Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum 23 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Minħabba li bħalissa, Aquarius hija taħt iż- żodijaku ta' Capricorn, din il-pożizzjoni mhix qed tkun waħda komda sabiex int bħala Aquarius timxi b'dik ir-rankatura li int suppost miexi biha fil- ħajja ta' madwarek. Madankollu, żomm lilek iffukat ftit iktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni, ma tikkom- mettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta' konsegwenza. Għalhekk, agħraf iktar! Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Libra. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Minħabba li bħalissa Pisces hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, din jaf ikollha effett fuqek li tħossok xi ftit nervuż iktar mis-soltu. Issa minħabba f 'hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek u aktar is-sitwazzjoni li jistgħu jiżviluppaw madwarek, u kaġun tagħhom int titlef ftit il-kontroll. Sfortunata- ment, ġej żmien ftit iebes għalik, imma agħraf ikkonfrontah kemm tista' pożittivament. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Scor- pio. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Minħabba li bħalissa, Aries hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, dan se jkollu effett ovvjament li tkun iktar iebsa, u forsi jaf jagħmlek xi ftit iktar nervuż mis-soltu. Għalhekk, issa li int taf dan kollu, suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek, u kemm lil ta' madwarek sabiex tieħu dak li jinqala' madwarek b'aktar kalma u trankwillità. Huwa importanti li int tkun kawt. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Sagit- tarius. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Minħabba li bħalissa Taurus hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, din se tagħmlek ftit iktar bla paċenzja u tibda tħossok li trid l-affarijiet ta' mad- warek ikunu fuq pass iktar mgħaġġel. Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi iktar b'saħħtek f 'dak li ġej però trid tagħraf tikkontrolla biss il-paċenzja għax xi kultant fil-ħajja int ma tkun fil-kontroll ta' dak kollu ta' madwarek, u għalhekk, kun konxju! Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Cap- ricorn. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Minħabba li bħalissa Gemini hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, din se tagħmlek ftit iktar agres- siv fl-ambizzjonjiet, kemm tiegħek personali u kemm ta' madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik minħabba dak li ġej. Taf tkun aktar aggressiv li turi ak- tar abbiltà qawwija f 'dak li int trid tesprimi u twassal imma taf tkun agressiv ukoll kif il-mod li ġġib ruħek, għalhekk sib iktar ħin għalik sabiex tirrifletti. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Aquar- ius. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Minħabba li bħalissa Cancer hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, din se tagħmlek tagħraf aktar il-kontroll aktar tiegħek innifsek. Fejn jekk int is-soltu tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal- ħajja tiegħek, dan issa sejjer isib oppożizzjoni u dan jekk int għandek relazzjoni ta' mħabba, trid tagħraf ak- tar kif taġixxi għax ovvjament, dan se juri ħafna differenza fik. Agħraf li timxi bil-moħħ u mhux bil-qalb. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Pisces. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Minħabba li bħalissa, Leo huwa taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, din se tqawwilek iżjed l-abbiltà li tagħraf il-kontroll tal-ħajja, kemm tiegħek per- sonali u anke tal-madwar tiegħek. Dan huwa per- jodu li jista' jkun li int terġa' tirbaħ forsi dak li int tlift jew ħadulek mill-karattru li int tant magħruf għalih. Għalhekk, aħtaf dan il-perjodu sabiex int terġa' tikber fil-kunfidenza tiegħek innifsek. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Aries. Leo huma magħrufin kemm huma nies umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settem- bru Minħabba li bħalissa Virgo hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, il-ħajja ta' madwarek sejra tkun ftit iktar mexxejja mis-soltu, fejn jekk is-soltu tiegħek kien ikun li jekk għandek tagħmel xi forma ta' pass, dan iddum biex tagħmlu, issa f 'dan il-perjodu taħt l-istilla ta' Capricorn, int se tħaffef dan il-proċess u dan ifisser li għandek issa tagħraf tiżen aktar dak li int se tkun se tagħmel, ħalli ma tagħmilx deċiżjonijiet ħżiena speċjalment f 'dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin. Iżen sew dak li tkun se tagħmel. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Taurus. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Minħabba li bħalissa, Libra hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, il-ħajja ta' madwarek sejra jkollha dak l-iżbilanċ li ma tantx huwa tajjeb f 'dan il-perjodu ta' żmien. Għalkemm għalik, dan l-iżbilanċ, int m'intix bħal qisek se tinduna, għax ovvjament se tkun iffukat fuq il-linja ta' xogħol jew tal-karriera tieħek, u dan għalik, int tħoss li m'hemm xejn ħażin imma ta' madwarek sejrin iħossu n-nuqqas ta' attenzjoni li suppost għandek tagħti. Għalhekk, jekk tista', agħraf kun għaqli kif se tqassam il-ħin tiegħek aħjar. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Gemini. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Minħabba li bħalissa, Scorpio hija taħt iż-żodijaku ta' Capricorn, il-ħajja ta' madwarek sejra tinħass xi ftit inċerta. Dan minħabba kemm li int sejra tkun taħt Capricorn u dan għalik, bħalissa jagħmlek ħafna inċerta u anke peress li bħal Scorpio, f 'dan il-perjodu tas-sena, hemm inċertezza kbira dwar it-tkomplija ta' dak li kien imfassal li se jit- wettaq. Però, int żomm lilek kawt u prova bil-mod, xorta wettaq dak li int tixtieq. Ikkumbatti ma' dan il-perjodu li żgur li kapaċi tagħmel dan. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Cancer. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Minħabba li bħalissa, Sagittarius hija taħt iż- żodijaku ta' Capricorn, ir-relazzjoni tiegħek fl- imħabba, se titħabbel xi ftit u dan jaf jekk ma tikkontrollax, ikun hemm problemi. Dan aktar meta minħabba li qiegħda taħt l-istilla ta' Capricorn, taf tersaq lejk tentazzjoni li taf tkun ikkontrollata, u din ovvjament se toħloq problemi kemm lilek, u aktar fil-madwar tiegħek. Għalhekk, agħraf li jekk int qiegħed f 'sitwazzjoni stabbilita, tħallix xi manuvra tħarbatlek dak li tant batejt biex bnejt. Żomm għajnejk miftuħa. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta' fejda għalik ġejja minn Leo. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Minħabba li bħalissa Capricorn, jinsabu f 'dak li fiż-żodijaku jissejjaħħ posthom, dan ikun ifis- ser li dan huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu fantastiku sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f 'dak li int tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmlek possibbli li tirċievi dak kollu li jista' jagħmlek aħjar, ovvjament ma tridx tmur fl-estrem, imma dak li huwa vijabbli għalik, ikun għandek. Għalhekk, agħraf sew dan il-perjodu. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li dan ix-xahar hi ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Virgo. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju add 08 ta' Jannar 2017 | illum PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? L-ewwel 50 li jordnaw dan il- ktieb, jingħataw skont speċjali ta' 20% fuq il-prezz tal-ktieb, skont speċjali ta 25% fuq is-servizzi kollha tiegħi, u skont speċjali ta' 15% fuq servizzi ta' sbuħija Din l-istorja tmur lura għall-1993, u jlaqqgħana ma' Nathan u Sabrina. Nathan kien mill-Kroazja (dak iż-żmien kien parti mill-eks Jugożlavja), u Sabrina kienet minn Milan, imma f 'dik is-sena, it-tnejn li huma kienu hawn Malta jistudjaw, u kien permezz tal-istess post ta' studju (li dak iż-żmien kienet dar kbira li fiha tilqa' stufenti minn barra minn Malta), għal diversi studji ta' suġġetti, li huma kienu saru jafu lil xulxin. Waqt li Nathan kien ġie Malta biex jipprattika l-Ingliż u jitħarreġ fil-mediċina, Sabrina ġiet Malta sabiex titħarreġ fl-Ingliż u meta jkun il-waqt, tiftaħ ristorant f 'Malta b'ikel tradizzjonali Mediterranju. Kien waqt il-kors tal-lingwi li huma t-tnejn iltaqgħu. Waqt li Nathan kien persuna riżervat u mistħi ħafna, Sabrina kienet l-oppost, u kważi żbukkata, u tkompli ma' kulħadd. Meta l-kors kien spiċċa u nġabru flimkien, Sabrina ta' żbukkata li hi, staqsiet lil Nathan mil-liema pajjiż kien ġej, u bil- prudenza kollha, Nathan wieġeb li mill-Kroazja, u kelma ġġib lil oħra, inħolqot konverżazzjoni li damet sejra. Wara, ftehmu li fil-weekend jiltaqgħu u jmorru jieklu flimkien. Grazzi għal din l-istedina, bdiet tinbet iktar il-ħbiberija bejniethom, u wara sena jiltaqgħu, iddeċidew li jikru flat flimkien, u minn hawn, bdiet relazzjoni ta' mħabba. Għaddew tliet snin, u Nathan xtaq jitla' pajjiżu biex jara lil ommu, għax kienet taħt kura, però hawnhekk ukoll kellu problema oħra għax Sabrina kellha xahrejn tqala. Imma Sabrina fehmet l-importanza li Nathan kellu jmur jara lil ommu, u hekk seħħ. Nathan telaq lejn pajjiżu. Dak iż-żmien, f 'pajjiżu kien hemm rewwixta bejn il-poplu bi twemmin differenti, u Nathan inqabad f 'din is-sitwazzjoni, tant li saħansitra nqalgħet gwerra fil- pajjiż u ma setax joħroġ minn dak kollu li kien għaddej. Barra minn hekk, fejn kien qed jgħix Nathan, inqata' kull kuntatt ma' barra l-pajjiż. Għaddew ix-xhur f 'din it-taqbida li kważi ħadet sentejn u mal-ewwel opportunità li sab, prova jagħmel kuntatt ma' Sabrina, imma kien kollu ta' xejn u ma kienx jaf eżatt x'seta' sar minn Sabrina tul dawn is-sentejn. Kif ikkalmat is-sitwazzjoni u spiċċat il-gwerra, Nathan sab mezz biex jiġi Malta. Ma kienx faċli għax finanzi ma kellux, imma b'xi mod, sab vapur li kien se jgħaddi minn Malta, u ħataf din l-opportunità. Tkompli... L-Ispirtu li għaqqad

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017