Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Minn Brussell 14 Jittella' s-siparju fuq il-Presidenza Maltija Brussell Spettaklu li jġiegħlek It-talent Malti jiżboq fuq kull kulur John Busuttil minn Brussell FORSI għax bħalissa qed inqatta' esperjenza barra pajjiżi, forsi għax nemozzjona ruħi malajr jew inkella għax vera għandi biex inkun kburi li jien ċittadin ta' din in-naqra gżira fil-Mediterran. Din il-ġimgħa kont mistieden biex nattendi fit-teatru mill- isbaħ b'akustika eċċezzjonali tal-Bozar fi Brussell, għal kunċert li kellu jtella s-siparju fuq il-Presidenza Maltija. Mort bi ħġari bħalma kont mort inkanta l-kanzunetta 'IVA għall-Ewropa', għax għal darb'oħra, ridt inkun parti mill-istorja ta' pajjiżi. Pajjiż ċkejken bi storja kbira. Pajjiż, li fil-qoxra jidher pajjiż maqsum b'żewġ kuluri, iżda fil-verità hu pajjiż magħqud taħt l-istess bandiera u bl-istess lingwa waħda, il- MALTI, xi ħaġa vantaġġ li għandna fuq il-Belġju. Għax l-ironija hi li ftaħna l-presidenza f 'pajjiż li m'għandux lingwa uffiċjali għax il- Belġjani għandhom tliet lingwi uffiċċjali, Olandiż (Flemish), Franċiż u anke Ġermaniż, iżda lingwa tagħhom m'għandhomx. Hemmhekk ma mortx liebes xi kappel ta' xi kulur partikolari iżda mort bla kappell, mort bħala Malti li inzertajt kont mistieden mas- sieħba tiegħi, u mhux bħala John Busuttil. Din il-gżira ċkejkna, MALTA, illum qed tissemma mal-Ewropa kollha u anke lil hinn minnha. Mertu tal- politiċi tagħna, sew dawk li ġġieldu biex jagħmluna parti mill-Ewropa kif ukoll dawk li komplew jaqdfu fuq ta' qabilhom. Ilkoll għamluna kburin li aħna Ewropej u jien kburi mhux biss li jien Ewropew iżda wkoll għax jien Malti, bla ma nħares lejn kuluri f 'każi bħal dawn. Il-President Marie Louise Coleiro Preca u l-Prim Ministru Joseph Muscat li kienu fil-kaxxa tal-VIP fil-Bozar ma ħassejtx li kienu qed jirrapreżentaw xi moviment partikolari iżda lill-poplu Malti kollu. Dawk preżenti fit-teatru, anke jekk maġġoranza kienet ġejja min-naħa tal- kulur aħmar, xorta tfaċċaw personalitajiet, familjari u uffiċjali li jaħdmu fl- istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell mill-kamp tal-blu. Għax il-presidenza hi ta' kulħadd, u nerġa' ntenni la tal-Partit Laburista u lanqas tal-Partit Nazzjonalista, għalkemm wieħed irid jammetti li waslet sal-lum għax il-kamp tal-blu emmen fiha mill-bidu. Iżda bla dubju, apparti l-kbarat u personalitajiet li kien hemm preżenti bħall- Ministru Louis Grech, il-Ministru Edward Scicluna, il-Ministru Chris Cardona, il-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, l-ambaxxatur għal Malta fil-Belġju Ray Azzopardi, l-ambaxxatriċi u r-rappreżentanta Permanenti tal-Unjoni Ewropea, Marlene Bonnici, il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella u l-membru tal-Qorti tal- Awdituri tal-Unjoni Ewropea Leo Brincat u uffiċjali għolja tal-Gvern Malti, kien hemm anke ħaddiema fi Brussell u taċ-ċivil, ħomor u blu u forsi xi aħdar li ma rajtux. Jibqa' fatt li dawn il-persuni kollha Maltin u d-dinjitarji barranin li kienu mistiedna, ma kinux dawk li ġegħluni nħossni kburi li jien Malti, iżda kien it-tenur Joseph Calleja u l-klassi kbira tiegħu, il-maestro Brian Schembri bl-istil inimitabbli tiegħu kif jidderieġi l-orkestra u l-membri kollha tal-orkestra filarmonika Maltija li wieħed irid jammetti li l-livell tagħhom hu 'state of the art'. Joseph Calleja u Brian Schembri: żewġ talenti mużikali 'state of the art' Joseph Calleja b'repertorju vast jġiegħlek tħossok kburi li int Malti Dinjitarji japplawdu lit-talent Malti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017