Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
illum | Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-karting? Il-familja tiegħi minn dejjem kienet tħobb il-karozzi. Meta kont żgħir, kien hemm Skola Sport u jien ħadt il-kors ta' sena, sentejn, tlieta, biex inkun involut fil-premises tal- Badger Karting. X'kien l-ewwel unur li rbaħt ġewwa Malta? L-ewwel unur tiegħi kien it-tieni post fil-100cc island, madwar 11-il sena ilu. Filwaqt li l-ewwel unuri li ksibt barra minn Malta? L-ewwel tazza li ksibt barra minn Malta, kienet ġewwa l-Pista del Lago, fi Sqallija, fejn ġejt it-tielet post fil-KF3. Kemm huwa perikoluż dan l-isport li int tipprattika? Bħal kull sport ieħor, il- karting għandu l-perikli tiegħu. Prattikament, huwa importanti li tilbes is-safety equipment, fosthom is-safety helmet, safety gloves u safety boots. Huwa importanti li ssuq bil-galbu, fis-sens li mhux tħalli lil kulħadd jaqbżek iżda li tkun serju u professjonali f 'dak li qed tagħmel. Sabiex issuq ġo kart, hemm bżonn xi tip ta' liċenzja? Biex issuq f 'Malta le, iżda biex tmur issuq barra minn Malta f 'kompetizzjonijiet internazzjonali, hemm bżonn ta' xi liċenzji, iva. X'inhi r-raġuni prinċipali li dan l-aħħar ma tantx għadna nisimgħu b'Gianluca Dingli? Huwa veru li dan l-aħħar ma tantx għadek tisma' bija. Provajna ħafna materjal u anke biddilna t-timijiet. Fl-2013 kelli sena tajba, fejn irbaħt l-unuri, mbagħad mill-2014 bdejt immur fil-parti ta' fuq tal- Italja, fejn ikun hemm tlielaq b'numru ikbar ta' xufiera. Fl-2015, kont parti mill-GB Racing, fejn ġejt fil- ħames post fil-World Finals. Matul is-sena li għaddiet soqt fil-World Finals għal rasi, fejn dħalt fis-sitt post fil-kwalifikazzjonijiet u t-22 wieħed fil-klassifika ġenerali. Kemm jinvolvi spejjeż dan l-isport? Jinvolvi ħafna spejjeż. It-tim kemm itini frame u post tat-tinda u filwaqt li tkun waħdek, irid ikollok tal- inqas żewġ magni u tixtri ċ-chassis, għaliex iżjed ma jkollok iżjed aħjar, għaliex dejjem trid tipprova. X'sapport sibt u għadek issib mill- familja? Il-familja dejjem warajja, speċjalment il-ġenituri u jgħinuni anke finanzjarjament, anke minħabba l-fatt li ma tantx issib sponsors. Kemm ikun hemm karts f 'korsa waqt tellieqa? L-aħħar li konna, konna 70 iżda normalment jinqasmu, b'massimu ta' 35 kart, f 'korsa ta' 1,200 metru. Kemm huma importanti r-riflessi għal sewwieq tal-karts? Iċ-Champion tal-Karting Cristian Antony Muscat "Huwa minnu li forsi m'għandniex fejn nittrenjaw u sponsors mhux dejjem insibu, iżda jien dejjem ittrenjajt b'dak li għandna, ksibna ħafna unuri u anke dħalna fuq quddiem fil-World Finals" Gianluca Dingli - Champion tal-Karting f 'pajjiżna u li qed jagħmel minn kollox biex ikompli javvanza f 'dan l-isport li ftit li xejn huwa pprattikat f 'pajjiżna.