Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
illum | Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 Intervista 12 'Dan il-Gvern ma kellux bżonn W ara l-kriżi tal-hijack li seħħet t-23 ta' Diċembru, li żammet pajjiż sħiħ fuq ix-xwiek, u li wara sigħat ta' negozjati, spiċċat b'wiċċ il-ġid, l-ILLUM riedet titfa' aktar dawl fuq l-akkużi li qed jidhru, partikolarment fuq il-media soċjali, li dan il-hijack kien fażull, fabbrikat jew li kien propoganda pjanata mill-Gvern. L-ILLUM tkellmet mal-iktar persuna kwalifikata biex tagħti opinjoni dwar kif ġiet indirizzata din l-emerġenza mill-forzi tas-sigurtà, il-Ministru tal- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela. Meta mistoqsi dwar dak li qiegħed jissejjaħ fuq il-media soċjali bħala 'hijack finta' il-Ministru Abela tbissem, hekk kif stqarr ma' din il-gazzetta li ma jafx kif ċerti affarijiet jgħaddu minn moħħ xi nies. Abela qal li "għax għall-grazzja t'Alla, l-affarijjiet spiċċaw b'wiċċ il-ġid, issib min jgħid li kollox kien pjanat, bl-istess mod kif xi ħadd li ma jilħaqx l-għeneb jgħid li huwa qares," hekk kif esprima t-tama tiegħu li m'hemmx persuni li ma ħadux gost li l-affarijiet imxew b'wiċċ il-ġid. "Ma nafx jekk l-Oppożizzjoni hux qed tieħu gost trewwaħ din l-allegazzjoni falza," sostna Abela, "però nara stramb li jkollok avukat li huwa Membru Parlamentari Nazzjonalista u eks Ministru, li hu jew l-uffiċċju tiegħu qed jiddefendu xi ħaġa li skont huma kienet 'made up' jew falza" Abela qal li "minkejja n-negattività tal-Oppożizzjoni, li qed tipprova titfa' d-dubji fuq il-hijack, huwa jemmen li l-mod kif ġie indirizzat il-hijack, mill-armata, il-forzi tas-sigurtà u dawk kollha involuti, wassal biex kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid. "Kieku l-affarijiet spiċċaw ħażin, min jaf illum xi kritika qegħdin nirċievu. Jiġifieri jekk tiġi tajba, mela kienet finta, u kieku ġiet ħażin tieħu kritika ta' inkompentenza," qal il-Ministru, li sostna li "dan il-Gvern ma kellux bżonn hijack biex jidher sabiħ. Ħadd ma jista' jiċħad kemm il-pajjiż jinsab f 'sitwazzjoni tajba bħalissa, grazzi għal dan il-Gvern." Carmelo Abela sostna li bħala Ministru tal-Intern, huwa jinsab sodisfatt ħafna bil-kordinament li sar mill-forzi tal-ordni u li x-xogħol li qed isir fl-akkademja tal-korpi dixxiplinati qed jagħti l-frott tiegħu, hekk kif infatti ftit taż-żmien aktar kmieni matul is- sena li għaddiet, il-korpi dixxiplinati kellhom taħriġ speċifiku fuq kif tiġi indirizzata u kontrollata sitwazzjoni ta' 'hijack'. "Ma konniex nafu... u aktar u aktar ma konniex qed nippjanaw hijack ovvjament, imma ninsab sodisfatt li t-taħriġ sar u ta riżultati tajbin," tenna l-Ministru. 'Il-hijackers ma ddaħħlux mill-bieb prinċipali tal-Qorti fil-Milied biex jingħata spettaklu' Biex inkomplu fuq it-teoriji ta' kospirazzjoni, staqsejna lill-Ministru Abela dwar il-kritika fuq id-dħul fil- qorti tal-hijackers mill-bieb prinċipali tal-Qorti, minn Triq ir-Repubblika f 'jum il-Milied; li ħafna ddeskrivew bħala 'spettaklu eċċessiv'. Il-Ministru Abela qal li "tagħmel x'tagħmel... ma tirbaħ qatt, għax jekk ma tipprovdix sigurtà biżżejjed tiġi kritikat li kont laxk ma' żewġ pirati tal-ajru u jekk tieħu l-prekawzjonijiet neċessarji, taqla' din it-tip ta' kritika dwar eċċess." Abela stqarr mal-ILLUM li huwa kien infurmat ukoll li waqt festi u ġranet li fihom il-Qorti mhux suppost tiftaħ, id-dħul għall-Qorti, dejjem isir mit-triq prinċipali, u li l-fatt li l-hijackers tressqu f 'jum il-Milied, kien biss għax il-Milied inzerta 48 siegħa wara l-arrest. Il-Ministru nnota wkoll li tul is-smiegħ fil-Qorti fil-jiem li għaddew, il-hijackers iddaħħlu minn naħa ta' wara tal-Qorti, hekk kif isir normalment matul il-ġimgħa, minkejja li xorta b'sigurtà massima. L-immigrazzjoni fil-quċċata tal- aġenda tal-Presidenza Tlett ijiem qabel tiftaħ uffiċjalment il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se jkollha l-immigrazzjoni fuq nett tal-aġenda, il-Ministru Carmelo Abela saħaq mal-ILLUM li minkejja li n-numru ta' immigranti irregolari li qed jiġu bid- dgħajjes naqas, l-isfida ta' numru kbir ta' immigranti deħlin f 'pajjiżna għadha waħda reali ħafna. Il-Ministru Abela spjega, li sa minn qabel tibda l-presidenza ta' Malta, is-sena li għaddiet diġà kienu tpoġġew seba' proposti leġiżlattivi fir-rigward tal-immigrazzjoni fl-Ewropa, għall- attenzjoni tal-Ministri tal-Istati membri kollha, bit-tama li f 'qasir żmien jintlaħaq ftehim komuni għal politika dwar l-ażil u l-immigrazzjoni. "Tul il-Presidenza ta' Malta," spjega l-Ministru Abela, "se jkun hemm kontinwazzjoni ta' dawn id- diskussjonijiet." Fost l-isfidi li se jġibu magħhom dawn id-diskussjonijiet, Abela tkellem dwar ir-reviżjoni tal- Konvenzjoni ta' Dublin, li se tkun diskussa fil-fond, peress li hija l-aktar waħda li hemm nuqqas ta' qbil fuqha. Dan primarjament dwar id-deċiżjoni tal-istati membri fir-rigward tal-għotja ta' ażil jew ir-rilokazzjoni, li dwarha hemm bżonn li kull stat membru jaqbel li jaqsam il-piż tar-relokazzjoni tal-immigranti. Il-Ministru spjega li r-riforma ta' Dublin saret snin ilu, meta l-immigrazzjoni ma kienitx fl- ammonti li qed tkun f 'dawn l-aħħar snin, u għaldaqstant b'mijiet ta' eluf ta' immigranti li qegħdin jaqsmu lejn l-Ewropa, hemm bżonn li r-regoli li saru 20 sena ilu, jiġu emendati biex jirriflettu s-sitwazzjoni kurrenti. Il-Ministru Abela qal li bħala president tal-Kunsill tal-UE fis-sitt xhur li ġejjin, ix-xogħol ta' Malta se jkun li nressqu l-opinjonijiet differenti li hemm, u nipproponu soluzzjonijiet alternattivi, mhux biss għas-sitwazzjoni ta' Malta, iżda dwar qbil bejn il-membri stati kollha. "Dan nafu li mhux se jkun faċli," tenna Abela, "hekk kif jiddependi wkoll mill-attitudni tal-pajjiżi membri l-oħra, li jekk kollha jibqgħu jżommu mal-veduti nazzjonali tagħhom, se jkun diffiċli li jintlaħaq ftehim fuq livell Ewropew." Ix-xogħol ta' Malta fil-presidenza se jkun li tipprova tikkonvinċi l-pajjiżi l-oħra, li għandhom opinjoni differenti, biex jilħqu kompromess komuni bejniethom. Fl-aħħar snin kien hawn żieda ta' 33% fit-talbiet għall-ażil f 'Malta Il-Ministru Abela, spjega li fejn jidħlu t-talbiet għall-ażil f 'Malta, f 'dawn l-aħħar snin, kien hawn żieda ta' aktar minn 33%. Filwaqt li n-numru ta' immigranti li jidħlu bid-dgħajjes naqas, dawn qed jidħlu b'modi oħrajn, b'uħud minnhom anke jiġu f 'pajjiżna b'viża. "Hekk kif dawn jaslu Malta," qal il-Ministru, "jinstab li ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa, jew li jkunu intremew jew inħbew mal-wasla f 'Malta, sabiex dawn l-immigranti jagħmlu talba għall-protezzjoni mal- Uffiċċju tar-Refuġjati, minħabba xi ċirkostanza li jkunu għaddejjin minnha f 'pajjiżhom." Il-Ministru spjega li dawn it-tip ta' talbiet żdiedu bi 33% fl-2015, meta kkumparat mas-snin ta' qabel. Abela żied jgħid ukoll li skont statistika tal-Eurostat li ħarġet għall-aħħar tal-2016, irriżulta li fejn għandhom x'jaqsmu talbiet għall-ażil, minn immigranti, Malta kienet it- tielet l-aktar pajjiż fl-Ewropa li kellhu talbiet għall-ażil, ras għall-ras; wara l-Ġermanja u l-Greċja. In-numru ta' immigranti li daħlu Malta bid-dgħajjes naqas...għax issa qed jiġu bl-ajruplan Mistoqsi jikkonferma x'metodi qed jużaw dawn l-immigranti sabiex jidħlu Malta, Abela sostna li ħafna qegħdin jagħżlu li jidħlu bl-ajruplan, bl-istess mod kif turisti jiġu vaganza hawn Malta, b'viża regolari u legali, bid- differenza li mbagħad ikollhom nuqqas ta' dokumenti u jitolbu l-ażil. It-talba għall-ażil tirrikjedi proċess mill- Uffiċċju tar-Refuġjati, li tul perjodu ta' żmien jeżamina u jevalwa t-talba qabel tittieħed deċiżjoni jekk għandux jingħata l-ażil. Il-Ministru qal ukoll li numru ta' immigranti qegħdin jiġu Malta permezz ta' vapuri mill-Italja, li għalih ikunu ħallsu biljett leġittimu. Dan ifisser li minkejja li l-mod li bih qed jiġu Malta m'għadux wieħed klandestin u perikoluż bħall-miġja fi xtutna fuq dingis, xorta jibqa' wieħed irregolari. "Il-fatt li ma nsibux dgħajsa fix- xatt bħas-snin ta' qabel, ma jfissirx li l-problema u l-isfida tal-immigrazzjoni m'għadhiex magħna," tenna Abela, hekk kif sostna li matul il-Presidenza tal-UE, irridu naraw il-kwadru kollu; li fl-Ewropa, l-ammont ta' immigranti qiegħed jiżdied. Matul l-2016 kien hawn madwar 180,000 immigrant irregolari li qasmu lejn l-UE "Matul l-2016," spjega Abela, "kien hawn madwar 180,000 immigrant irregolari li qasmu lejn l-Unjoni Ewropea, mir-rotta taċ-ċentru tal- Mediterran biss." Il-Ministru tal-Intern qal li Malta għadha attiva fil-qasam tal-immigrazzjoni, kemm fl- operazzjonijiet ta' salvataġġ min-naħa tal-Forzi Armata ta' Malta, li jagħtu l-għajnuna fis-salvataġġi minkejja li Kieku l-hijack spiċċa ħażin, min jaf illum xi kritika qed nirċievu... jekk tiġi tajba, mela kienet nta, kieku ġiet ħażin, inkompetenza " " Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Operazzjoni ta' suċċess, propaganda jew finta? L-ILLUM tintervista lill-Ministru Carmelo Abela dwar il-hijack ta' Diċembru