Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Naturalment la lil dawk li jridu l-pushback u lanqas lil dawk li jridu l-'open borders' ma impressjona, imma forsi Muscat aktar ried li jimpressjona lill- maġġoranza ta' votanti li la jinsabu fuq estrem u lanqas fuq ieħor. Li jaraw l-umanità, imma anke aspetti soċjali oħrajn fil-kwistjoni. Li jridu sens ta' sigurtà filwaqt li jitolbu diċenza lejn l-uman partikolari. Mill-aqwa għażla għal għażla inferjuri 'Partnership, l-aqwa għażla għall-Maltin u l-Għawdxin...' hekk kienet tgħid id-diska li kien juża l-Partit Laburista fil-kampanja biex Malta ma ssirx membru tal- UE. Alfred Sant kien jisħaq li hemm bżonn ta' partnership, minflok sħubija mal-UE. Din il-ġimgħa, il-PM Muscat sostna, għall- approvazzjoni ta' dawk preżenti, li mar-Renju Unit jeħtieġ isir ftehim li huwa 'inferjuri' għall-sħubija. Dan juri li l-partnership ma kien xejn l-aqwa għażla, imma għażla inferjuri. Il-fatt li Muscat ma kellux kritika f 'dan is-sens jikkonferma t-trasformazzjoni tiegħu fil-psike tal-votant Malti; minn propogandist tal-MLP, għal politiku b'immaġini ta' statista li qed jitkellem bil- linwaġġ ta' ħafna...ħafna li probabilment fl-2003 kienu jarawh bħala anatema għal dak li jemmnu huma. Dan biex ma nsemmux l-ironija storika li kważi 38 sena wara t-tluq tal- Ingliżi minn pajjiżna, meta qabel kienu huma li jiddeterminaw il-futur ta' pajjiżna, issa kellu jkun Prim Ministru Malti li bi kliemu jkompli jiddetermina l-futur tar- Renju Unit. Mill-parukkiera Sqallin għall-moviment ħieles u sagru Jekk Alfred Sant ingħata raġun fuq waħda, żgur tkun l-għajta tiegħu u tal-Partit Laburista li "se nimtlew bl-Isqallin." Ħafna Nazzjonalisti ħadu din id-dikjarazzjoni bħala inkredibbli u stupida u kienet spiċċat waħda mill-ħafna ċajt politiku f 'attivitajiet soċjali. Fil-fatt, hekk ġara. Mhux parukkiera Sqallin, iżda Taljani u Sqallin li qed jitilqu minn pajjiż b'ekonomija li kważi qed tikkrolla u li qed jiġu Malta wkoll u jsibu impjiegi differenti. Muscat għamilha ċara din il-ġimgħa li l-erba' libertajiet tal- Unjoni Ewropea, jiġifieri l-moviment ħieles tan-nies, tas-servizzi, tal-kapital u tal-oġġetti għandu jibqa' bla mittiefes fin-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Ħadd ma ddubita dawn il-libertajiet u ħadd ma staqsa jew ikkritika l-fatt li Muscat qed isostni li dawn il-libertajiet huma sagri. Naturalment, għax Muscat, l-Ewropeista tal-lum, huwa l-Muscat, li Muscat iridna niftakru għax jaf sew li maġġoranza kbira ta' dawk li se jkunu qed jivvutaw għall- ewwel darba, jippreferu lil dan il-Muscat milli l-Muscat tal-Partnership. Minn 'smell the coffee' għal ġlied mal-Kummissjoni L-effett ta' Muscat imur lil hinn minnu. Biżżejjed inqabblu lill-PN mal-PN (iva, PN mal-PN), f 'din l-istess leġiżlatura. Meta Muscat semma l-pushbacks kien qal li l-Unjoni Ewropea għandha tqum "and smell the coffee". X'ma qalux in- Nazzjonalisti dakinhar. Għal ħafna, din kienet il-bidu ta' relazzjonijiet ħżiena bejn Gvern Laburista u l-UE, liema relazzjonijiet ħżiena kienu jsaħħu lill-PN u kienu anke, serjament, jipperikolaw il-Presidenza tal-UE ta' pajjiżna. Ħarsu llum. Il-PN, prattikament jakkuża lill- Kummissjoni Ewropea li hi kompliċi fil-korruzzjoni ta' Konrad Mizzi, u Simon Busuttil jgħid fil-Birgu li lest jiġġieled anke kontra l-UE. Tibda tistaqsi lilek innifsek, 'stenn min minn dejjem kien il-Partit li għalih l-UE ma tista' tagħmel xejn ħażin u hija l-ġenna tal-art? Il-Labour jew in- Nazzjonalisti?' It-trasfomazzjoni tiegħu f 'Ewropeista tfisser li qed jipprova jokkupa territorju politiku (l-Unjoni Ewropea) li sa ftit snin ilu kien esklussiv għall-PN. U jidher li, sa ċerti punt, qed jirnexxielu. Ftit kapitaliżmu, b'naqra soċjaliżmu Fuq il-front domestiku, il- PM Muscat huwa ta' sikwit akkużat li biegħ ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista u li qajla jew xejn ma jitkellem dwar il-ġustizzja soċjali. L-akkuża ssir lilu li huwa iktar lemini fil-mod kif iħaddem il-politika ekonomika mill-partiti taċ- ċentru lemin. Apparti li fl-isfera domestika qed jindirizza din il-problema b'għadd ta' miżuri baġitarji u apparti n-narattiva wara l-aħħar baġit ta' 'Gvern soċjali', issa Muscat qed ipoġġi lilu nnifsu wkoll bħala l-persuna li jista' jmexxi din l-aġenda soċjali fuq bażi Ewropea. Naturalment, dan huwa dak li jogħġob l-aktar lill- udjenza li kien qed ikellem quddiemu, u nkunu nistgħu nitkellmu dwar il-kisbiet f 'dan il-qasam ladarba l-Presidenza tiġi fi tmiemha. Imma jista' jkun li Muscat, fl-aħħar ta' dawn is-sitt xhur, ikun ippożizzjona lilu nnifsu bħala l-politikant Ewropew li beda tibdiliet fuq bażi Ewropea f 'dak li jirrigwarda l-qasam soċjali. Din tista' tkun trasformazzjoni li għad trid isseħħ, Muscat il-kapitalist għal Muscat is-soċjalist jew soċjal-demokratiku fuq livell Ewropew. Jekk b'xi mod ikollu l-approvazzjoni tal- UE li kien suċċess fil-mira tiegħu ta' Ewropa soċjali, se jkollu parti mill-packaging elettorali, lest, biċ-ċoff b'kollox. Mill-assolutiżmi għat-toroq tan- nofs Muscat beda l-karriera u bena l-karriera tiegħu fuq stazzjon ta' partit. Iż-żewġ stazzjonijiet tal-partiti f 'Malta kienu dejjem mibnijin fuq l-assolutiżmi, jew aħmar jew xejn. Jew blu jew xejn. Min mhux magħna kontra tagħna u ejjew ħa nirbħu żgur. Muscat definittivament ma kienx jirrapreżenta t-triq tan-nofs, mhux hu biss, imma kull ġurnalist ta' stazzjon politiku sal-lum il-ġurnata. Illum, lanqas ħadd jew ftit li xejn, jiftakruh dan. Il-ġimgħa l-oħra, Muscat fetaħ il-Presidenza uffiċjalment bi kliem ta' rigrazzjament lil Lawrence Gonzi u Eddie Fenech Adami. Din timmarka mhux biss trasformazzjoni tan-narrativa b'saħħitha 'anti-Eddie' fis-snin disgħin, ta' Muscat, imma wkoll trasformazzjoni ta' kif Muscat qed jippożizzjona lilu nnifsu. Qed juża oppożizzjoni li għażlet it-triq tal-assolut u tal- battalji u li qed tħaddan kandidati li b'mod apert, jesprimu mibgħeda lejn il-Prim Ministru, biex jitfa' lilu nnifsu fin-nofs. B'hekk, jidher li huwa politiku ħafna aktar moderat mill- avversarju, u jakkwista aktar mis-settur tal-votanti l-aktar kritiċi. Mill-'ħobbu lil Michelle' għal diskors ta' statista Imma, t-trasformazzjoni saret ukoll kemm ilu Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat. Tiftakruh jgħolli rasu u jkanta l-Innu Malti u jgħid lid-delegati "għiduli Joseph" u "ħobbu lil Michelle"? Il-Muscat tal-lum u d-delivery tad-diskors huwa trasformazzjoni oħra. F'dan il-każ hija ġeneralment trasformazzjoni li jgħaddu minnha ħafna politiċi. Muscat inbidel maż-żmien biex baqa' jsir aħjar fil-mod kif jagħti diskors u jwassal messaġġ. Fil-fatt, iż-żewġ diskorsi tiegħu, kemm fil-ftuħ uffiċjali tal-Presidenza hawn Malta u anke fil- Parlament Ewropew kienu fost l-aktar b'saħħithom li kellu fil- karriera politika tiegħu. Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum għall-Presidenza: It-trasformazzjoni ta' Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017