Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
kemm Luxol kif ukoll Valletta huma żewġ timijiet tajbin, imma aħna rridu naħsbu li kapaċi nirbħulhom, biex żgur nisfidaw għar-rebħ tal- Kampjonat. X'inhuma l-commitments u s-sagrifiċċji li tagħmel biex tkun dejjem plejer aħjar tal-futsal? Prattikament, dejjem nara li ħa nagħti sfida lili nnifsi sabiex inkun plejer aħjar u fl-istess ħin ta' għajnuna għal sħabi. Filwaqt li rigward dieta, tieħu ħsieb? Dik hija problema, għaliex jekk inkun burdata li nsajjar, nirranġa jien u jekk le, noħroġ barra nixtri x'niekol. Għandek nostalġija ta' pajjiżek? Iva, ħafna. Imma l-ħbieb u l-familja jafu li qed nagħmel sagrifiċċju ħalli kemm jien kif ukoll huma jkollhom ħajja aħjar. Nitkellmu kuljum permezz tal-media soċjali. Sadanittant, għandi t-tfajla li qiegħda toqgħod Ċipru u ġieli tiġi tarani wkoll, għaliex iż-żewġ pajjiżi mhumiex 'il bogħod, filwaqt li meta kont il-Kuwait, ġieli għamilna xhur mingħajr ma niltaqgħu. Finalment, il-messaġġ tiegħek lejn dawk li jixtiequ jibdew jilagħbu l-futsal? Il-messaġġ tiegħi huwa biex dejjem tibqgħu tiġru wara l-ħolm tagħkom, ma taqtgħux qalbkom u fl-istess ħin tibqgħu tirrispettaw lill-familja. Dejjem agħtu l-massimu tagħkom u ftakru li ġurnata bla taħriġ, hija ġurnata 'l bogħod mill-ħolma tiegħek. Barra minn hekk, sabiex tkun plejer ma tridx tkun tajjeb biss iżda trid tkun b'saħħtek ukoll. Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 35 ra l-futsal f 'Malta "Ma niftakarx tim fejn kelli daqshekk relazzjonijiet tajbin, daqskemm għandi ma' Ħamrun." Twieled f 'Recife, l-Brażil, t-13 ta' Jannar tal-1989 Huwa wieħed mill-aqwa plejers tal-futsal li qatt inġieb jilgħab f 'Malta Ingħaqad mat-tim tal-Futsal ta' Ħamrun matul ix-xhur li għaddew Qed jiskorja numru ta' gowls importanti għal dan it-tim EVERTON 'VEVÈ' DOS SANTOS Ritratti: James Bianchi