Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 15 Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Tkompli minn paġna 1 L-istess rapport tal-Awditur żvela kif il-Kummissarju tal-Artijiet kien qal li dan il-kuntratt sar bi ksur tal-Att tal- Artijiet tal-Gvern, b'Bonnici lbieraħ iżid jgħid li l-Kummissarju kien talab biex l-istess kuntratt ikun annullat. Sussegwentement, skont ir-rapport tal-Awditur, saru 'negozjati bejn il- Gvern u Vassallo Builders Group'. Bonnici qed jallega li f 'dawn in- negozjati, Jason Azzopardi kien qed jirrapreżenta lill-Gvern, b'kumitat stabbilit apposta biex jivvaluta l-art skont il-valur li kellha fl-1990, minflok fl-2009, meta sar il-bejgħ. L-art kienet stmata €8 miljuni, iżda Vassallo xtraha bi ftit iktar minn €700,000 biss, €7.3 miljun inqas mill-valur reali. Bonnici saħaq li Azzopardi għandu jerfa' responsabbiltà għax "m'għamel xejn" quddiem dawn in-nuqqasijiet fil-Lands, imma Azzopardi sejjaħ l-allegazzjoni ta' Bonnici bħala 'gideb' u se jkun qed jiftaħ libell fil-konfront tal-Ministru. 'Jason iltaqa' ma' Żaren' Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ filgħodu, il-Ministru Owen Bonnici allega li Jason Azzopardi qal lil Żaren Vassallo li se jfittex kompromess wara li nżammet laqgħa bejniethom fuq l-art f 'Ħal Qormi fejn kien hemm il-fabbrika tal-Lowenbrau u li hija stmata li tiswa €8 miljuni, anke jekk Żaren Vassallo xtraha bi prezz 'miżeru' ta' ftit iktar minn €700,000. Bonnici allega li Jason Azzopardi mhux biss kien jaf bil-fajl tal-każ, kif qal l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu, iżda aktar minn hekk, iltaqa' ma' Żaren Vassallo. Bonnici fakkar kif, "l-eks Ministru Nazzjonalista jkun minn ta' quddiem nett biex jitkellem fuq ħaddieħor u biex jgħajjar lil kulħadd korrott, iżda wara li ħareġ dan ir-rapport li fih l-Awditur Ġenerali qed jgħid bl-aktar mod ċar li Azzopardi għandu jerfa' r-responsabbiltà, l-istess Jason Azzopardi m'għamel assolutament xejn." Kien illiberat mill-ħlas taċ-ċens ukoll Il-Ministru Bonnici spjega kif l-art tal-Istabal f 'Ħal Qormi ngħatat lil Lowenbrau Ltd fl-1990 bil-kundizzjoni li l-art tintuża biss għal skopijiet ta' produzzjoni ta' xorb alkaħoliku u non- alkaħoliku. Fl-2009, LBM Breweries (Lowenbrau Ltd) tiftiehem ma' Vassallo Builders biex il-kumpanija ta' Żaren Vassallo tixtri l-ishma kollha tal-kumpanija bil-patt li fiż- żmien seba' ġimgħat, jinfeda ċ-ċens u jiġu kkanċellati l-kundizzjonijiet tal-art fosthom li l-art ma tibqax biss għall-produzzjoni tax-xorb. Fil-konferenza li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Bonnici ssokta jgħid li f 'Diċembru 2009, il-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jinfeda ċ-ċens tal-art u li din tinbiegħ mingħajr riżoluzzjoni Parlamentari jew tender. Dan filwaqt li ġew illiberati l-ħlas taċ-ċens u l-kundizzjonijiet kollha wara li Vassallo Builders iħallsu €465,875. Art ta' €8 miljuni tinbiegħ lil Vassallo għal €700,000 Owen Bonnici ssokta jgħid li f 'Diċembru 2009, il-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jinfeda ċ-ċens tal-art u tinbiegħ mingħajr riżoluzzjoni Parlamentari jew tender. Dan filwaqt li ġew illiberati l-ħlas taċ- ċens u l-kundizzjonijiet kollha wara li Vassallo Builders iħallsu €465,875. "Wara li l-Kummissarju tal- Artijiet bagħat ittra uffiċjali f 'Mejju 2011 kontra Catergroup Ltd (LBM Breweries Ltd) biex jitħassar il- kuntratt illegali ffirmat f 'Diċembru 2009, b'intervent dirett ta' Jason Azzopardi, fit-30 ta' Jannar 2012, flok tkomplew il-proċeduri, inħatar kumitat ta' tliet periti, fosthom Alex Torpiano, li stmaw il-valur skont dak tal-1990," sostna Bonnici. Huwa fakkar kif permezz ta' din il-valutazzjoni, art ta' €8 miljuni ingħatat għall-prezz miżeru ta' €706,400. Jason Azzopardi: 'Din hija gidba mill-bidu sal-aħħar' Intant, b'reazzjoni għal dan, Azzopardi qal li nhar it-Tnejn li ġej, hu se jkun qed jiftaħ proċeduri legali ta' libell kontra l-Ministru Owen Bonnici dwar dak li Azzopardi ddeskriva bħala, "gidba li vvinta dalgħodu dwari u kummenti li vvinta li jien għidt fil- konfront ta' Żaren Vassallo. Din hija gidba mill-bidu sal-aħħar u għaliha, Owen Bonnici se jkollu jwieġeb fil- Qorti," stqarr Azzopardi. Id-Deputat Nazzjonalista sostna li, "Owen Bonnici u l-Gvern lanqas qed jemmnu lill-Awditur Ġenerali u qed jivvintaw affarijiet li l-Awditur Ġenerali qatt ma qal." Azzopardi jtemm jgħid hekk: "jien se ntella' lil Owen Bonnici, - li jigdeb kemm fil-Parlament kif ukoll barra - quddiem il-Qorti, fejn se jkollu jwieġeb għall-gideb tiegħu.' Minn naħa tiegħu Bonnici wieġbu bl- Ingliż 'be my guest'. L-art stmata b'valur ta' €8 miljun inbiegħet għal €700,000 X'ħareġ mir-rapport tal-Awditur? 1. Meta nbiegħet l-art F'Ħal Qormi fl-1990 kien fuq bażi perpetwa u biex tintuża biss għal- produzzjoni ta' xorb alkoħoliku/ non-alkoħoliku 2. Fl-1 ta' Diċembru 2009 LBM Breweries (kumpanija ta' Zaren Vassallo) talbet li tinbidel l-użu tal-art biex l-iżvilupp ma jibqax ristrett 3. L-għada, fit-2 ta' Diċembru, il- Lands jilqa' t-talba ta' Vassallo u l-art saret waħda libera u franka. B'hekk seta' jiżviluppaha kif irid. 4. F'Mejju 2009 Charles Buhagiar jagħmel Mistoqsija Parlamentari li fiha xeħet dubju dwar il- kuntratt 5. Fl-2011 il-Kummissarju tal- Artijiet innota kif il-kuntratt jista' jikser l-Att dwar l-Artijiet tal-Gvern, għax suppost kellu jmur quddiem il-Parlament jew toħroġ tender 6. Isiru negozjati bejn il-Gvern u Vassallo Builders biex din is- sitwazzjoni tkun irranġata 7. Ir-rapport tal-Awditur ma jsemmix min mill-Gvern kien qed imexxi n-negozjati 8. Kien stabbilit kumitat li kellu jistabilixxi l-valur tal-istess art skont il-valur tagħha fl-1990, kważi 20 sena qabel il-bejgħ 9. Ir-rapport jgħid li l-uffiċjali tal- Lands responsabbli ma fittxewx l-approvazzjoni Ministerjali jew tas-Segretarju Parlamentari (dak iż-żmien Azzopardi) 10. L-art inbiegħet lil Vassallo Group Għal ftit iktar minn €700,000 meta kienet valutata bil-prezz ta' €8 miljuni, jew €7.3 miljuni aktar. Il-Ministru Bonnici waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha allega li Jason Azzopardi kellu laqgħat ma' Żaren Vassallo dwar l-art f 'Ħal Qormi Parti mill-art minflok il-birrerija tal- Lowenbrau. L-art nbiegħet lil Vassallo għal €700,000

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017