Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
illum | Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 Minn Brussell 10 IL-PRESIDENZA: John Busuttil minn Brussell GĦOĠBITNI ħafna s-sentenza li qal fil-kummenti tiegħu David Casa l-aktar membru Parlamentari Ewropew li ilu jservi fl-Ewropa sa mill-bidu nett li Malta daħlet fl- UE. Casa pinġa l-presidenza bħala meta l-iżgħar pajjiż isir l-aktar setgħan u għażilt li mmexxi dan l-artiklu b'dan it-titlu. L-ILLUM fil-fatt talbet lis- sitt membri Parlamentari Ewropej li ġejjin miż-żewġ naħat tal-kamra kif iħarsu lejn din il-presidenza mil- lenti tagħhom. 'Tipprovdi aktar xogħol fil-lukandi u profil akbar, iżda kemm idum dan l-effett hi kwistjoni oħra' – Alfred Sant Il-kap tal-membri Soċjalisti Maltin, Alfred Sant saħaq li din hi opportunità kbira għal Malta iżda wieħed irid ikun kawt ħalli dak li nakkwistaw inżommuh anke wara l-presidenza. "Li pajjiż jassumi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea toħroġ bħala obbligu u dmir tas-sħubija tiegħu fl-Unjoni Ewropea. Tpoġġi fuqu l-ħidma tal- kordinament tax-xogħol regolari tal-Unjoni kif ukoll tal-ħidma ġdida li tkun qed tiġi żviluppata. Madankollu, parti minn dil-ħidma ta' kordinament naqset fl-aħħar snin, speċjalment fuq il-livell tal- Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-kapijiet tal-gvern u tal-istati, peress li beda jiġi appuntat President tal-Kunsill Ewropew fuq bażi permanenti. "Il-kordinament irid isir bejn Kummissjoni, stati membri u Parlament Ewropew, fuq tliet livelli – tekniku u ta' konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili; diplomatiku u uffiċjali, fit-tħejjija tal-materji għad-diskussjoni u d-deċiżjoni; politiku fuq livell ta' Kummissjoni u rappreżentanza tal-istati membri. "Il-pajjiż li għal sitt xhur mill- Presidenza jkun qed jikkordina dawn il-materji, jibbenifika fis- sens li l-profil tiegħu jieħu aktar saħħa (jekk jirnexxilu jikkordina u jmexxi l-ħidma b'mod sodisfaċenti) waqt li għal xi żmien ikollu tieqa ta' opportunità biex idaħħal fuq l-aġenda materji li jkunu ta' interess akbar għalih. Madankollu," jkompli jgħid Sant, "matul l-aħħar sentejn/tliet snin, din l-opportunità ċkienet minħabba l-kriżijiet li laqtu lill-Unjoni waħda wara l-oħra u nterrompewlha l-aġenda regolari tagħha. Il-laqgħat li jsiru fuq il-livelli differenti jġibu lejn il-pajjiż numru sostanzjali ta' politiċi, burokratiċi, ġurnalisti, li jipprovdi aktar xogħol lil-lukandi, waqt li mill-ġdid iżidulu fil-profil. Kemm l-effett tal-aħħar idum fiż-żmien wara li jkun spiċċa kollox, hi kwistjoni oħra. Fil-każ ta' Malta, jekk il-Gvern jirnexxilu jagħti spinta 'l quddiem fid-direzzjoni li taqbel lilna lill- politika tal-immigrazzjoni fl- Ewropa u lill-materji li jirrigwardaw it-tmexxija tas-servizzi fl-Ewropa, is-sitt xhur għal Malta ma jkunux vojta. Biss dawn it-tnejn se jkunu miri iebsa biex jintlaħqu. Fil-prattika, x'aktarx li pajjiż jaqbillu jirnexxi fil-presidenza ħalli jevita li jiġi kritikat, u hu allura indispensabbli li jirnexxi; min-naħa l-oħra, x'aktarx ukoll li ftit jagħtu kas jekk ikun mexxa tajjeb! Barra minn hekk, il-ħidma tal- presidenza tinvolvi lill-pajjiż konċernat fi spiża mhux żgħira. Fil-każ tagħna l-istess, hekk ġara u qed jiġri, imma wieħed jista' jargumenta li l-pajjiż se jibbenefika wkoll mill-eżerċizzju peress li se jkollu numru ħafna akbar ta' uffiċjali u rappreżentanti oħra li wara l-esperjenza tal-presidenza, se jkunu intiżi ħafna aħjar fl-affarijiet u fil-kuntatti Ewropej." 'Jekk il-Gvern ma jsolvix il-problema tal-immigrazzjoni tul il-Presidenza, ikun falla bil-kbir' – David Casa "Il-Presidenza hija opportunità għal kull pajjiż membru biex imexxi l-prijoritajiet tiegħu fuq livell Ewropew. Jekk inti tkun ilek snin sħaħ tisħaq li l-immigrazzjoni għanda tkun solvuta mill-Unjoni Ewropea, imma tħoss li ħafna mill- pajjiżi Membri mhumiex qed jagħtu kasek, meta tieħu l-presidenza f 'idejk għandek opportunità tad- deheb biex toħloq politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni li hija fl- interess ta' Malta u tal-Maltin." Din kienet ir-risposta tal-kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa li ta anke r-raġuni għaliex dan hu possibbli u fl-istess ħin, elenka bis-saħħa dwar il-każ tal- immigrazzjoni u anke dwar il-każ Panama li jista' jkun li bil-lenti tal- ġurnalisti Ewropej fuq Malta jkun ta' detriment flok ta' ġid. "Għax meta għandek ir-riedni f 'idejk, għandek ir-responsabbiltà li tavvanza fi kwistjonijiet oħra tal- ġurnata bħal per eżempju Brexit, l-aggressjoni tar-Russja, il-kummerċ, is-suq Ewropew diġitali u oħrajn. Full kull wieħed u waħda minn dawn l-isfidi/kwistjonijiet jidħlu l-interessi ta' kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li trid tisma' lil kull pajjiż membru u tqis bir-reqqa l-pożizzjonijiet ta' kulħadd. U allura f 'daqqa waħda, mill-aktar pajjiż żgħir li hemm madwar il-mejda, Malta saret wieħed mill- aktar pajjiżi setgħana fl- Unjoni Ewropea. F'daqqa waħda, kull darba li tiftaħ ħalqek kulħadd jiskot biex jisma' lilek. Kulħadd irid mingħandek. U għalhekk jien naħseb li jekk il-gvern Malti ma jsolvix il-problema tal-immigrazzjoni matul din il- Presidenza, ikun falla u jkun falla bil-kbir." Mistoqsi jgħidilna x'jaħseb li l-poplu Malti se jiggwadanja mill- Presidenza, Casa qalilna, "Hemm gwadann individwali fis-sens li l-gvern Malti impjega iktar nies biex jaħdmu miegħu Brussell u allura dan ifisser li iktar u iktar nies qed jiksbu l-esperjenza tajba u sabiħa li jaħdmu fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea. Se jkun hemm aktar laqgħat f 'Malta b'rabta mal-Presidenza. Dan iffisser li l-barranin se jkunu qed isiefru iktar lejn Malta għal dawn il-laqgħat u allura, il-lukandi u r-ristoranti se jgawdu, kif ukoll negozji marbutin ma' dan it-tip ta' turiżmu 'tal- konferenzi'. Jekk dan il-gvern jagħmel biċċa xogħol tajba u jħalli impressjoni tajba fuq livell internazzjonali, din il-presidenza tista' tħalli frott fis- sens li tgħin lil Malta tattira iktar investiment barrani, tattira iktar kumpaniji barranin jiġu Malta. Il-verità hi li din il-presidenza se tpoġġi lil Malta fuq il-mappa għax Meta l-iżgħar pajjiż isir l-aktar setgħan