Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Intervista 12 'Kburija li servejt taħt żewġ M a nafx min ma semax li Malta għandha l-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Kulħadd sema' bis- Segretarju Parlamentari, Ian Borg li din il-presidenza taqa' taħtu. Iżda żgur li ftit semgħu li x-xogħol kollu minn Brussell jaqa' taħt l-id tal-Ambaxxatriċi u rappreżentanta permanenti għall-Unjoni Ewropea, Marlene Bonnici. Bonnici kienet ħadet ir-riedni f 'Lulju 2012 fl-amminstrazzjoni ta' qabel u mliet il-post battal li kien ħalla Richard Cachia Caruana li kien tneħħa b'vot mill-Parlament. Hu fatt ukoll li l-ħatra ta' Bonnici kienet intlaqgħet tajjeb miż-żewġ naħat fejn fil-fatt qatt ma nstema' xejn ta' kritika dwar il-ħatra u x-xogħol tagħha. "Jiena kburija li servejt taħt diversi amministrazzjonijiet. Jiena dejjem ngħid li meta dħalna fl- Unjoni Ewropea, bħala nazzjon iddeċidejna li nagħmlu l-almu tagħna biex inħarsu l-interessi ta' pajjiżna. Aktar ma nimmaturaw f 'din l-esperjenza Ewropea, aktar nifhmu l-operat, nagħmlu alleanzi biex immexxu l-interessi tagħna." Bdiet l-intervista tagħha Marlene Bonnici li ma kienx faċli għax ħin ftit jew xejn għandha biex tagħti intervista, iżda b'perseveranza irnexxieli nagħmel din l-intervista fejn l-ewwel li tlabtha kien tgħidli jekk il-politika tal-uffiċċju tagħha toħloqiex hi jew trid timxi mal- politika tal-gvern. "Ovvjament, bħal kull organizazzjoni fil-qasam tal- amministrazzjoni pubblika, hemm regoli u proċeduri li jirregolaw il-mod kif is-sistemi governattivi għandhom joperaw." Bħalissa, Marlene Bonnici għandha biċċa xogħol iebsa quddiemha u x-xogħol tagħha u tal-mijiet ta' uffiċjali taċ-ċivil li qed jaħdmu fuq il-Presidenza, sew dawk f 'Malta kif ukoll il-mijiet fi Brussell jinsabu taħt il-gwida abbli tagħha. "Il-preparazzjonijiet għall- Presidenza nista' ngħid li bdew qisu madwar tliet snin u nofs ilu, iżda dawn l-aħħar sentejn konna qegħdin nirfinaw dejjem aktar dawn il-preparamenti, għax wieħed irid ikompli minn fejn spiċċaw ta' qabilna." "Il-perjodu tal-Presidenza huwa differenti mill-perjodu normali. Ħafna mix-xogħol fuq livell Ewropew jirrekjedi ħafna konsultazzjonijiet u negozjati mar- rappreżentanti tal-Istati Membri l-oħra kif ukoll mal-Istituzzjonijiet Ewropej: partikolarment, il- Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. F'dan il- perjodu, Malta se tkun responsabbli biex tniedi u tikkonkludi xi wħud minn dawn in-negozjati. Ħafna minn dawn il-laqgħat jieħdu l-forma ta' kumitati ta' ħidma fl-oqsma differenti. Dak li ma jinqabilx fuq livell tekniku, jitla' fuq livell ta' ambaxxaturi li mbagħad irid jinqabel ukoll fuq il-livell politiku, jiġifieri dak ministerjali. Dan jirrikjedi 'drafting' ta' proposti (wara li nkunu smajna lil kulħadd); ħafna iktar laqgħat mal-kollegi tagħna fl-istituzzjonijiet biex l-aġenda li għandna quddiemna tintlaħaq. Ħafna mix-xogħol fi Brussell se jsir min-nies li jaħdmu Dar Malta, għalkemm hemm ukoll Gruppi ta' Ħidma li qed jiġu mmexxija wkoll minn esperti li qed jitilgħu apposta minn Malta. Dawn jaħdmu flimkien mal-Uffiċjali ta' Dar Malta." Tkellmet ukoll dwar l-aspett tal- midja, "fejn irridu nsegwu aktar mill-qrib dak kollu li jkun qed jiġri mhux biss fi Brussell iżda fl- Istati Membri wkoll. Irridu wkoll nikkommunikaw dak li qegħdin nagħmlu." Barra dan kollu, Bonnici qaltilna li l-Presidenza hi wkoll opportunità biex jittellgħu esebizzjonijiet u attivitajiet kulturali oħrajn li juru dak li għandu x'joffri pajjiżna. Jibqa' fatt li n-numru ta' ħaddiema f 'Dar Malta, żdied sew u fejn is-soltu jingħad li jkun hemm madwar 50 persuna jaħdmu, għal żmien il-presidenza, "b'kollox hawn jaħdmu madwar mitejn persuna," qaltilna Marlene Bonnici, "F'ċirkostanzi normali, jiġifieri mhux waqt il-Presidenza, ix-xogħol ta' min jaħdem hawn huwa li jipparteċipaw f 'laqgħat tekniċi fejn ikunu qed jiġu diskussi l-proposti leġiżlattivi (dawk li imbagħad isiru Direttivi jew Regolamenti Ewropej). Minħabba li dawn isiru parti mil- liġijiet tagħna, huwa importanti li n-nies tagħna jinnegozjaw tajjeb u jħarsu l-interessi ta' Malta. Waqt il-Presidenza, in-nies tagħna ma jkunux biss qed jipparteċipaw iżda qed imexxu dawn il-Gruppi u apparti li jiddiskutu u jinnegozjaw mal-kollegi tal-Istati Membri l-oħra (li flimkien insejħulhom il-Kunsill), iridu jinnegozjaw ukoll dawn il- liġijiet mal-Istituzzjonijiet l-oħra f 'isem il-Kunsill (jiġifieri f 'isem is-27 Membri l-oħra)." Il-mistoqsija hi fuq liema kriterju jintagħżlu dawn il-ħaddiema biex jiġu mislufa jew mibgħuta fi Brussell. "Apparti l-kwalifiki u t-taħriġ professjonali (m'hemmx qasam wieħed għax naħdmu fuq proposti f 'kull qasam), hemm ukoll aspett diplomatiku u l-lingwi jgħinu wkoll għax għalkemm ħafna mill-Kumitati ikollhom l-interpretazzjoni, hawn kumitati wkoll fejn wieħed jista' juża l-Franciż jew l-Ingliż mingħajr interpretazzjoni." Bonnici qalet li ma sabithiex diffiċli li filli kienet tmexxi grupp żgħir ta' ħaddiema u filli sabet armata sħiħa taħtha. "Meta kont naħdem Malta - qabel ma ġejt Brussell, kelli numru ta' ħaddiema mhux ħażin, għax kont Segretarju Permanenti." Mhux faċli li jirnexxilek iżżomm grupp ta' ħaddiema li qed jaħdmu aktar minn 12-il siegħa kuljum, bla vaganzi u xejn motivati. "Il- ħaddiema hawn ġew huma motivati li qed jaħdmu fuq il-Presidenza li tigi kull 14-il sena," wieġbet Bonnici. "Għalhekk din hija opportunità ta' darba u l-ħaddiema hawnhekk huma impenjati li jaraw lil pajjiżhom jagħmel suċċess minn dawn is-sitt xhur li ġejjin." 'A million dollar question' hi dik li ħafna qed jistaqsu: Iżda x'se tieħu Malta mill-Presidenza? "L-ewwel nett, il-Presidenza hija obbligu fuq l-Istati Membri li toħroġ mit- Trattat. Iżda m'għandniex inħarsu lejn il-Presidenza b'mod x'se tieħu Malta. L-istatus ta' Malta jogħla jekk pajjiżna jikkonċentra fuq il-kontribut li pajjiżna ser jagħti biex jissaħħaħ il-proġett Ewropew. F'dan il-perjodu, qed insiru wkoll nafu kif jaħdmu l-Istituzzjonijiet l-oħra minn ġewwa u għandna wkoll exposure li naħseb nistgħu insarrfuha għal żmien ferm wara li tispiċċa l-Presidenza," wieġbet Bonnici b'ċerta kburija f 'dan ir- rigward. "Barra minn hekk, hemm element ta' promozzjoni għal pajjiżna b'mod indirett peress li f 'pajjiżna se jkollna mat-tliet mitt laqgħa. Dawn il-laqgħat kollha jgħinu biex nuru li pajjiżna, minkejja ċ-ċokon tiegħu huwa matur, demokratiku b'ekonomija b'saħħitha u bi rwol importanti fir-reġjun tal-Mediterran, minkejja ċ-ċokon tagħna." Waqt id-diskors uffiċjali tal-Prim Ministru fil-plenarja ta' Strasburgu, kien hemm xi membri parlamentari barranin li qalu li mhux qed jaraw xejn differenti fil-proposti ta' Malta minn ta' qabilhom. "Il-Presidenza mhix xi kompetizzjoni bejn pajjiż u ieħor. Li nara differenti minn Presidenzi oħra hu li Malta se nkunu iffukati wkoll fuq materji li jolqtu r-reġjun tagħna u li se nagħmlu ħilitna biex l-UE tersaq aktar qrib iċ-ċittadini." Marlene Bonnici kompliet tgħid ukoll li l-Islovakki wettqu ħafna xogħol siewi, "li aħna se nkomplu fuqu. F'sitt xhur, ħadd ma jaqleb id-dinja għalhekk proposta waħda ħafna drabi tgħaddi minn stadji differenti taħt aktar minn Presidenza waħda." Iżda Marlene x'tixtieq li jkun l-akbar tragward li Malta tilħaq f 'din il-presidenza jew aħjar xi jkun l-akbar sodisfazzjon tagħha wara dawn is-sitt xhur? "Bħalissa, l-Unjoni Ewropea għaddejja minn żminijiet diffiċli. Minbarra li għandna pajjiż li jrid jitlaq, hemm ukoll diversi elezzjonijiet fl-Istati Membri. Irridu nkunu realistiċi imma ambizzjużi fl-istess ħin u jien qatt ma naqsitni l-ambizzjoni. "L-akbar sodisfazzjon personali tiegħi ikun meta nħares lura lejn dawn is-sitt xhur u nara li l-Ewropa ssaħħet minkejja dan kollu li qed naraw jiġri madwarna, u li Malta rnexxielha tmexxi aġenda iebsa (immigrazzjoni u sigurtà fost l-oħrajn) minkejja dawn id- diffikultajiet." Qabel tlaqt, staqsejtha l-aħħar mistoqsija kurjuża dwar x'hemm jinħema għall-uffiċċju ta' Marlene Bonnici wara l-presidenza, li għaliha wieġbet b'mod skjett, "Għadni ma ħsibtx s'hemm..." John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Meta dħalna - Unjoni Ewropea - bħala nazzjon iddeċidejna li nagħmlu l-almu tagħna biex inħarsu l-interessi ta' pajjiżna L-akbar sodisfazzjon personali tiegħi jkun meta nħares lura lejn dawn is- sitt xhur u nara li l-Ewropa ssaħħet " " " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017