Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Aħbarijiet 15 Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum 'Għalija din hija rebħa ... bdiet issir ġustizzja miegħi' Il-Gvern se jiftaħ kawża kontra l-kumpanija li ngħatat il-kumpens minflok Farrugia MALILLUM Farrugia ddeskriva din id-deċiżjoni bħala 'rebħa kbira. Bdiet issir ġustizzja miegħi u ma' familti, sa fl-aħħar. It-triq għad fadlilha, imma kuntenti li wasalna s'hawn' Intant mal-ILLUM Schembri ħabbret ukoll illi l-Gvern se jkun qed jiftaħ kawża kontra l-kumpanija li ngħatat l-kumpens minflok Farrugia. 'Aħna tlabna laqgħat ma' din il-kumpanija biex nippruvaw naslu għall-qbil barra l-Qorti, iżda minn naħa tagħhom ma kkoperawx u ma ġewx għall-laqgħat. B'hekk, apparti l-istruzzjonijiet biex il-familja Farrugia tingħata l-kumpens, tajt struzzjonijiet ukoll biex tinfetaħ kawża kontra l-kumpanija lokali ta' kuntratturi.' Schembri temmet tgħid illi hi tixtieq li l-każ kien aktar spedit, imma fakkret kif każijiet bħal dawk ta' Edgar ikun jeħtiġilhom ammont ta' żmien biex jibdew ikunu solvuti. Tard is-sena l-oħra l-familja Farrugia kienu fetħu protest ġudizzjarju kontra d-Direttur tal-Artijiet, il-Prim Ministru u l-Avukat Ġenerali, liema protest kien ikkontestat hekk kif il-protestati kienu qalu illi 'l-awtorità responsabbli minn esproprijazzjonijiet huwa l-Kummissarju tal- Artijiet.' Fl-2005 kienet valutata għal €110,284 Skont il-kuntratt ta' 'Tpartit ta' Proprjetà' li għandha f 'idejha l-ILLUM, datat 30 ta' Diċembru 2005 jidher li meta sar l-arranġament bejn Albert Mamo, f 'isem il-Gvern, u l-kumpanija li ngħatat kumpens, il-valur tal- proprjetà in kwistjoni kien ilaħħaq it-€58,607 (Lm25,160). Apparti dawn, kienu miżjuda €51,677 (Lm22,165) f 'danni li jmorru lura għall-1988, meta l-art ġiet rekwiżita mill-Gvern. Dan ifisser li l-prezz totali tal-proprjetà, skont l-istess kuntratt, kien ta' €110,284. Xtrawha u partuha f '24 siegħa minn wara dahar Farrugia Il-proprjetà ta' Farrugia kienet rekwiżita lura fl-1988 minħabba 'eżiġenzi pubbliċi' bl-akkwist ikun għall-pussess u l-użu. Sussegwentement, f 'dikjarazzjoni mill- President ta' Malta datata 29 ta' Settembru 1999 jidher ċar li l-Gvern kien xtara l-proprjetà b'mod assolut u għalhekk kellu l-obbligu li jħallas għall-proprjetà. Madankollu, sitt snin wara jew fl-2005, sar trasferiment tal-proprjetà tal-familja Farrugia lill-Gvern mingħajr ma din il-familja anqas biss kienet taf. Minflok ingħata l-kumpens lill-familja Farrugia, il-kumpens ingħata lil terzi. Fil-fatt skont id-dokumenti li għandha f 'idejha din il- gazzetta jirriżulta wkoll li fil-fatt, il-familja Farrugia mingħajr lanqas biss kienet taf, kellha l-proprjetà tagħha trasferita darbtejn fi ftit siegħat. Darba nhar id-29 ta' Diċembru 2005 permezz ta' bejgħ, meta l-proprjetà flimkien ma' oħrajn kienet mibjugħa lil kumpanija u l-għada stess, jiġifieri fit-30 ta' Diċembru 2005 meta l-proprjetà reġgħet kienet trasferita mingħand il-kumpanija għal għand il-Gvern. Il-proprjetà fi Triq San Nikola l-Belt Valletta għaddiet għand il-familja Farrugia f 'Mejju 1960 meta Paolo Farrugia, missier Edgar, xtraha u fil-fatt hija parti mill-wirt tal-aħwa Farrugia. L-intrata tal-istess dar kienet fi Triq San Nikola waqt li kien hemm bieb fuq wara, magħruf bħala l-bieb tas-servitu bin-numru 50 li kien jagħti għal Triq Sant'Anna. Din il-proprjetà tidher fil-wirt li tħalla lill- familja Farrugia fl-1964 kif ukoll f 'numru ta' sentenzi mill-Qorti Ċivili, fosthom waħda fl-1974 li tindika lil Giuseppa Farrugia, omm Edgar, bħala l-persuna li kienet qed tikri l-istess prorpjetà fil-Belt. • Mejju 1960: Proprjetà 76 B Triq San Nikola, l-Belt Valletta tinbiegħ lil Paolo Farrugia. Fil-kuntratt jingħad li l-propjetà għandha bieb ieħor bin-numru 50 li jagħti għal Triq Sant'Anna. • 1964: Il-proprjetà fil-Belt Valletta flimkien ma' oħrajn jitniżżlu fil-wirt ta' Paolo Farrugia. Jgħaddiha lil uliedu, fosthom Edgar. • 1968: B'Denunzja ta' Suċċessjoni, il-proprjetà tgħaddi għand Giuseppa Farrugia,omm Edgar, wara l-mewt ta' żewġha. Imbagħad terġa' tintiret mit-tfal mal-mewt tagħha fl-1968. • 1988: Il-Gvern b'dikjarazzjoni tal-President jakkwista din il-proprjetà biex tintuża għal skopijiet pubbliċi. L-akkwist isir fuq pussess u użu. Għalhekk riedet titħallas il-kera. • 1999: Il-Gvern jakkwista l-art b'xiri assolut. B'kollox jixtri 39 proprjetà. Ma' dawn hemm 'Premises no. 50 Triq Sant'Anna' u 'Premises no.76, Triq San Nikola'. It- tnejn jappartjenu lill-istess proprjetà u t-tnejn huma tal-familja Farrugia. • 29 ta' Diċembru 2005: Il-proprjetà 76 u 76A jinbiegħu minn familja partikolari għal għand kumpanija permezz ta' kuntratt ta' bejgħ. Ma' dan il-bejgħ, il- partijiet ftiehmu li l-kompratur (il-kumpanija) ikun assenjat id-dritt għall-kumpens mingħand il-Gvern ta' €58,607 (LM 25,160) għan-numru 76. Il-familja Farrugia ma tafx dwar dan il-bejgħ li fih hemm inkluża l-proprjetà tagħhom. • 30 ta' Diċembru 2005: L-għada stess, il-proprjetà kienet trasferita mingħand il-kumpanija lura għal għand il-Gvern permezz ta' kuntratt ta' tpartit. Il-Gvern iħallas b'€150,000 f'valur ta' proprjetà u €35,400 f'somma ta' flus bħala kumpens. Il-familja Farrugia ma taf b'xejn. • 2013 –Wara numru ta' laqgħat fejn Edgar kien qed jiddiskuti l-kumpens, ikun infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li hu kien irċieva somma flus u artijiet bħala kumpens. Jiċħad, u jitlob biex jara l-kuntratti fejn isib li l-ħlas sar lill-kumpanija u membri tagħha li hu ma jafx. • Settembru 2013 – Edgar Farrugia jibgħat ittra lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Artijiet u jitlob spjegazzjoni ċara. Jgħid li dak li sar lilu "ma jitwemminx." • 2 ta' April 2014 – Permezz tal-avukat tiegħu, Farrugia jibgħat ittra li fiha jispjega dak li ġara u l-kuntratti li saru minn wara dahru. L-ittra titlob lid-Dipartiment biex tingħata spjegazzjoni u d-Dipartiment jirregola ruħu. • 8 ta' April 2014 – Id-Dipartiment, f'ittra għan-nom tad-Direttur tikkonferma li sar żball, "meta sar ħlas ta' kumpens lis-soċjetà (l-isem tal-kumpanija) għall- proprjetà li tappartjeni lill-klijent tiegħek • 3 ta' Jannar 2016 – L-istorja ta' Edgar Farrugia toħroġ fil-pubbliku permezz ta' storja li dehret fuq din il- gazzetta • 12 ta' Ottubru 2016 - Il-familja Farrugia tiftaħ protest ġudizzjarju kontra d-Direttur tal-Artijiet, il-PM u l-Avukat Ġenerali. Dawn ifakkru li r-responsabilità hija tal-Kummissarju tal-Artijiet Kronoloġija ta' inġustizzja ta' 16-il sena Edgar Farrugia jitkellem mal-ILLUM dwar l-istorja tiegħu....16-il sena wara bdiet it-triq għall-ġustizzja Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017