Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Opinjoni 19 I l-Filosofu Friedrich Nietzsche darba qal, "jien ma ninkwetax li inti tkun giddieb miegħi, jien ninkwieta li minn issa 'l quddiem ma nistax nemmen fik." Dan japplika ħafna għall-amministrazzjoni attwali li fiha nuqqas kbir ta' governanza tajba u trasparenza, li naqqru l-kredibilità tagħha. U kien x'kien il-grad ta' fiduċja tal-elettorat li kien għad kellu fiha, qed ikompli jiġi evaporat bl-aħħar skandlu li jinvolvi l-GWU b'rabta mal-iskema tal-qagħad, li se jħallu l-istess GWU ferm sinjura b'xi madwar €8.5miljun mit-taxxi tagħna. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-ewwel minn sensiela ta' statistiċi reġjonali għax- xogħol ġie ppubblikat mill- NSO, li jikxef realtà li dan il-gvern kien qed jipprova jaħbi u jqarraq bin-nies, bl-impressjoni tal-fattur ta' kemm wiehed iħossu tajjeb u l-klixé ta' ekonomija li qed tikber, li japplika wkoll għal Għawdex. Dan ir-rapport, li huwa faċilment aċċessibbli permezz tas-sit tal-NSO, jikkonferma b'mod ċar li l-Gvern naqas b'mod mill- aktar prominenti fil-wegħda elettorali għall-Għawdxin, li jinħolqu impjiegi għall- Għawdxin f 'Għawdex. Fl-2015 l-ammont tal- Għawdxin li jaħdmu f 'Malta kien jammonta għal 2,768 żieda ta' 668 mill-madwar 2,100 vjaġġatur fl-2013. Konklużjoni oħra importanti minn dan ir-rapport li jistħoqqilha attenzjoni hija li bħala medja, wieħed minn kull ħames persuni li jaħdmu u huma residenti f 'Għawdex jaħdmu f 'Malta. Dan jenfasizza li Għawdex u l-Għawdxin huma dipendenti mill-ekonomija Maltija imma mhumiex parti integrali minnha. Għawdex jixraqlu li jkun ċentrali fl-ekonomija nazzjonali. Ir-rapport jenfasizza li l-qawwa tax-xogħol fis- settur privat Għawdxi ilu jonqos mill-2013. Ir-raġuni prinċipali hi l-iskema li riċentement kienet fl- aħbarijiet. Għawdxin ġenwini qed jiġu mqarrqa. Huma qed jiġu mwiegħda li jekk huma jitilqu mis- settur privat u jipparteċipaw f 'din l-iskema, se jingħataw impjieg permanenti fis-settur pubbliku. Fi kliem ieħor, il-ħaddiema Għawdxin qed jiġu mħajra jieqfu min impjiegi li huma mħallsa aħjar fis-settur privat u jagħżlu l-paga minima taħt din l-iskema. Biex ikunu ċari, l-ħtija hawnhekk mhix tal- Għawdxin għax huwa dritt tagħhom li jistinkaw għal kundizzjonijiet aħjar tax- xogħol u l-pagi. Ir-realtà tal- ekonomija Għawdxija hija li għandha settur privat żgħir u dan jirrestrinġi l-mobilità tax-xogħol. Għalhekk, il- ħtija hija tal-Gvern li naqas milli joħloq opportunitajiet ġusti għall-Għawdxin f 'Għawdex. Is-suċċess tal-ekonomija Għawdxija, m'għandhiex titkejjel permezz tan-numru ta' nies li jaqsmu l-fliegu, għax il-maġġoranza kbira tagħhom huma Għawdxin li jivvjaġġaw għal xogħolhom, iżda fuq il-valur u n-numru ta' impjiegi maħluqa f 'Għawdex għal dawk li jixtiequ jaħdmu f 'Għawdex u rrilevanti jekk humiex Għawdxin jew Maltin. L-Għawdxin jixirqilhom opportunitajiet indaqs kif ukoll standards ugwali ta' xogħol u għajxien, u din is-sejħa mhux biss hija waħda ta' ġustizzja soċjali imma sine quo għall-iżvilupp nazzjonali. Investiment f 'Għawdex huwa investiment f 'Malta. Futur għal Għawdex huwa futur għal Malta. Ir-rapport juri wkoll li l-akbar settur fl-industrija privata f 'Għawdex huwa l-kummerċ bl-ingrossa u tal-ħwienet li juru li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li jerġa' jqajjem dan is-settur b'numru ta' proposti permezz tad-dokument 'Politika għall-hwienet', li hu dokument ta' viżjoni li jirrifletti il-ħtiġijiet u l-ambizzjonijiet tal-gżira. Is-settur privat żgħir preżenti f 'Għawdex juri l-ħtieġa għal żieda ta' inċentivi f 'dan is-settur privat biex jinkoraġġixxu l-espansjoni tal- operazzjonijiet u start- ups ġodda. B'qafas ta' inċentivi tajba li jinkludu filosofija ta' tassazzjoni innovattiva, il-mentalità korretta u intraprenditorija politika, Għawdex għandu l-opportunità li ssir niċċa għal start-ups u wieħed mill-aħjar postijiet għall- għajxien mhux biss fl- Ewropa iżda wkoll fid-dinja. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li Għawdex huwa ċentru ieħor ta' ħajja nazzjonali għalina u mhux biss distrett periferali; fi kliem sempliċi, dan huwa reġjun distint f 'arċipelagu li huwa kulturalment rikk. Għawdex huwa mhux biss wieħed mit-tlettax-il distrett elettorali, iżda wieħed miż-żewġ gżejjer abitati fl- arċipelagu tagħna. Nemmen bis-sħiħ fl- ekonomija għan-nies u mhux għan-numri. Jekk ninvestu fil-poplu tagħna, in-numri se jikbru b'mod sostenibbli, iżda jekk wieħed jikkunsidra n-nies bħala numri, ir-riżultat se jkun devastanti fejn pajjiżna se jkun tilef il-fibra morali tiegħu, il-kuxjenza soċjali u kwalunkwe konsiderazzjoni etika. Ryan Mercieca huwa kandidat tal-PN fuq it-13-il distrett RYAN MERCIECA Fejn hu x-xogħol f 'Għawdex? "Il-Gvern naqas b'mod mill-aktar prominenti fil-wegħda elettorali għall-Għawdxin, li jinħolqu impjiegi għall-Għawdxin f 'Għawdex" 'L-Għawdxin qed jiġu mwiegħda li jekk huma jitilqu mis-settur privat u jipparteċipaw f 'din l-iskema, se jingħataw impjieg permanenti fis- settur pubbliku' 'Wieħed minn kull ħames persuni li jaħdmu, u huma residenti f 'Għawdex, jaħdmu f 'Malta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017