Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Minn Brussell 11 il-media internazzjonali se titfa' ħarsta iktar u iktar fuq Malta. Però din tista' tfisser ukoll aktar skrutinju fuq Malta. Il-każ tal-Panama f 'Malta ma tantx jawgura tajjeb, u allura dan l-iskrutinju fuq Malta jispiċċa biex igerrex in-negozju flok iġibu. Jiena min-naħa tiegħi nawgura li kollox imur b'wiċċ il-ġid" 'Irridu nkunu realistiċi u ngħarfu li mhux se nbiddlu Ewropa f 'sitt xhur' - Miriam Dalli Id-deputat Miriam Dalli wkoll saħqet fuq l-implimentazzjoni fuq affarijiet li diġà hemm ftehim fuqhom iżda semmiet ukoll ir- roaming u liġijiet oħra li jolqtu lill-poplu nnifsu. "Iċ-ċokon u l-limiti ta' pajjiżna huma li huma, iżda l-Presidenza Ewropea tagħti ċ-ċans lill-Istat Membru biex ikun fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Unjoni Ewropea. Fost l-oħrajn, il-Presidenza tagħti l-opportunità biex pajjiż jinfluwenza x'suġġetti jingħataw prijorità fuq l-aġenda Ewropea għal dawk is-sitt xhur. Biex insemmi eżempju, b'mod konkret dan hu ċ-ċans li Malta timbotta għal riforma fis-Sistema Ewropea tal- Ażil (CEAS), xi ħaġa li Malta ilha tħambaq fuqha u li tiddetermina kif jinqasam il-piż tal-immigrazzjoni fuq l-Istati Membri. "Minbarra l-Immigrazzjoni, Malta se tiffoka wkoll fuq aspetti oħra bħas-sigurtà, is-settur Marittimu, is-Suq Intern, l-inklużjoni soċjali u r-relazzjonijiet esterni tal-EU ma' pajjiżi ġirien. Irridu nkunu realisti u ngħarfu li mhux se nbiddlu Ewropa f 'sitt xhur, iżda anke jekk jirnexxielna nassiguraw l-implimentazzjoni fuq l-affarijiet li diġà hemm ftehim fuqhom mill- pajjiżi Ewropej, ukoll inkunu qed nagħmlu differenza. Il-Maltin huma nies li meta tiġi okkażjoni importanti dejjem ħarġu bl-unuri, u ċerta li f 'dawn is-sitt xhur li ġejjin, Malta se tkompli tissoda r-reputazzjoni tagħha bħala pajjiż li tista' toffri direzzjoni lill-Unjoni Ewropea f 'dan iż-żmien iebes. Barra minn hekk, il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija huma l-prijoritajiet tan-nies, speċjalment fejn jidħol il-bżonn ta' Ewropa aktar sigura u magħquda. Imbagħad, għandek aspetti oħra li l-poplu Malti se jgawdi minnhom jekk il-Presidenza Maltija tkun suċċess, eżempju li jinqatgħu darba għal dejjem it-tariffi tar-roaming fost miżuri oħra. Apparti dan, matul dawn is-sitt xhur hemm programm kulturali estensiv li se jagħti pubbliċità importanti lill-artisti Maltin kif ukoll jippromwovi lil pajjiżna bħala destinazzjoni turistika matul is-sena kollha. Min-naħa tiegħi, se naħdem qatigħ biex leġiżlazzjonijiet li jistgħu jiġu konklużi u li huma għall-ġid taċ- ċittadini tagħna, jiġu ffinalizzati u implimentati. Ma nistax ma nsemmix li fil-qasam tal-ambjent hemm numru ta' leġiżlazzjonijiet li jista' jsir progress tajjeb fuqhom jew saħansitra jkunu konklużi, bil-għan li jagħtu liċ-ċittadini tagħna arja aktar nadifa u konsegwentament inqas mard. Anke fil-qasam tal- immigrazzjoni, hemm potenzjal kbir ta' progress f 'ċertu aspetti, u se naħdem biex l-intenzjonijiet tal- Presidenza Maltija li jkun hemm passi 'l quddiem dwar il-ħtieġa ta' aktar solidarjetà u aktar sigurtà, fil- fatt jirnexxu." 'Pajjiżna għandu ħafna x'jiggwadanja, iżda l-Presidenza Maltija għandha fid-dell tagħha l-iskandlu tal-Panama' - Roberta Metsola "Ir-rilevanza ta' Malta li bħalissa tokkupa l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se titkejjel minn kemm Malta se tressaq 'il quddiem u tikkonkludi materji li jolqtu, u huma importanti għaċ- ċittadini Maltin u Ewropej. Fost dawn hemm l-imigrazzjoni, l-ażil, is-sigurtà fl-Ewropa, it- tassazzjoni u s-suq diġitali. Żvilupp li l-Unjoni Ewropea qatt ma rat bħalu hu l-ħruġ ta' pajjiż – f 'dawn is-sitt xhur jibda l-proċess għall- ħruġ tar-Renju Unit. Dak li se jiġi deċiż issa se jkollu konsegwenzi fit-tul. Fuq livell politiku, Malta trid tqis kull pass li tagħmel." Hekk ikkummentat il-membru Parlamentari Nazzjonalista tal- PPE, Roberta Metsola, li kompliet ukoll titfa' d-dubji tas-suċċess ta' din il-presidenza fuq l-iskandlu tal-Panama. "Il-Presidenza Maltija għandha fid-dell tagħha l-iskandlu tal-Panama u tant skandli oħra li hu mdawwar bihom il-Gvern ta' Joseph Muscat. Kumitat tal-Parlament Ewropew se jkun Malta biex jinvestiga l-iskandlu tal-Panama fejn il-Prim Ministru ddefenda b'ruħu u b'ġismu lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri. "Fuq livell ekonomiku, il- Presidenza se tgħin biex ir-rota ekonomika ddur aktar u b'hekk nittama li jitkattar aktar ġid li jkun imqassam b'mod xieraq u ġust. Permezz ta' aktar xogħol u opportunitajiet ġodda, jistgħu jiżdiedu l-impjiegi u d-dħul fost l-oħrajn għall-ħaddiema fl-industrija tas-servizzi, fl-istabbilimenti turistiċi, lukandi, ristoranti u postijiet ta' akkomodazzjoni, u jiżdied aktar il-bejgħ fil-ħwienet. Pajjiżna għandu ħafna x'jiggwadanja mill-Presidenza, imma s-suċċess ta' pajjiżna jiddependi mill-azzjonijiet li jittieħdu, li jkunu f 'waqthom u tajbin." 'Il-poplu Malti għandu ċ-ċans jingħata widen wara li għal snin twal l-UE mhux dejjem tat kasu biżżejjed' - Marlene Mizzi Marlene Mizzi bħal dejjem tħares ħafna fuq dak li jgħid il-poplu u t-tgemgim tal-poplu allura tara din il-Presidenza bħala opportunità li hu ċ-ċans li jinstema leħen il-poplu Malti. "Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE hija opportunità mill-aqwa għal kull pajjiż u b'mod partikolari għal pajjiżi żgħar bħal Malta, biex ikunu jistgħu jpoġġu prijoritajiet li jolqtu lill-pajjiż fl-aġenda Ewropea. Pereżempju Malta tefgħet aktar enfasi fuq ir-reġjun tal-Mediterran u fuq ir-rotta tal-Mediterran użata għall-imigrazzjoni. Ikkritikajt ħafna presidenzi qabel Malta li ma tawx prijorità lir-reġjun tan-Nofsinhar tal- Mediterran, fl-istess waqt li komplew jikbru sitwazzjonijiet ta' kriżi f 'pajjiżi bħal-Libja, l-Eġittu u s-Sirja. Nifhem li jekk int pajjiż li m'intix fir-reġjun tal-Mediterran, m'intix se tara l-benefiċċji u l-urġenza li tinvesti l-ħin u l-enerġija fuq diż-żona waqt il- Presidenza tiegħek, ladarba mhux se taffettwa liċ-ċittadini tiegħek b'mod dirett. Għalhekk, il-Presidenza toffri lil Malta u liċ- ċittadini tagħha opportunità unika li tfassal il-politika Ewropea skont il-ħtiġiet u mill-perspettiva tagħhom. "Malta hija pajjiż żgħir iżda nazzjon kbir u għalhekk m'għandi l-ebda dubju li l-Presidenza tal- UE se tkun f 'idejn tajbin u ppreparati. Dan huwa test ewlieni għal Malta u l-Ewropa iżda konvinta li l-Presidenza Maltija se tkun suċċess grazzi għad- determinazzjoni, il- professjonalità u l-impenn. "Peress li l-Presidenza se tkun f 'idejn Malta, il-Gvern Malti se jkun jista' jpoġġi bħala prijoritajiet il- kwistjonijiet li jolqtu direttament lill- poplu Malti. Kull presidenza tpoġġi fuq quddiem nett l-aktar affarijiet sensittivi u importanti li jolqtu liċ- ċittadini tagħha, minbarra ovvjament l-interess taċ-ċittadini Ewropej kollha. Ħafna Maltin jinsabu mħassbin dwar l-immigrazzjoni u din il-kwistjoni ilha tinkwetana bħala poplu għal bosta snin. Għaldaqstant il-Gvern Malti għażel li jpoġġi l-imigrazzjoni fost l-aktar prijoritajiet li se ssir ħidma fuqhom. Is-suq uniku, l-inklużjoni soċjali u kwistjonijiet marittimi huma wkoll oqsma li jistgħu jtejbu ħajjet iċ-ċittadini Maltin u l-Presidenza Maltija diġà ħabbret li se tkun qiegħda tiffoka fuqhom. "Il-pajjiżi ġirien tal-Ewropa u s-sigurtà jmorru id f 'id u avvenimenti bħall-ħtif tal-ajruplan juru li huma kwistjonijiet li jridu jingħataw importanza massima kif fil-fatt wiegħed il-Gvern Malti. Malta se taħdem fuq it-tħassib u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej u speċjalment tal-Maltin. Il- poplu Malti għandu ċ-ċans jingħata widen wara snin twal fejn bosta jħossu li l-Unjoni Ewropea mhux dejjem tat kasu biżżejjed. Ninsab ċerta li dawn is-sitt xhur se jkunu ta' benefiċċju kbir għalina l-Maltin. 'Opportunità li għal darb'oħra nkunu fit-tmun tal- politika li tolqot ħafna pajjiżi' - Therese Comodini Cachia Therese Comodini Cachia tara opportunitajiet fil-Presidenza, iżda fl-istess waqt tgħid li hemm bżonn li Malta tinvolvi l-istakeholders Maltin u Għawdex biex dan il-frott jibqa' magħna wara l-presidenza. "Il-Presidenza ġġib magħha sensiela ta' laqgħat u tagħti lil Malta ċ-ċans li anke tmexxi dawn il-laqgħat. Il- laqgħat jiddiskutu kwistjonijiet fuq livell Ewropew u għalhekk mhux neċessarjament li bħala Maltin se naraw xi benefiċċji diretti fl-isfidi tal-ħajja Maltija. Nistgħu naraw benefiċċji kemm-il darba nassiguraw li dawk il-kwistjonijiet Ewropej li jolqtu lil Maltin mill-aktar viċin jiġu diskussi u nwasslu għal soluzzjonijiet jew anke għal pożizzjoni Ewropeja li tkun ta' ġid għal Malta u nistgħu naraw benefiċċji wkoll jekk jirnexxielna ninvolvu lill- stakeholders Maltin u Għawdxin fil-laqgħat u attivitajiet li se jkunu qegħdin jinżammu hawn Malta." "Bħala nazzjon, il-Presidenza hija opportunità li għal darb'oħra nkunu fit- tmun tal-politika li tolqot ħafna pajjiżi u nkunu nistgħu ninfluwenzaw dan f 'direzzjoni ġusta u li tħalli frott ukoll għall-Maltin u l-Għawdxin," kompliet tgħid Comodini Cachia. "Dan huma dak li jista' jibqa magħna wara li jgħaddu s-sitt xhur tal- Presidenza. Il-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew inevitabilment tpoġġini f 'pożizzjoni li nara kif il-Presidenza Maltija tmexxi lejn progress fuq il-fajls li għandhom x'jaqsmu mas- suq uniku diġitali. Nixtieq nara li jintlaħaq ftehim fuq fajls li involuta l-ħidma tieghi b'mod dirett biex nara li l-UE jkollha qafas leġiżlattiv u l-infrastruttura li jipprovdu opportunitajiet diġitali liċ-ċittadini b'mod partikulari lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ tagħna. Din għandha tkun parti integrali mill-viżjoni politika tal-Presidenza li twassal għal bidliet konkreti favur iċ-ċittadini tagħna," temmet tgħid l-MPE.