Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum MINN din il-ġimgħa bdiet il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa mument importanti ħafna għal Malta hekk kif għajnejn is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea se jkunu kollha fuq pajjiżna. Dan l-avveniment se jservi ta' test qawwi għall-abbilitajiet organizzattivi u loġistiċi ta' pajjiżna. Politikament u simbolikament il-Presidenza Maltija, se tkun qed tħalli marka definittiva fuq l-2017. Politikament għaliex: 1) - Malta se tkun fit-tmun ta' blokk politiku u se tkun hi li tiddetermina l-aġenda tal-istess pajjiżi, 2) – Għaliex il-Presidenza se tissimbolizza t-trasformazzjoni kompleta tal-Partit Laburista, mill- Partit ta' Sant kontra sħubija fl-Unjoni Ewropea, għall-Partit ta' Muscat li se jkun fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea u li allura jidher li huwa Ewropeista daqs il-partit li fil-fatt kien favur sħubija ta' Malta fl-UE. Minkejja li l-istorja ma jbiddilha ħadd, il-Presidenza tal-UE taħt Gvern Laburista se tkun qed tnessi mill- memorja kollettiva, dak li għadu mwaħħal mis-snin tal-'Partnership'. Il-Presidenza hija iktar simbolika fin-natura tagħha u mhux se tagħmel miraklu lill-fortuni politiċi, iżda dan l-avveniment huwa dak li se jagħmel l-2017 waħda storika u l-avveniment li jista' jpoġġi lil Malta fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet u l-pajjiż fejn jseħħu l-bidlet, pjuttost bħas-Summit li kien sar bejn Bush u Gorbachov f 'Diċembru 1989. DIN is-sena mistennija tittieħed id-deċiżjoni dwar żieda fil-paga minima, anke jekk l-ILLUM żvelat kif l-imsieħba soċjali jidhru li jaqblu iktar li minflok żieda fil-paga nnifisha jkun hemm reviżjoni ta' kif tinħadem il-COLA. Huwa mistenni li l-Gvern iħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar mekkaniżmu rivedut tal-COLA f 'baġit bonanza, hekk kif ikun jaħbat ftit biss qabel l-elezzjoni ġenerali. La l-ewwel erba' baġits kienu milqugħin b'mod pożittiv, ftit hemm ċans li l-aħħar baġit ma jkunx ħafna aħjar. IXXAHAR id-dieħel mistenni jerġa' jqum il-każ tal-Panama Papers u l-involviment tal-Ministru Konrad Mizzi hekk kif se jkun qed jiltlaqqa' f 'Malta l-Kumitat dwar l-inkjesta tal-Panama Papers li ġie mwaqqaf mill-Parlament Ewropew. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern jilqa' lil dan il-kumitat f 'pajjiżna għax m'għandux x'jaħbi. Intant, xi ftit jew wisq, din l-inkjesta mistennija għal darb'oħra terġa' tqajjem il-każ tal-Panama u ttellgħu 'l fuq fl-aġenda politika tal-pajjiż, xi ħaġa li mistennija terġa' toħloq ammont ta' imbarazzament għall-Gvern, b'mod speċjali meta suppost ikollu l-enerġija kollha ffukata fuq il-Presidenza. DIN is-sena, suppost sa Frar jew Marzu jekk jinżammu l-miri, huwa mistenni li l-Power Station ta' Delimara taqleb għall- użu tal-gass, wegħda tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni. Il-qalba għall-gass tal-Power Station ta' Malta, flimkien mas-sorsi l-oħrajn minn fejn Malta se tixtri l-elettriku, għandu jagħmel l-aktar taħlita ta' enerġija nadifa li qatt kellu pajjiżna. Dan il-proġett jiġi ma' roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li seħħ fl-ewwel sentejn ta' din il-leġiżlatura u l-għeluq tal-Power Station tal-Marsa. Minkejja li jidher li hawn kunsens favur din il-qalba u dan il-proġett, għad jeżistu biżgħat relatati ma' saħħa u sigurtà tat- tanker, filwaqt li l-kuntratti relatati ma' dan il-proġett, wara ħafna tlajja' u nżul kienu ppubblikati. Xi paġni iżda tħallew vojta, fosthom il-paġni li trattaw is-saħħa u sigurtà. Il-kuntratti dwar il-bejgħ tal-Enemalta lil Shanghai Electric għadhom ma kinux ippubblikati. Nistennew li dan jiġri fl-2017. JOHN Ryder, li se jkun qed imexxi l-Università Amerikana f 'Malta bħala rettur, qal lill-gazzetta The Times f 'Settembru 2016 li l-ewwel studenti se jkunu qed jibdew il-korsijiet tagħhom fil-bini restawrat apposta f 'Bormla, f 'Awwissu li ġej. Huwa mistenni li għall-ewwel kors jaslu pajjiżna 330 student. Jekk dan il-proġett jirnexxi, politikament din tkun kisba kbira għall-Gvern li affaċċja kritika qawwija dwar dan il-proġett. Jekk ifalli, ikun konferma li din ta' Sadeen ma kienet xejn għajr qassata, li swiet biss biex tbenġel lill-Partit Laburista. Anke hawn, il-kuntratti ma' Sadeen, li se jiżviluppa l-art taż-Żonqor, għadhom ma ġewx ippubblikati. L-2017: Is-sena li matulha Muscat 'jikteb' rebħa jew telfa Presidenza, proġetti u l-Panama jafu jagħmlu l-2017 sena deċiżiva għal Joseph Muscat Il-Presidenza li se tagħmel l-2017 waħda storika Deċiżjoni dwar il-paga minima u baġit bonanza Malta tilqa' l-ewwel studenti ta' Barts Frar ifawwar il-bjar tal-Panama Delimara se taqleb għall-gass Sena deċiżiva għall-'famuż' proġett ta' Sadeen FLAĦĦAR tas-sajf tal-2017 jibdew jaslu Malta l-ewwel studenti li se jkunu qed jieħdu kors fl-iskola medika ta' Barts f 'Għawdex, bl-ewwel korsijiet jibdew f 'Settembru ta' din is-sena. Il-wasla tal-ewwel studenti f 'Malta mistennija li tkun eżerċizzju opportun fir-relazzjonijiet pubbliċi għall-Gvern, hekk kif ħafna qed jistrieħ fuq is-suċċess ta' dan il-proġett biex Gvern Laburista jkun jista' jmur quddiem l-elettorat bil-ħolqien ta' niċċa ekomomika ġdida u ħolqien ta' impjiegi u opportunitajiet f 'Għawdex, lil hinn mit-turiżmu. Minkejja dan, matul l-2017 mistenni jkompli t-tħassib ta' diversi tobba li jaħdmu fl-isptar ġenerali t'Għawdex, anke jekk il-Gvern assigura lil kulħadd li se jibqa' fl-impjieg. Għal darb'oħra l-kuntratti ta' dan il-proġett flimkien ma' dak ta' San Luqa ma kinux ippubblikati. Nistennew li dan jiġri fl-2017. Tkompli fuq paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017