inizzjattiva kienet ta' suċċess hekk kif numru konsiderevoli ta' bniet li mhumiex affiljati ma' klabbs lokali tal-futbol ipparteċipaw u fehmu li l-football jista' jintlagħab ukoll mill-bniet. Permezz ta' din il-kampanja li qed tiġi mifruxa madwar il-pajjiż kollu, il-kampanja FIFA Live Your Goals u open days li jġorru dan l-islogan, l-MFA qed taspira li tiġġenera entużjażmu bejn bniet ta' bejn is-6 u l-11-il sena, waqt li tħeġġeġ lill-istess bniet biex jingħaqdu ma' klabbs lokali tal-futbol, biex b'hekk jiżdied in-numru ta' bniet fin- nurseries lokali tal-bniet. L-MFA ppreżentat lill- parteċipanti b't-shirts, stickers, flyers u bżieżaq, waqt li l-klabbs lokali qassmu l-informazzjoni u d-dettalji bejniethom rigward ix- xogħol li huma jagħmlu fi ħdan il-futbol tan-nisa, biex jattiraw iktar bniet fil-logħba tal-futbol. L-MFA rringrazzjat ukoll lill-iskejjel għall- parteċipazzjoni tagħhom u għall-irwol vitali li kellhom biex dan l-avveniment tal- FIFA Live Your Goals, reġa' għal darb'oħra jkun suċċess, waqt li qed tħares 'il quddiem biex jiżviluppaw dejjem iktar ir-relazzjoni ta' bejniethom, billi jsiru iktar sessjonijiet ta' football għall-bniet fl-iskejjel. Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem l-Festival MFA-FIFA Live Your Goals. Ritratt - Domenic Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016