Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

Minn Albert Gauci Cunnigham MINKEJJA l-furur li qam, hekk kif f 'intervista li saritlu l-kandidat tal-PN Salvu Mallia, qal li hu favur li tkun il-mara li tiddeċiedi tagħmilx abort jew le, għall- mistoqsijiet tal-ILLUM hu baqa' ma kkomettiex lilu nnifsu dwar kif jivvota kieku kien deputat, f 'każ li jitressaq abbożż ta' liġi li jitlob illi l-abort ikun legalizzat. Ikkuntattjat minn dan is-sit, ftit wara konferenza quddiem Kastilja, Mallia baqa' jsostni li hu kontra l-abort, imma li l-mara, f 'ċerti każi, għandha tkun hi li tagħżel u li jkollha kontroll fuq ġisimha. 'Sew allura,' staqsa Mallia, 'li jkollok każi ta' stupru, fejn jekk il-mara tiddeċiedi li tagħmel abort tkun hi li tmur il-ħabs, qisha hi l-kriminal?' Din il-gazzetta dlonk fakkret illi l-każi ta' stupru, għalkemm ferm traġiċi, huma l-eċċezzjoni mhux in-norma. 'Allura Mallia kif jaħsibha dwar l-abort f 'każi oħrajn, li mhumiex l-eċċezzjoni?' tistaqsi l-ILLUM. Hu jsemmi każ ta' tifla ta' 16-il sena li ħarġet tqila u jistaqsi jekk din, għandhiex tibqa' għaddejja bit-tqala, anke jekk 'qed tibża, biża kbir minn dak li se jkollha tgħaddi minnu.' Minkejja dan, l-ILLUM terġa tfakkru illi biex it-tifla ta' 16-il sena li qed isemmi hu, jkollha l-għażla li tagħmel abort dan irid bilfors ikun legali. Allura Mallia, jrid jew ma jridx li l-abort ikun legali? Hu jiċħad illi kliemu jfisser li l-abort għandu jkun legali. 'Jien mhux qed ngħid li l-abort għandu jkun legali, jien qed ngħid li għandu jkollna diskussjoni mhux impożizzjoni. Jekk ikun hemm bżonn nagħmlu referendum dwar l-abort illi fih jivvutaw in-nisa biss, u forsi xi ftit tobba.' Ftit tal- ħin wara, f 'telefonata oħra mal-ILLUM qal illi jistà jkun illi minflok referndum issir konferanza 'għax trid toqgħod attent li deċiżjoni bħal din ma tħallihiex f 'idejn persuna kwalunkwe.' Minkejja li dan is-sit staqsa diversi drabi kif jivvota f 'każ illi liġi dwar l-abort tersaq quddiem il-Parlament u f 'każ li jkun Deputat, Mallia qal li ma jistax jikkometti ruħu minn issa dwar kif jivvota kieku din il-kwistjoni titlà sal-Parlament. Ftit siegħat qabel, fuq il- programm Xarabank, Mallia ma weġibx il-mistoqsijiet tal- preżentatur Peppi Azzopardi dwar jekk jaqbilx li jinfetħu kliniċi illi joffru l-abort f 'pajjiżna. Intant ilbieraħ filgħodu Salvu Mallia kien ikkonfrontat minn numru ta' nies il-Belt Valletta, f 'konferenza li sejjaħ hu stess u li matulha reġa semma ħafna mill- affarijiet li issa ilu jgħid, fosthom li fost il-poplu hawn element qawwi ta' injoranza u bżonn ta' edukazzjoni. Minkejja li talab lin-nies biex imorru miegħu u jagħtu l-kawża tiegħu l-appoġġ, Mallia kien waħdu għal ħafna mill- ħin sakemm inġabru numru ta' attivisti Laburisti u persuni oħrajn li kkonfrontawh l-aktar fuq l-istil li juża. Persuna partikolari staqsiet lil Mallia għalfejn qed jippretendi li l-PM Muscat ikellmu meta dan qed jgħajjru 'Hitler', filwaqt li persuna oħra akkużat lil Mallia li qed iwaqqa' lill-PN fil-baxx. Ara wkoll vox pop fuq paġna 7 u editorjal fuq paġna 21 illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet Salvu ma jikkommettix dwar vot fuq l-abort Imut il-Maġistrat Saviour Demicoli, fl-età ta' 60 sena "KIEN persuna straordinarja: qalbu tajba, onest u ġust" – Owen Bonnici Il-Maġistrat Saviour Demicoli, li kien ilu jservi fil-Qrati ta' Malta sa mill-1994, miet aktar kmieni llum fl- età ta' 60 sena, minħabba raġunijiet ta' saħħa. Il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, ħabbar il-mewt tal- Maġistrat Demicoli permezz ta' tweet li fih qal li "Kien persuna straordinarja: qalbu tajba, onest u ġust" Il-Partit Nazzjonalista sellem ukoll il-memorja tal-Maġistrat Saviour Demicoli li ġie mfaħħar li dejjem qeda' dmiru b'rettezza u sens kbir ta' lealtà lejn il-ġurament li ħa. Il-Maġistrat Demicoli ġie msellem għall-integrità, l-onestà u s-serjetà tiegħu, hekk kif dejjem qeda dmiru anke fl-aktar żminijiet diffiċli ta' ħajtu. Demicoli twieled fi Frar tal-1956, gradwa bħala Nutar mill-Università ta' Malta fl-1982, u sentejn wara mbgħad gradwa wkoll bħala avukat. Huwa beda jipprattika bħala avukat sa mill-1984 u wara żmien qasir inħatar bħala assistent gudizzjarju fil-Qorti Suprema. Demicoli nħatar bħala Maġistrat fl-1994. Demicoli kien ukoll jgħallem il-kriminoloġija fl-akkademja tal-Pulizija u l-liġijiet tal-ġustizzja tal-UE fl-Università ta' Malta. Huwa serva wkoll bħala eżaminatur u għalliem tal-liġi kriminali u l-liġi Ewropea fil-fakultà tal-liġi. Minkejja li jgħid li jrid jagħti l-għażla lill-mara fuq l-abort jibqa' jisħaq li hu ma jridx li l-abort ikun legali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017