Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Fonti tal-ilma mbierek u hijacks finta I d-Dipartiment tal-Artijiet reġa' jinsab fl-aħbarijiet, naturalment 'for all the wrong reasons'. U issa qed jirriżulta bl-aktar mod ċar, mhux għax kellna nitfa dubju, li l-frejjeġ u l-iskandli fil-Lands kienu jsiru taħt Gvern Nazzjonalista u baqgħu jsiru taħt dan il- Gvern. Dwar ir-responsabbiltà politika ta' Michael Falzon fil-każ Gaffarena jew ta' Jason Azzopardi fil-Każ Lowenbrau, aħna nżommu ma' dak li dejjem għidna u dejjem emminna. Jiġifieri li Ministru jew Membru tal-Kabinett huwa responsabbli għal dak kollu li jiġri f 'dipartiment li qed imexxi hu, iktar u iktar jekk imexxu l-affarijiet u l-każijiet hemm nies li jkun għażilhom l-istess Ministru jew Segretarju Parlamentari jew li għandu pjaċir bihom. Jekk se nsallbu Ministru Laburist għax skandlu seħħ taħt imnieħru u m'għamel xejn, mela allura jeħtieġ nagħmlu l-istess meta jkun Nazzjonalist. Għax f 'dan il-pajjiż m'hawnx liġi tal-bnedmin u oħra għall-annimali, ħadd mhu superjuri u ħadd mhu verġni. Minflok se nfakkru kif f 'dawn iż-żewġ każi skandalużi, responsabbli jew le il-politiku, seħħ dak li jidher li huwa abbuż mill-aktar sfaċċat ta' flus u art tal-poplu. Daqslikieku d-Dipartiment tal-Artijiet huwa fonti tal-ilma mbierek, li fih kulħadd jitfà s-swaba biex ibill. Min jakkwista miljun 'l hawn u min jiffranka xi miljun 'l hemm u min, ikun dovut il-flus bħal Edgar Farrugia fl-istorja li konna rrapurtajna bħal dan iż-żmien sena, għall-esproprijazzjoni ta' proprjetà tal-familja tiegħu u jispiċċa ma jieħu xejn. Jew agħar, il-kumpens għall-esproprijazzjoni tal- proprjetà tiegħu jingħata lil terzi persuni. Fil-każ ta' Gaffarena, din il-persuna spiċċat b'€1.6 miljun minn fuq minn esproprijazzjoni ta' żewġ partijiet tal-famuża binja fi Triq Zekka. Fil-każ ta' Żaren Vassallo dan spiċċa xtara art f 'Ħal Qormi wara proċess li biddel l-użu tal-art biex minn waħda li tista' tkun żviluppata f 'fabbrika tax-xorb, issir waħda libera u franka. B'hekk, mhux talli inxtrat €7.3 miljun inqas mill- valur proprja tagħha, jiġifieri bi prezz 'miżeru' ta' €700,000, talli min xtraha seta' jiżviluppaha kif irid. Allajbierek, kemm taħdem ħarir is-sistema għal ċerta nies f 'dan il- pajjiż. Min qiegħed fuq il-paga minima, min ma jiflaħx iħallas kirja ta' xahar u min jixxala bl- assi tal-pajjiż. U jekk trid, ix-xalar dejjem sar! Kemm taħt dan il-Gvern u anke taħt il-Gvern tal-partit tal- onesti. L-istorja tal-art f 'Ħal Qormi kienet ċertifikat, jekk kellna bżonnu, li (tal- anqas) sakemm inkixef il-każ Gaffarena, id- Dipartiment tal-Art tħalla jsir post tad-dekadenza u ħniżrija, għas-skapitu tal- poplu. Illum, bilqiegħda fis- siġġu jaħraq hemm Deborah Schembri li ngħatat ir-responsabbiltà tmexxi riforma. Nisperaw biss li l-karriera politika ta' Schembri ma tkunx mgħattna minn dellijiet tqal u koroh mill-Baviera. Nisperaw minflok, li Schembri tkun ftit nifs wara ħafna oxxenitajiet ta' nies li ħasbu li l-pajjiż huwa fonti tal-ilma mbierek u politiċi li ħarsu n-naħa l-oħra. Nisperaw li tagħmel id-differenza, minflok tipperpetwa sistema mranġta u mnawra mill-fundament. Hijack finta... Għax f 'dan il-pajjiż kollox parrokkjali u aħna ċ-ċentru tal-univers, minflok rajna l-hijack għal dak li verament hu, jiġifieri l-aktar darba li l-anarkija perikoluża fil-Libja resqet lejn pajjiżna, bdejna battalja dwar jekk dan il-hijack kienx magħmul minn Joseph Muscat biex isir aktar popolari. X'assurdità! Minflok, kellu jkun ġurnalist Tork (minn tant, ġurnalist minn pajjiż mifni bl-inkwiet) li ħares lejn il-possibilità ta' għalfejn u x'għan Libjan kellu dan il- hijack. Mhux aħjar nkunu naqra serji,nieqfu ndaħħqu nies bina, nirringrazzjaw 'l Alla li kollox mexa ħarir u nibdew inħabblu rasna dwar il-fatt li għandna bomba tal-ħin, lesta biex tisplodi taħt imneħirna? ...għax bir-rata li għaddejjin biha, daqt ngħidu li din il-kesħa kollha ġabha Simon Busuttil biex inħossuna mgħakksa taħt il-Labour. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017