Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport u speċjalment lejn l-atletika? Minn dejjem kont persuna inħobb nipprattika l-isport. Iżda, bdejt nieħu l-ġiri bis-serjetà u b'mod kompetittiv madwar ħames snin ilu. Qattajt l-ewwel tliet snin nikkompeti biss fit-trakka l-aktar fil-kompetizzjoni tat- 800 metru. Hemmhekk ksibt riżultati tajbin, fejn għal diversi drabi ksibt ħin ta' 2.01 minuti f 'dan l-avveniment. Madankollu, qatt ma lħaqt l-ogħla livell f 'din id-distanza. Fil-bidu tal- karrriera tiegħi bħala atleta, għall-fatt li jien ngħix f 'Għawdex, fejn hemm nuqqas ta' trakka propja tal-atletika, ma stajtx nittrenja tajjeb għal distanzi twal bħal dawn. Imbagħad, kif komplejt tevolvi fl- atletika? Imbagħad, madwar sentejn u nofs ilu, wara diversi diskussjonijiet mal-kowċ u l-mentor tiegħi, Mario Bonello, iddeċidejna li għandi nagħti ċans lil distanzi itwal fil-karriera tiegħi. B'hekk, it-taħriġ tiegħi nbidel biex nipprepara lili nnifsi aħjar għal dawn id-distanzi itwal - bl-ewwel distanzi ikunu dawk ta' 3km u 10km. Bħala taħriġ, bdejt nittrenja l-iktar fil- korsa fejn isiru t-tiġrijiet taż-żwiemel f 'Għawdex, fejn stajt nitħarreġ b'mod iktar faċli għal dawn id-distanzi. It- taħriġ u x-xogħol intensiv beda jtini r-riżultati meħtieġa, u rriżulta f 'titjib immedjat fil-prestazzjonijiet tiegħi, li ġie rifless speċjalment fil-fatt li rbaħt l-ewwel żewġ tlielaq tal-MAAA Road Running League f 'Ottubru u f 'Jannar li għadda fil-Qawra u f 'Tal-Maqluba, rispettivament. Dan ġie segwit minn wirjiet tajbin f 'ħafna tlielaq oħra speċjalment fir-rebħiet li ksibt fit- tlielaq tal-Kampjonati tal-10km li saru f 'Jannar li għadda fil-Qawra u f 'Ta' Qali, fejn irbaħt it-titlu finali, meta għad fadal tellieqa oħra għat-tmiem tal-Kampjonat li se ssir f 'April li ġej. Fit-28 ta' Frar li għadda rbaħt ukoll il-Malta Half Marathon. Il-kummenti tiegħek. Wara li rbaħt ir-Road Running League, kelli tir wieħed f 'moħħi - il-Malta Half Marathon. Din is-sena rat it-tieni parteċipazzjoni tiegħi f 'dan l-avveniment. Kont ħafna iktar ippreparat għaliha milli kont is- sena l-oħra, u kont diġà naf ir-rotta waqt li kont naf ukoll li kont ninsab f 'forma tajba għal din it-tellieqa. B'hekk kont iktar kunfidenti. Kif bassar it-tbassir tat-temp, dakinhar tat-tellieqa, kien riefnu qawwi li żgur affetwa l-wirja tiegħi, kif ukoll tal- atleti l-oħra sħabi. B'hekk, sa mill-bidu tat-tiġrija, kont naf li din kienet se tkun tiġrija iktar tattika milli waħda li fiha kelli niġri biex nikseb ħin mill-aqwa. Bdejt it-tiġrija ma' ta' quddiem, madankollu wara madwar 5 km, l-atleta barrani, Liviu Croitoiru, fetaħ vantaġġ ta' madwar 100 metru fuqi. Għamilt ħafna mit-tellieqa viċin Andrew Grech, fejn huwa żamm pass pjuttost stabbli. Meta kien għad fadal madwar 5km għat-tmiem tat-tellieqa, stajt nibqa' nara lill-atleta barrani li għadni kemm semmejt, jibqa' jżomm il-vantaġġ ta' madwar 100 metru fuqi. Iżda, jien bqajt inħossni b'saħħti u ddeċidejt li nagħmel ħilti kollha biex ngħaddih. Bdejt inżid il-pass tiegħi u lħaqtu pjuttost malajr. B'hekk, meta kien għad fadal madwar 4km għat-tmiem, għaddejtu fejn komplejt inżid il-pass tiegħi u bqajt inżomm il-vantaġġ sal-finish line. Kien ta' unur kbir għalija li rbaħt il-Malta Half Marathon bħala rebbieħ overall, u mhux biss bħala l-ewwel atleta Malti kklassifikat. Fil-fatt, il-Half Marathon kienet ilha ma tintrebaħ minn atleta Malti għal ħames snin. Issa naħseb li se nkun qed niffoka iktar fuq avvenimenti tal-atletika marbuta mat-trakka, fejn se nkun qed nikkompeti f 'distanzi ta' bejn l-1500m u l-10,000m, fejn nittama li nibqa' ntejjeb il-ħinijiet tiegħi f 'dawn id- distanzi wkoll. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill-familja u lit-tfajla tiegħi għall-paċenzja u s-sapport kollu li jtuni. Wara li rbaħt in-Nofs Maratona, ġejt magħżul biex tirrapreżenta lil Malta fl-IAAF World Half Marathon Championships li saru fis-26 ta' Marzu li għadda. Tina ikar dettalji. Hekk hu. Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tiegħi f 'maratona barra minn Malta. Barra minn hekk, din kienet esperjenza kbira għalija, hekk kif kelli ċ-ċans li li niltaqa' b'mod personali ma' diversi atleti professjonali barranin bħal Mo Farah u Geoffrey Kamworor. Meta waslet il-ġurnata tat-tellieqa, kont eċitat ħafna. Kont qed nittama li nikseb ħin aħjar minn dak li ksibt fin-Nofs Maratona ta' Malta. Filgħodu kien imsaħħab. Kien ippjanat li t-tellieqa tibda fis-2.10pm. Sfortunatament, hekk kif bdejt il- 'warm-up' tiegħi, bdiet xita pjuttost qawwija u r-riħ kien pjuttost qawwi wkoll. Dan kollu ppersista għall-ewwel għaxar minuti tat-tellieqa. Ix-xita kiesħa u r-riħ affettwawni matul it-tiġrija u ma rnexxielix niġri b'mod tajjeb u komdu kif nagħmel is-soltu. Biex l-affarijiet ikomplu jikkomplikaw ruħhom, ix-xita żiedet ferm fl-aħħar ħames kilometri tat- tiġrija fejn jien tlift iktar ħin. Temmejt it-tellieqa f 'ħin ta' siegħa, 12 -il minuta u tliet sekondi, fejn ikklassifikajt fit-80 post. Dan ma kienx riżultat ħażin għalija, iżda ovvjament jien kelli aspettattivi aħjar. Madankollu, għalkemm ma rnexxielix nikseb ir-riżultat li kont qed nittama li nikseb, il-parteċipazzjoni tiegħi f 'dawn il-Kampjonati Mondjali tan-Nofs Maratona, kienet esperjenza kbira u pożittiva. Tgħallimt ħafna minnha u qed inħares 'il quddiem biex ikolli iktar opportunitajiet fil-futur li nieħu sehem fi tlielaq u maratoni barra minn Malta. Nixtieq nirringrazzja lill- president tal-MAAA, Edwin Attard, talli tani din l-opportunità kbira, u lill- kowċ tiegħi, Mario Bonello, li għeni u akkumpanjani f 'din l-esperjenza. Nixtieq nirringrazzja wkoll lit-tfajla tiegħi, Joanna, u lill-familja tiegħi tas-sapport u l-paċenzja tagħhom, kif ukoll lil sħabi l-atleti Għawdxin u lill-president u lill-membri tal-kumitat tal-klabb tiegħi tal-atletika, Gozo Athletix AC, għas-sapport kontinwu tagħhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill-isponsors kollha tiegħi għall-għajnuna tagħhom, temm jgħid Charlton Debono. Li kieku jkollok tiddeskrivi l-aħħar staġun tal-ġiri għalik, jiġifieri dak tal- istaġun 2015/16, kif tiddeskrivieh? L-istaġun tal-ġiri 2015-2016, kien wieħed sodisfaċenti ħafna għalija. Irnexxieli nirbaħ ir- Road Running League, diversi tiġrijiet tat-triq bħal Attard 10km, Savio 10km u diversi oħrajn, irbaħt il-Vodafone Malta Half Marathon, ipparteċipajt fil-World Half Marathon Championships u issa anke sirt National Champion 2016 fil-kategoriji tal-5000m u l-10,000m. Żgur li sena ilu ma kontx noħlom li stajt nirbaħ dankollu. Dan is-suċċess ma kienx faċli però. Warajh kien hemm diversi sagrifiċċji u taħriġ, kif ukoll is-sapport kontinwu tal-familja, tat-tfajla tiegħi Joanna, sħabi membri tal-Klabb Gozo Athletix AC, il-kowċ Mario Bonello kif ukoll l-isponsors tiegħi li dejjem kienu hemm lesti biex jgħinuni. Sal-aħħar ta' Marzu kont qiegħed f 'forma tajba ħafna. Però, sfortunatament fil- bidu t'April kelli injury fil-groin, li minħabba fiha kelli nieqaf erba' ġimgħat. Imma ma domtx ma erġajt sibt il-forma li kelli qabel, u tellaqt fil-5000m fit-trakka fejn irbaħt b'ħin tajjeb ta' 15.38 mins. Iżda l-isfortuna ma kinitx waqfet għax wara ftit ġranet erġajt weġġajt dahri u kelli nieqaf għal erba' gimgħat oħra. Sadanittant kien qed joqrob iċ- Championship of the Small States of Europe (CSSE) li sar f ' Malta stess fil-11 ta' Ġunju. Jien kont ġejt magħżul mill-MAAA biex nirrapreżenta lil Malta fit-3000m. Għalhekk, għamilt kulma stajt biex f ' inqas minn L-atleta Għawdxi li qed jagħmel Cristian Antony Muscat "Kien ta' unur kbir għalija li rbaħt il- Malta Half Marathon bħala rebbieħ overall, u mhux biss bħala l-ewwel atleta Malti kklassifikat. Fil-fatt, il-Half Marathon kienet ilha ma tintrebaħ minn atleta Malti għal ħames snin" Charlton Debono - isem li kulma jmur qed jissemma' -ambitu tal-isport Malti, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam mal-atletika, hekk kif matul is-sena li għaddiet, u anki l-bidu ta' din is-sena, kiseb riżultati mill-aqwa t- tlielaq kollha li ħa sehem hom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017