Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Sports 35 Ħafna. Trid tkun dejjem konċentrat, speċjalment fil- kantunieri u anke trid tkun kapaċi tistudja lill-avversarju, sabiex tiddefendi jew tattakka kif suppost. Tittrenja wkoll fil-gym apparti l-karting? Iva, nittrenja madwar darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa, apparti t-taħriġ tal-karting innifsu. Inti tagħmel ix-xogħol ta' mekkanik mal-Badgers Karting stess. Dan kif jgħinek? Hekk hu. Jgħinni ħafna, għaliex meta tagħmel ix-xogħol li tkun tħobb f 'ambjent familjari, naħseb jgħinni anke fil-karriera. Tieħdu fondi mill-Malta Motor Sports Federation? Le, kulma nagħmlu huwa li nħallsu l-liċenzja minn butna. Imbagħad, ġieli jkollna fondi li napplikaw għalihom mingħand SportMalta. Dan l-aħħar, dejjem sibna għajnuna mingħand dawn tal-aħħar. Toħlom li xi darba għad ittellaq fil-Formula 1? Diffiċli li xi darba ntellaq fil- Formula 1 għaliex jien diġà għandi 22 sena u kbirt naqra fiż-żmien biex inkun parti minn dik id-dinja. Vera li per eżempju Max Verstappen qiegħed isuq fil-Formula 1 ta' età żgħira, iżda terġa' u tgħid dak huwa iżgħar minni. Madankollu, qiegħed naħdem fuq proġett, bl-isem ta' GL Racing, għal ismi, fejn għandi erbat itfal li qiegħed nieħu ħsiebhom, għaliex huma l-futur tagħna. Għandi tlieta li huma bejn is-sitta u t-tmien snin u ieħor ta' 13-il sena. Tgħaddilek minn rasek li tmur barra u tittanta xortik fil-karting? Ejja ngħidu li kull xufier jipprova jagħmel għall-aħjar. Naħseb li jekk tiġi opportunità, għaliex le? Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-karting? Għaddejt minn żminijiet tajbin u żminijiet ħżiena u bħalissa qegħdin naħdmu ħafna għall-2017. L-għan huwa li nreġġgħu s-sena 2013 fis- sena 2017. Kemm huwa ta' commitment dan l-isport? Ħafna. Mhux ħa ngħidlek li ma tiddevertiex, iżda kull ewro li jkollok, iżżommha għall-karting u fl-istess ħin trid iżżomm ruħek fit. Trid tiddedika ħajtek għall-karting bażikament. Naħseb il-problema hija li Malta m'hawnx ma' min taqsam din l-esperjenza, biex turi kemm huwa ta' commitment dan l-isport, għax is-sewwieqa li jipprattikaw dan l-isport huma ftit wisq. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, x'inhu l-messaġġ tiegħek lejn dawk li jixtiequ jibdew jipprattikaw dan l-isport? Il-messaġġ tiegħi huwa dak li huwa minnu li forsi m'għandniex fejn nittrenjaw u sponsors mhux dejjem insibu, iżda jien dejjem ittrenjajt b'dak li għandna, ksibna ħafna unuri u anke dħalna fuq quddiem fil-World Finals. Fejn inkun nista', dejjem kapaċi nagħti daqqa t'id forsi lil dak li jkun, intih dak li qatt ma' kelli jien. tal-Karting f 'pajjiżna Twieled l-21 t'Awwissu tal-1994, f 'Tal-Pietà L-ewwel unur tiegħu kien it-tieni post l-100cc island, madwar 11-il sena ilu L-ewwel tazza li rebaħ fuq livell internazzjonali kienet ġewwa l-Pista del Lago, Sqallija, fejn ġejt it-tielet post l-KF3 Flimkien ma' sħabu tat-tim, daħal fuq quddiem l-World Finals tal-Karting GIANLUCA DINGLI Ritratti: James Bianchi "Fl-2013 kelli sena tajba, fejn irbaħt l-unuri, mbagħad mill-2014 bdejt immur fil-parti ta' fuq tal-Italja, fejn ikun hemm tlielaq b'numru ikbar ta' xufiera. Fl-2015, kont parti mill-GB Racing, fejn ġejt fil-ħames post fil-World Finals"