Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 25 TV/Ċinema LETÀ ta' 17-il sena hija żmien kruċjali ta' kull żagħżugħ u żagħżugħa. Ġeneralment, dan hu l-perjodu propizju tal-bidu għall-bidla, bil-mod, mill- adolexxenza għal dik ta' adult. L-istorja ta' tfajla teenager li qed tipprova ssib postha fil-ħajja, rajnieha f 'diversi xogħlijiet tal-passat, speċjalment f 'dawk tad-direttur John Hughes, mhux dejjem b'soluzzjoni sodisfaċenti. Għall- kuntrarju, f ' 'The Edge Of Seventeen', b'interpretazzjoni tassew reali u awtorevoli minn Hailee Steinfeld, din il-ħaġa tiżvolgi b'mod rifreskanti u li jitwemmen. Nadine [Steinfeld] hija konfuża u inkwetata. Pjuttost ta' għaliha waħedha sa minn ċkunitha, qatt ma kellha xi relazzjoni tajba ma' ommha, Mona [Sedgewick] jew ma' ħuha l-kbir, Darian [Jenner]. Però, kienet tadura lil missierha li miet ħesrem. Kien biss meta għamlet ħabiba ma' Krista [Richardson], sa minn meta kien għadhom tfal, li sabet xi ftit konfort. Din il-ħbiberija intima u soda spiċċat meta Krista bdiet toħroġ ma' ħuha. Hawn, Nadine rat li d-dinja ta' madwarha ma tridx taf biha u bdiet tiftaħ qalbha ma' Mr. Bruner [Harrelson], l-għalliem ċiniku tagħha tal-istorja. Meta xi ħadd tas-sess oppost jibda juri xi interess fiha, hi għall- ewwel tirrifjuta, però wara tinduna li żbaljat u b'hekk tibda tħares lejn ta' madwarha b'għajnejn differenti u anki tapprezzahom aktar. 'The Edge Of Seventeen' hu mera ċara tal-ħajja ta' diversi teenagers tal-preżent li ma jafux xi jridu sewwa u tassew jaqbad l-atmosfera tal-esperjenzi tagħhom. Dirett b'mod ammirevoli minn Kelly Fremon Craig, il-film ma jibżax juri s-sofferenzi u l-iskumditajiet kollha li l-adolexxenti jesperjenzaw f 'dan il-perjodu ta' ħajjithom. Steinfeld tassew tiddomina, mingħajr sforzi kbar, bħala waħda intelliġenti, sarkastika u li hi konxja minn dak kollu li ssarraf il-ħajja - parti aqwa minn dik li tat fi 'True Grut' [2010]. IDDIRETTUR ċelebri Martin Scorsese ilu 28 sena bil-ħsieb li jġib fuq il-liżar ċinematografiku l-ktieb rinomat 'Silence'. Fl-1988, meta sar midħla tal-Arċisqof ta' New York, Paul Moore, dan ippreżentalu kopja tan- novella storika 'Silence' ta' Shusako Endo. Dan il-volum kien ippubblikat fil-Ġappun fl-1966, fejn ġie mfaħħar bil-kbir u bl-Ingliż fl-1969. Dan il-ktieb ħa reputazzjoni bħala analiżi profonda reliġjuża dwar fatti, dubji, dgħjufija quddiem intolleranza ħarxa u dwar il- kundizzjoni umana. Ambjentat fil-Ġappun ta' żmien is- Samurai, fl-epoka tal-Kakase Kirishitan [l-Insara moħbijin], 'Silence' jirrakkonta l-istorja ta' żewġ missjunarji żgħażagħ Portugiżi, fis-seklu sbatax, li jimbarkaw fuq vjaġġ perikoluż lejn l-Orjent, biex ifittxu lill- imgħallem tagħhom, Father Christavao Ferreira [Neeson] u anki jipprietkaw il-Vanġelu lill- poplu. Fil-ftuħ, żewġ Ġiżwiti, wieħed minnhom Fr. Ferreira, qed jiġu ttorturati b'misħun jagħli minn ilma jbaqbaq fuq muntanja vulkanika li jkun mitfugħ fuq ġisimhom, Fr. Sebastian Rodrigues [Garfield] u Fr. Francisco Garrpe [Driver] waqt li qed ifittxu lill-għalliem tagħhom jattendu reliġjożament lin-nies tal- villaġġi Nsara li qed jaduraw bil-moħbi. F'dak iż-żmien, il-kapijiet fewdali u l-gwerriera Samurai ħalfu li jeqirdu lill- Insara ta' pajjiżhom. 'Silence' hu omaġġ dinjituz lejn dawn il-fidili kuraġġużi u l-għalliema tagħhom li jafu sewwa li jekk jinqabdu hemm mewt kiefra twila u agonizzanti għalihom. Minkejja t-tul tiegħu, dan ix-xogħol iżommok imkaħħal mas-siġġu, bi storja verament intriganti, fotografija eċċellenti ta' pajsaġġ mill-isbaħ, kollu ħdura, muntanji u anki xi ċpar, torturi qawwija ta' kull tip u editjar preċiż. It-titlu tal-film jirreferi għas-silenzju t'Alla quddiem moħqrija u sofferenzi li ma jitwemmnux, imma li seħħ tabilħaqq. Ħadd m'għandu jitlef din il- produzzjoni li tassew tagħmel ġieħ lill-arti taċ-ċinema! Carmel Bonnici Silence Atturi Ewlenin: Andrew Garfield; Adam Driver; Liam Neeson; Ciaran Hinds; Tadanobu Asano; Issey Ogata; Shinya Tsukamazu Direttur: Martin Scorsese Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 158 min Ċert: 12A Atturi Ewlenin: Hailee Steinfeld; Woody Harrelson; Kyra Sedgewick; Haley Lu Richardson; Blake Jenner Direttur: Kelly Fremon Craig Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 99 min Cert: 15 Illejla fuq it-TV TVM 06:00 TVAM 07:30 Qalb in-nies 08:00 Il-Progett 08:30 Maltarti 09:00 Hadt l-Ahbar 10:00 Valletta 10:30 Malta u lil hinn minnha 12:00 News 12:15 Hadd Ghalik 15:00 Hbieb u Ghedewwa 16:00 News 16:05 Hbieb u Ghedewwa 18:00 News 18:15 Ghawdex illum 18:50 Mill-Qarcilla sas-Salib 19:15 Gliegel 20:00 News 20:50 Manwela 22:00 Headline News 22:05 L-irkant 22:35 Skjetti mal-lejl 23:15 News 23:30 Smack Down TVM 2 06:00 Euronews 08:00 TVAM 08:50 Ahbar Tajba 09:00 Holy Mass 09:45 Vatican Magazine 10:15 Qalb in-nies 10:45 DOT EU 11:00 Awtokura 11:30 Maltarti 12:00 Gourmet 12:30 Venere 13:00 L- irkant 13:30 Gadgets 14:00 BOV Premier – B'Kara vs Pembroke 18:00 Madagascar 19:00 New Rooms 19:30 Mixage 20:00 Paq Paq on Test 20:15 Deheb il-Karta 20:25 News for the Hearing Impaired 20:30 Ghawdex illum 21:00 Kontrattakk 23:00 News in English 23:05 Sports News NET TV 07:00 Net News 07:30 Wedding Plan (repeat) 08:15 Telebejgħ 08:45 Analizi 09:30 Telebejgħ 10:15 Immagni 11:15 Quddiesa mis-Santwarju Ta' Pinu 12:00 Lokali u Bnin 12:30 Distinti (repeat) 13:00 Net News 13:15 Telebejgħ 15:30 Iswed fuq l-Abjad (repeat) 16:40 Wheelspin (repeat) 17:30 Flusek (repeat) 18:00 Net News 18:05 What's for Dinner 18:45 Attivita' Politika 19:30 Net News 20:30 It's Morris 21:30 Replay 23:00 Net News ONE 07:00 Ilsien in-Nisa 08:30 Paperscan 10:00 Kwalita' Malta 11:30 Aroma Kitchen 12:30 One News 12:40 Telebejgh 13:00 IndHouse 14:00 Kwalita' Malta 15:30 One News 15:35 Kwalita' Malta 16:50 Joe's Kitchen 17:30 L-Argument 19:00 Ieqaf 20 Minuta 19:20 Promozzjonikiet u Reklami 19:30 One News 20:10 Amber… Out & About 20:15 One Week 20:45 Klassi Ghalina 21:45 Il-Patt 22:55 Popcorn 23:30 One News 23:50 Ilsien in-Nisa (repeat) CANALE 5 06:00 Prima Pagina Tg5 07:55 Traffico – Meteo.it 07:59 Tg5 Mattina 09:10 Le Frontiere dello Spirito 09:45 Documentari 12:01 Melaverde 13:00 Tg5 – Meteo.it 13:40 L'arca di noè 14:00 Il Conte di Mon- tecristo 16:45 Domenica Rewind 18:45 Caduta Libera 19:57 Tg5 prima pagina 20:00 Tg5 – Meteo.it 20:40 Paperissima Sprint 21:10 Il Segreto 23:21 In Fondo al Cuore 00:45 TgCom – Meteo.it 01:31 Tg5 Notte – Meteo.it ITALIA 1 07:00 Licia dolce licia 07:20 Tom & Jerry 07:42 Scooby Doo 08:12 I Pinguini di Madagascar 08:45 Daffy Duck e l'isola fantastica 09:42 TgCom – Meteo. it 10:35 Judy Moody and the Not Bummer Summer 11:32 TgCom – Meteo.it 12:25 Studio Aperto – Me- teo.it 13:00 Sport Mediaset – XXL 14:00 Il viaggio dell'unicorno 14:57 TgCom – Meteo.it 16:35 Super- girl 17:30 The Flash 18:20 Tom & Jerry 18:30 Studio Aperto – Meteo.it 19:01 Stardust 19:58 TgCom – Me- teo.it 21:30 Il Settimo Figlio 22:27 TgCom – Meteo.it 23:30 True Legend 01:55 Nove 02:00 Studio Aperto RETE 4 07:25 Tg4 Night News 07:45 Media shopping 08:15 Confessione Reporter 09:20 Wild Patagonia 10:00 S. Messa 10:50 Wild Patagonia 11:30 Tg4 – Meteo. it 12:00 Julie Lescaut 14:00 Donnavventura 15:02 Il trapezio della vita 15:40 TgCom – Meteo.it 17:00 Pistole Calde a Tucson 17:38 TgCom – Meteo.it 18:50 Anteprima Tg4 18:55 Tg4 19:36 Dentro la notizia – Meteo.it 19:55 Tempesta d'amore 21:15 ... Altrimenti ci arrabbiamo! 21:58 TgCom – Meteo.it 23:30 I bellis- simi di R4 23:34 Il tocco del male 00:30 Confessione Reporter 01:30 Modamania RAI UNO 06:00 Rai Parlamento – Punto Europa 06:30 Unomattina in famiglia 07:00 Tg1 09:40 Dreams Road 2016 10:30 A sua immagine 10:55 Santa Messa 12:00 Recita dell'Angelus 12:20 Linea Verde Domenica 13:30 Tg1 14:00 L'arena 16:45 Che Tempo Fa 17:00 Tg1 17:05 Domenica In 18:45 L'eredità 20:00 Tg1 20:35 Techetechetè 21:30 Che Dio ci Aiuti 4 23:00 Tg1 60 secondi 23:50 Speciale tg1 01:00 Tg1 Notte – Che tem- po fa RAI DUE 06:15 Rai Cultura Memex 06:45 Sea Patrol 07:30 Guardia Costiera 08:55 La Nave dei Sogni 11:00 Mezzogiorno in Famiglia 13:00 Tg2 Giorno 13:00 Tg2 giorno 13:30 Tg2 motori 13:40 Meteo 2 13:45 Quelli che aspettano 15:30 Quelli che il calcio 17:00 90° minuto – Zona Mista 18:00 Rai Spor t 90° minuto 19:00 Tg2 flash l.i.s. 19:05 Sempre Più Sbandati 19:35 Squadra Speciale Co- bra 11 20:30 Tg2 – 20.30 21:05 NCIS 22:40 La Domenica Spor tiva 00:40 Sorgente di vita 01:10 Forever Strong RAI TRE 08:00 Domenica Geo 10:00 Provincia Capitale 11:10 TGR Estovest 11:30 TGR Regioneuropa 12:00 Tg3 12:05 Tg3 fuori linea 12:10 Tg3 per- sone 12:20 Meteo 3 12:25 TGR Mediterraneo 12:55 Tg3 l.i.s. 13:00 Il Posto Giusto 14:00 Tg Regione 14:15 Tg3 14:30 In 1/2 h XL 15:30 Kilimangiaro 18:55 Meteo 3 19:00 Tg3 19:30 Tg Regione 20:00 Che tempo che fa 23:05 Tg3 – Meteo 3 23:20 Tg Regione 23:25 La Buca 00:00 Tg3 Linea notte 00:10 Tg Regione 01:00 Meteo 3 Embassy Cinemas Valletta Tel. 21 227436, 21 245818 Assassin's Creed (12A) 10:15, 13:30, 16:00, 18:25, 20:50 Moana (PG) 10:35, 13:45, 16:10, 18:35, 21:00 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 13:30, 18:30, 21:15 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 10:30, 14:30, 17:30, 20:30 Ballerina (U) 10:00, 12:10, 14:15, 16:20, 18:25 Passengers (12A) 16:00, 18:30, 21:00 Monster Trucks (U) 10:20, 13:40, 16:15, 20:45 Valletta Living History (U) 10:00, 10:45, 11:30, 12:15, 13:00, 13:45, 14:30, 15:15 Eden Cinemas St Julian's Tel. 23 710400 Passengers (12A) 11:30, 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:45 Moana (PG) 11:30, 13:50, 16:15, 18:35, 21:00 Why Him? (15) 11:35, 13:55, 16:15, 18:35, 20:55, 23:20 Monster Trucks (U) 11:35, 14:05, 16:20, 18:35, 20:50 Assassin's Creed (12A) 11:45, 13:50, 14:50, 16:20, 17:30, 18:50, 20:00, 21:20, 22:30 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 11:55, 15:00, 18:00, 20:50, 23:25 Ballerina (U) 12:00, 14:20, 16:25, 18:30, 20:45 Office Christmas Party (15) 14:00, 16:20, 18:45, 21:10, 22:55 Silence (12) 14:00, 17:20, 20:30 Collateral Beauty (12A) 14:05, 16:15, 18:35, 21:05 The Edge of Seventeen (15) 14:10, 16:25, 18:40, 20:55 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 14:30, 18:00, 20:45 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Why Him? (15) 11:15, 13:35, 16:05, 18:30, 20:50 Silence (12) 10:45, 14:00, 18:00, 21:10 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 10:35, 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 Assassin's Creed (12A) 10:50, 13:35, 16:00, 18:30, 21:00 Ballerina (U) 10:30, 14:00, 16:30, 18:30 Monster Trucks (U) 11:00, 13:45, 20:45 Moana (PG) 10:30, 13:40, 16:05, 18:30 Office Christmas Party (15) 20:55 Passengers (12A) 16:05, 18:30, 21:00 Films ċ-ċinema The Edge of Seventeen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017